2005D0734 — MT — 02.12.2010 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ottubru 2005

li tistabbilixxi miżuri ta' bijosigurtà sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' trażmissjoni ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-Influwenza minn għasafar selvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom għal tjru ta' l-irziezet u għasafar oħra mrobbija mill-bniedem u li tipprevedi sistema ta' ditezzjoni minn kmieni f'żoni b'riskju partikolari

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4163)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/734/KE)

(ĠU L 274, 20.10.2005, p.105)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Ottubru 2005

  L 279

79

22.10.2005

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Novembru 2005

  L 316

21

2.12.2005

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta' Ġunju 2006

  L 158

14

10.6.2006

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-18 ta' Awwissu 2006

  L 228

24

22.8.2006

 M5

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-15 ta' Frar 2007

  L 46

54

16.2.2007

 M6

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta’ Diċembru 2007

  L 323

42

8.12.2007

 M7

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Diċembru 2008

  L 4

15

8.1.2009

 M8

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta’ Novembru 2009

  L 291

27

7.11.2009

►M9

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Novembru 2010

  L 316

10

2.12.2010




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ottubru 2005

li tistabbilixxi miżuri ta' bijosigurtà sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' trażmissjoni ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-Influwenza minn għasafar selvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom għal tjru ta' l-irziezet u għasafar oħra mrobbija mill-bniedem u li tipprevedi sistema ta' ditezzjoni minn kmieni f'żoni b'riskju partikolari

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4163)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/734/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jinkiseb is-suq intern ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Il-miżuri previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta’ Mejju 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur ( 2 ), għandhom jiżguraw il-protezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali u għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur tat-tjur ta' l-irziezet.

(2)

Wara t-tifqigħat ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-Influwenza, li bdew fix-Xlokk ta' l-Ażja f'Diċembru 2003, il-Kummissjoni adottat diversi Deċiżjonijiet għall-prevenzjoni ta' l-introduzzjoni ta' din il-marda fil-Komunità mill-pajjiżi terzi affettwati minnha. Dawk id-Deċiżjonijiet ipprevedew il-projbizzjoni ta’ importazzjonijiet ta' tjur ta' l-irziezet, għasafar oħra ħajjin, laħam tat-tjur ta' l-irziezet u ċerti prodotti oħra ta' oriġini mit-tjur, laħam ta' tjur li jiġu kkaċċati, kemm selvaġġi, kif ukoll jekk imrobbija, u partijiet minn għasafar li ġew ikkaċċjati, bajd u prodotti tal-bajd lejn il-Komunità mill-pajjiżi kkonċernati, ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet limitati.

(3)

Il-miżuri stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 745/2004 tas-16 ta' April 2004 li jistabbilixxi l-miżuri fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum personali ( 3 ), japplikaw biċ-ċar għal-laħam u prodotti tal-laħam ta' għasafar li jiġu kkaċċjati, kemm jekk selvaġġi, kif ukoll jekk imrobbija mill-bniedem.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 745/2004 jirrikjedi li l-Istati Membri kollha jiġbdu l-attenzjoni tal-passiġġieri kollha lejn dawn ir-regoli fil-punti ddeżinjati kollha tad-dħul fl-UE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni titwassal partikolarment għand dawk il-passiġġieri li jaslu minn pajjiżi affettwati mill-influwenza tat-tjur. L-informazzjoni għandha tintwera permezz ta' avviżi prominenti mqiegħda f'postijiet li jidhru faċilment. Operaturi internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-passiġġieri kollha li jġorru lejn il-Komunità għall-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(5)

Fir-rigward tar-riskju li s-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-Influwenza jista' wkoll jinfirex minħabba għasafar selvaġġi, u b'mod partikolari għasafar migratorji, il-Kummissjoni adottat ukoll id-Deċiżjonijiet 2005/ /KE ( 4 ), 2005/ /KE ( 5 ), 2005/ /KE ( 6 ) li jipprevedu sorveljanza addizzjonali għall-influwenza tat-tjur fi tjur domestiċi u għasafar selvaġġi.

(6)

Rekwiżiti ġenerali għaż-żamma ta' livell għoli ta' tħejjija għall-mard u partikolarment għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' superviżjoni veterinarja u ta' bijosigurtà huma stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, notevolment id-Direttivi 90/425/KEE u 92/40/KEE.

(7)

Influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-Influwenza dan l-aħħar ġiet ikkonfermata fit-Turkija. Xhieda ċirkostanzjali u dejta ta' epidemjoloġija molekolari jissuġġerixxi bis-saħħa li l-virus ta' l-influwenza tat-tjur infirex lejn dan il-pajjiż mill-Ażja permezz ta' għasafar migratorji.

(8)

L-influwenza tat-tjur ġiet ikkonfermata wkoll fir-Rumanija f'farm domestiku tat-tjur f'żona b'densità għolja ta' għasafar migratorji.

(9)

Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja li hu kkawżat mill-introduzzjoni tas-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-Influwenza fi stabbilimenti tat-tjur ta' l-irziezet u postijiet oħra fejn jinżammu maqbuda l-għasafar, minn għasafar selvaġġi, huwa xieraq li l-miżuri Komunitarji diġà fis-seħħ kontra dak ir-riskju jissaħħu.

(10)

Il-miżuri ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju, u m'għandhomx ikunu limitati għal azzjonijiet ta' terminu qasir bħalma huma dawk implimentati fi ħdan il-qafas tal-pjanijiet Nazzjonali ta' Kontinġenza kontra l-Influwenza tat-Tjur jew il-Marda ta' Newcastle, fil-każ li sseħħ tifqigħa.

(11)

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-5 ta' Novembru 2005 bil-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni tajba ta' din id-Deċiżjoni. Dawk il-miżuri u, jekk ikun jixraq, din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti fil-Kumitat Pemanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali fil-laqgħa tiegħu skedata għall-10 u l-11 ta' Novembru 2005.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Miżuri ta' bijosigurtà

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u prattikabbli sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' trażmissjoni ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mill-virus A ta' l-influwenza, sottotip H5N1 (minn issa 'l quddiem “l-influwenza tat-tjur”) minn għasafar selvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom għal tjur ta' l-irziezet u għasafar oħrajn imrobbija mill-bniedem, filwaqt li jqisu l-kriterji u l-fatturi ta' riskju stipulati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

2.  Skond is-sitwazzjoni epidemjoloġika speċifika, il-miżuri tal-paragrafu 1 għandhom ikunu diretti partikolarment lejn:

a) il-prevenzjoni ta' kuntatt dirett u indirett bejn għasafar selvaġġi li jgħixu fl-ambjent naturali tagħhom, u partikolarment tjur ta' l-ilma, minn naħa, u tjur ta' l-irziezet, u għasafar oħra, partikolarment papri u wiżż min-naħa l-oħra,

b) l-assigurazzjoni li papri u wiżż domestiċi jiġu separati minn tjur oħra ta' l-irziezet.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jsiru kontrolli fuq stabbilimenti tat-tjur ta' l-irziezet fir-rigward tas-saħħa ta' l-annimali, dawn għandhom jitwettqu b'tali mod li tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.

▼M9

4.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu b’mod regolari l-miżuri li ħadu skont il-paragrafu 1, u fid-dawl tal-programmi ta’ sorveljanza li wettqu skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ( 7 ), sabiex jadattaw, għas-sitwazzjoni epidemjoloġika u ornitoloġika li qiegħda tinbidel, iż-żoni tat-territorju tagħhom li identifikaw bħala żoni partikolarment f’riskju mill-introduzzjoni tal-influwenza avjarja.

▼B

Artikolu 2

Sistemi ta' ditezzjoni minn kmieni

1.  L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta' ditezzjoni minn kmieni fiż-żoni tat-territorju tagħhom li identifikaw bħala ta' riskju partikolari għall-introduzzjoni ta' l-influwenza tat-tjur, filwaqt li jitqiesu l-kriterji stipulati fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

2.  Is-sistemi ta' ditezzjoni minn kmieni għandhom ikunu mmirati lejn ir-rappurtar malajr ta' kull sinjal ta' influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u għasafar miżmuma mill-bniedem mis-sidien jew min irabbihom lill-awtorità veterinarja kompetenti.

3.  F'dan il-kuntest partikolarment, il-kriterji stabbiliti fl-Anness II għandhom jitqiesu.

▼M4

Artikolu 2a

Miżuri addizzjonali għall-trażżin tar-riskju

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet li ġejjin jiġu projbiti fiż-żoni tat-territorju tagħhom li huma identifikaw bħala li qiegħed partikolarment f'riskju għall-influwenza ta' l-influwenza tat-tjur, skond l-Artikolu 1(1):

(a) iż-żamma tat-tjur fil-miftuħ, mingħajr dewmien;

(b) l-użu ta' tankijiet ta' l-ilma li qegħdin fil-miftuħ għat-tjur;

(ċ) il-provvediment ta' l-ilma lit-tjur mill-ilma tal-wiċċ fil-ġibjuni li għandhom aċċess għalih l-għasafar selvaġġi,

▼M9

(d) l-użu tal-għasafar tal-ordnijiet Anseriformes u Charadriiformes bħala għasafar tat-taħrik (decoy birds).

▼M4

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tlaqqigħ tat-tjur u għasafar oħra fis-swieq, wirjiet, esebizzjonijiet u avvenimenti kulturali, inkluż tiġrijiet minn post għal ieħor, huwa projbit.

▼M4

Artikolu 2b

Derogi

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2a(1), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-attivitajiet li ġejjin:

(a) iż-żamma ta' tjur fil-miftuħ, sakemm it-tjur jingħataw l-ikel u l-ilma ġewwa jew f'post mgħotti li jiskoraġġixxi li jinżlu għasafar selvaġġi u b'hekk jiġi evitat il-kuntatt ta' għasafar slavaġ ma' l-ikel u l-ilma intenzjonat għat-tjur;

(b) l-użu ta' ġibjuni għall-ilma fil-miftuħ jekk ikunu meħtieġa għal raġunijiet tas-saħħa ta' l-annimali għal ċertu tjur u li huma ccekkjati sewwa għal kontra l-għasafar ta' l-ilma;

(ċ) il-provvediment ta' l-ilma minn ilma tal-wiċċ li għandhom aċċess għalih l-għasafar ta' l-ilma slavaġ li jiżgura inattivazzjoni żgura tal-virus ta' l-influwenza tat-tjur possibbli;

▼M9

(d) l-użu ta’ għasafar tat-taħrik:

(i) minn detenturi ta’ għasafar tat-taħrik irreġistrati mal-awtorità kompetenti, taħt is-sorveljanza stretta tal-awtorità kompetenti biex jiġu attirati l-għasafar selvaġġi maħsuba għat-teħid ta’ kampjuni skont il-programmi tal-Istati Membri għall-influwenza avjarja, il-proġetti tar-riċerka, l-istudji ornitoloġiċi jew kwalunkwe attività oħra approvata mill-awtorità kompetenti; jew

▼M4

(ii) skond il-miżuri xierqa ta' bijosigurtà, li jinkludu:

— identifikazzjoni ta' l-għasafar tat-taħrik individwali b'sistema ta' daqq;

— implimentazzjoni ta' sistema ta' sorveljanza speċifika għall-għasafar tat-taħrik;

▼M9

— ir-reġistrazzjoni u r-rappurtaġġ tal-istatus tas-saħħa tal-għasafar tat-taħrik u l-ittestjar fil-laboratorju għall-influwenza avjarja fil-każ ta’ mewt ta’ tali għasafar u fit-tmiem tal-perjodu tal-użu fiż-żona identifikata bħala żona partikolarment f’riskju għall-introduzzjoni tal-influwenza avjarja;

▼M4

— separazzjoni stretta bejn l-għasafar tat-taħrik u tjur domestiċi u ċrieki oħra ta' għasafar maqbuda;

— tindif u disinfettar tal-mezzi tat-trasport u tagħmir użat għat-trasport ta' l-għasafar tat-taħrik u għal vjaġġi fiż-żoni fejn jitqiegħdu l-għasafar tat-taħrik;

— restrizzjonijiet u kontroll tal-movimenti ta' l-għasafar tat-taħrik, b'mod partikolari għall-prevenzjoni ta' kuntatti differenti ta' ilmijiet miftuħa;

— l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-'linjigwidi ta' prattiċi tajba ta' bijosigurtà' li jagħtu dettalji ta' miżuri li ġew previsti fl-ewwel għas-sitt inċiż;

— l-implimentazzjoni tas-sistema ta' rappurtar fuq id-data miksuba mill-miżuri msemmija fl-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż.

2.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2a(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ġbir tat-tjur u għasafar oħra maqbuda.

Artikolu 2c

Kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni u għall-insegwiment tagħha

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet skond l-Artikolu 2b jingħataw biss wara riżultati pożittivi għal valutazzjoni tar-riskju u sakkem il-miżuri tas-sigurtà ikunu fis-seħħ biex tiġi evitat l-firxa possibbli ta' l-influwenza tat-tjur.

2.  Qabel ma tingħata awtorizzazzjoni għall-użu ta' għasafar tat-taħrik skond l-Artikolu 2b(1)(d)(ii), l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti assessjar tar-riskju lill-Kummissjoni akkompanjat b'informazzjoni dwar il-miżuri ta' bijosigurtà li għandhom jidħlu fis-seħħ biex jiżguraw implimentazzjoni tajba ta' dak l-Artikolu.

3.  L-Istati Membri li jagħtu d-derogi skond l-Artikolu 2(b)(1)(d)(ii) għandhom jissottomettu rapport ta' kull xahar lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta' bijosigurtà adottati.

▼B

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom biex tinġieb f'konformità ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom minnufih javżaw pubblikament u b'mod xieraq il-miżuri adottati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni tajba ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni għandha tapplika sat- ►M9  30 ta’ Ġunju 2012 ◄ .

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Kriteji u fatturi ta' riskju li għandhom jitqiesu fl-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti FL-Artikolu 1 fuq stabbilimenti individwali tat-tjur ta' l-irziezet

PARTI 1

Fatturi ta' riskju għall-introduzzjoni tal-virus fit-tjur ta' l-irziezet

▼M2

— JPożizzjoni ta’ l-azjenda agarikola tul ir-rotta migratorja ta’ l-għasafar, b’ mod partikolari fejn l-għasafar ikunu ġejjin mill-Asja ċentrali jew tal-Lvant, miż-żoni tal-Baħar Kaspju u tal-Baħar l-Iswed, mill-Lvant Nofsani u mill-Afrika;

▼B

— Id-distanza ta' l-istabbiliment minn artijiet mistagħdra, għadajjar, paludi, lagi jew xmajjar fejn jistgħu jinġabru t-tjur migratorji ta' l-ilma;

— Jekk l-istabbilimenti tat-tjur ta' l-irziezet jinsabu f'żoni b'densità għolja ta' għasafar migratorji, partikolarment tjur ta' l-ilma;

— Tjur ta' l-irziezet jew għasafar oħra mrobbija li jinżammu fi stabbilimenti mikxufa, jew f'kull post ieħor fejn huwa impossibbli li ma jitħallewx jagħmlu kuntatt ma' għasafar selvaġġi, tjur ta' l-irziezet, jew għasafar imrobbija oħra;

PARTI II

Fatturi ta' riskju addizzjonali għall-frix tal-virus fl-istabbiliment innifsu jew minn stabbiliment għall-ieħor

— Jekk l-istabbiliment tat-tjur ta' l-irziezet jinsab f'żoni b'densità għolja ta' stabbilimenti tat-tjur ta' l-irziezet;

— L-intensità ta' movimenti ta' tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra mrobbija, vetturi u persuni, ġewwa u minn stabbilimenti u ta' kuntatti diretti jew indiretti oħra bejn stabbiliment u ieħor.




ANNESS II

Kriterji li għandhom jitqiesu għall-stabbilimenti kummerċjali tat-tjur ta' l-irziezet fl-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 2

— Tnaqqis fil-konsum ta’ l-ikel u l-ilma ogħla minn 20 %,

— Tnaqqis fil-produzzjoni tal-bajd li hi ogħla minn 5 % għal aktar minn jumejn,

— Rata ta' mwiet ta' aktar minn 3 % fil-ġimgħa,

— Kwalunkwe sinjal kliniku jew leżjoni post-mortem li tissuġġerixxi l-influwenza tat-tjur.



( 1 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

( 2 ) ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni 2003.

( 3 ) ĠU L 122, 26.4.2004, p. 1.

( 4 ) ĠU L 274, 20.10.2005, p. 93.

( 5 ) ĠU L 274, 20.10.2005, p. 95.

( 6 ) ĠU L 273, 19.10.2005, p. 21.

( 7 ) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.