|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2549 |
22.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2549
tal-10 ta’ Diċembru 2025
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/486 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri relatati mal-istatus tad-dikjarant awtorizzat tas-CBAM
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(8) u 17(10) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2023/956 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2025/2083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li ssimplifika u saħħaħ il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri, billi rreveda l-proċeduri għall-applikazzjoni u għall-għoti tal-istatus ta’ dikjarant awtorizzat tas-CBAM u l-kundizzjonijiet li jirregolaw dawk il-proċeduri. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/486 (3) jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 fir-rigward tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri relatati mal-istatus tad-dikjarant awtorizzat tas-CBAM. Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/486 jiġi emendat biex iqis il-bidliet introdotti bir-Regolament (UE) 2025/2083. |
|
(3) |
Permezz tar-Regolament (UE) 2025/2083, il-proċedura ta’ konsultazzjoni għall-għoti u r-revoka tal-istatus ta’ dikjarant awtorizzat tas-CBAM stabbilita fir-Regolament (UE) 2023/956 saret fakultattiva u l-limitu ta’ żmien stabbilit għal tali proċedura ta’ konsultazzjoni huwa kkonvertit minn jiem tax-xogħol għal jiem kalendarji. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/486 dwar tali proċedura jenħtieġ li jirriflettu dik l-għażla u l-limitu ta’ żmien. |
|
(4) |
Barra minn hekk, bir-Regolament (UE) 2025/2083, l-iskadenza għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tas-CBAM stabbilita fir-Regolament (UE) 2023/956 ġiet estiża sabiex id-dikjaranti tas-CBAM jingħataw aktar żmien ħalli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom. Konsegwentement, jenħtieġ li l-perjodu li jkopri d-dikjarazzjonijiet tas-CBAM fil-każ ta’ revoka jiġi aġġustat kif xieraq. |
|
(5) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti li tivvaluta applikazzjoni għall-istatus ta’ dikjarant awtorizzat tas-CBAM titħalla tirkupra b’mod diġitali informazzjoni u data rilevanti minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra, dment li l-liġi nazzjonali tippermetti dan jew dment li l-applikant ikun ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tad-data. |
|
(6) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2025/2083, ix-xiri taċ-ċertifikati CBAM għandu jibda fl-2027. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi stabbilita miżura alternattiva għall-konsegwenzi ta’ revoka u ċ-ċediment taċ-ċertifikati CBAM għas-sena kalendarja 2026. |
|
(7) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi kkoreġuta referenza żbaljata fl-Artikolu 22(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/486 għall-Artikolu 25 minflok 26 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/486 jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konsistenti mal-opinjoni tal-Kumitat tas-CBAM, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/486
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/486 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-applikant għandu jipprovdi ġustifikazzjonijiet għal talba biex tiġi aġġustata l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(5), il-punti (d) sa (ga), tar-Regolament (UE) 2023/956 fit-talba għal aġġustament.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 4, jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin: “6. Meta applikazzjoni jkollha l-istatus kif irreġistrat fir-reġistru tas-CBAM sal-31 ta’ Marzu 2026 f’konformità mal-Artikolu 17(7a) tar-Regolament (UE) 2023/956, l-applikant jista’ jkompli jimporta l-oġġetti b’mod proviżorju sad-data li fiha ssir effettiva deċiżjoni dwar l-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 7. 7. Minflok ma tikseb l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-applikant, l-awtorità kompetenti tista’ tuża għodod diġitali biex tirkupra informazzjoni rilevanti minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra fl-Istat Membru, meta l-applikant jagħti l-kunsens tiegħu għal tali rkupru jew dment li l-liġi nazzjonali tippermetti li dik l-informazzjoni tiġi rkuprata minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra.” |
|
(3) |
l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 12 Perjodu għal konsultazzjoni 1. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi skadenza għall-partijiet ikkonsultati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 11(3). L-iskadenza ma għandhiex taqbeż il-15-il jum kalendarju. 2. L-awtorità kompetenti tista’ testendi l-iskadenza stabbilita għall-konsultazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
3. Jekk il-partijiet ikkonsultati ma jirreaġixxux sal-iskadenzi stabbiliti għall-konsultazzjoni f’konformità mal-paragrafi 1 u 2, il-kundizzjonijiet u l-kriterji li fir-rigward tagħhom tkun saret il-konsultazzjoni għandhom jitqiesu li huma ssodisfati.” |
|
(5) |
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/486
Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“L-awtorità kompetenti tista’ titlob lid-dikjarant awtorizzat tas-CBAM jipprovdi informazzjoni addizzjonali, u jipprovdi osservazzjonijiet dwar l-informazzjoni li fuqha l-awtorità kompetenti jkun beħsiebha tibbaża d-deċiżjoni tagħha li tirrevoka l-awtorizzazzjoni qabel ma tieħu tali deċiżjoni jew tibda proċedura ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu 26.”.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2025/2083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/956 fir-rigward tas-simplifikazzjoni u tat-tisħiħ tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L, 2025/2083, 17.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2083/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/486 tas-17 ta’ Marzu 2025 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri relatati mal-istatus tad-dikjarant awtorizzat tas-CBAM (ĠU L, 2025/486, 18.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/486/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2549/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)