|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1126 |
15.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1126
tal-5 ta’ Ġunju 2025
li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istabbiliment ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex jiġu offruti tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku u biex titfittex l-ammissjoni tagħhom għall-kummerċ
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(7), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1125 (2) jispeċifika l-informazzjoni li għandha tkun inkluża f’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jiġu offruti tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku u biex tintalab l-ammissjoni tagħhom għan-negozjar skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2023/1114. |
|
(2) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-persuni ġuridiċi li jkunu qed ifittxu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2023/1114 u l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiddeżinjaw punt ta’ kuntatt speċifikament biex jirċievu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni biex jiġu offruti tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku u biex titfittex l-ammissjoni tagħhom għall-kummerċ, u jenħtieġ li jippubblikaw l-informazzjoni fuq il-punt ta’ kuntatt fuq is-sit web tagħhom. |
|
(3) |
Għall-finijiet ta’ armonizzazzjoni, il-persuni ġuridiċi jew impriżi oħra li jkollhom l-intenzjoni li joffru lill-pubbliku jew li jfittxu l-ammissjoni għall-kummerċ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi (“emittenti li japplikaw”) jenħtieġ li jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa għal tali awtorizzazzjoni b’mod uniformi u jenħtieġ li jużaw, madwar l-Unjoni kollha, l-istess formoli, mudelli u proċeduri standard għall-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni. |
|
(4) |
L-informazzjoni ppreżentata mill-emittenti li japplikaw jenħtieġ li tkun vera, preċiża, kompluta u aġġornata mill-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni sal-mument tal-għoti tal-awtorizzazzjoni. Minħabba li xi informazzjoni tista’ tirreferi biss għall-futur, kwalunkwe data futura inkluża fl-informazzjoni jenħtieġ li tiġi identifikata speċifikament fl-applikazzjoni. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat trattament fil-pront u f’waqtu tal-applikazzjonijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonfermaw ir-riċevuta tal-applikazzjoni billi jibagħtu b’mod elettroniku, fuq karta, jew fiż-żewġ forom, konferma tar-riċevuta lill-emittent li japplika. Dik il-konferma tar-riċevuta jenħtieġ li tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni jew tal-funzjonijiet responsabbli mit-trattament tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata proċedura ċara, trasparenti u uniformi applikabbli għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ċerti regoli ta’ proċedura. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, żviluppati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, ippreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
|
(8) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex jiġu offruti tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku u biex titfittex l-ammissjoni tagħhom għall-kummerċ
1. L-emittenti li japplikaw li jissottomettu applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tagħhom għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114 f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1125 għandhom jużaw il-formola standard stabbilita fl-Anness I u l-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
2. Fuq is-sit web tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom relatati mas-sottomissjoni għall-awtorizzazzjoni, u l-formola standard stabbilita fl-Anness I u l-mudell stabbilit fl-Anness II.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw fuq is-sit web tagħhom il-mod kif l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandha tiġi sottomessa bl-informazzjoni u d-dokumenti kollha mitluba, b’upload fuq portal tal-Internet indikat fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti jew b’mezzi elettroniċi oħra jew, għal dokumenti speċifiċi li għandhom jiġu ppreżentati fl-oriġinal, f’konformità mal-liġi nazzjonali, f’forma stampata. Fuq is-sit web jew il-portal tal-Internet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw b’mod ċar liema dokumenti għandhom jiġu ppreżentati f’forma stampata oriġinali, skont il-liġi nazzjonali.
4. Meta l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ informazzjoni kemm f’forma elettronika kif ukoll f’forma stampata, f’każ ta’ diskrepanza fl-informazzjoni pprovduta, l-informazzjoni sottomessa f’forma stampata għandha tipprevali.
Artikolu 2
Valutazzjoni tal-kompletezza tal-applikazzjonijiet
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni bħala kompluta meta dik l-applikazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2023/1114 u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1125, bil-kontenut u l-livell ta’ dettall xierqa li jippermettu lill-awtorità kompetenti twettaq il-valutazzjoni tal-applikazzjoni. Meta, f’konformità mal-Artikolu 1(4) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tkun teħtieġ parti mill-informazzjoni f’forma stampata, l-applikazzjoni ma għandhiex titqies kompluta sakemm tirċievi l-informazzjoni f’forma stampata.
2. Meta l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, inkluża l-white paper dwar il-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2023/1114, tiġi vvalutata u tinstab li ma tkunx kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw minnufih lill-applikant skont l-Artikolu 20(1) ta’ dak ir-Regolament u jindikaw l-informazzjoni meħtieġa nieqsa. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu tali notifika f’format stampat jew b’mezzi elettroniċi u għandhom jindikaw id-dettalji ta’ kuntatt, il-modalitajiet, sew permezz ta’ upload fuq il-portal tal-Internet, b’mezzi elettroniċi jew f’forma stampata, u l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-informazzjoni nieqsa stabbilita f’konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) 2023/1114.
3. Malli applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tiġi vvalutata bħala kompluta f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2023/1114 u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-applikant b’dak il-fatt, flimkien mad-data tal-wasla tal-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli, id-data tal-wasla tal-informazzjoni li kkompletat l-applikazzjoni.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1125 tal-5 ta’ Ġunju 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni f’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jiġu offruti tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku jew biex tingħata l-awtorizzazzjoni biex jiġu nnegozjati (ĠU L, 2025/1125, dd.mm.yyyy, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1125/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
ANNESS I
Formola standard għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jiġu offruti tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku u biex titfittex l-ammissjoni tagħhom għall-kummerċ, sottomessa f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1126
Il-post u d-data: _________________
MINN:
Isem l-applikant:
L-isem kummerċjali, jekk differenti:
Indirizz:
Id-dettalji tal-persuna ta’ kuntatt maħtura fi ħdan l-emittent li japplika:
Isem:
Pożizzjoni fl-emittent li japplika:
Telefown:
Email:
Dettalji ta’ kuntatt tal-konsulent professjonali deżinjat:
Isem:
Indirizz:
Telefown:
Email:
LIL:
Awtorità kompetenti:
Indirizz:
Stat Membru:
Din hi applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jiġi offrut token irreferenzjat ma’ assi lill-pubbliku jew titfittex l-ammissjoni tiegħu għall-kummerċ, sottomessa f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1126 (2) li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni.
1.
Tip ta’ applikazzjoni (immarka l-kaxxa rilevanti):|
☐ a) |
L-ewwel awtorizzazzjoni biex jiġi offrut lill-pubbliku jew biex titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ ta’ token irreferenzjat ma’ assi |
|
☐ b) |
Addizzjonalment għal awtorizzazzjoni mogħtija preċedentement mill-istess awtorità kompetenti fir-rigward ta’ token irreferenzjat ma’ assi, awtorizzazzjoni ġdida biex jiġi offrut lill-pubbliku jew biex tfittex ammissjoni għall-kummerċ ta’ token irreferenzjat ma’ assi ieħor |
2.
Klassifikazzjoni volontarja ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikantiSpeċifika jekk l-applikazzjoni tinkludix it-talba għal klassifikazzjoni volontarja tat-token irreferenzjat ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti (immarka Iva jew Le)
☐ Iva
☐ Le
Niċċertifikaw li l-informazzjoni pprovduta f’din l-applikazzjoni hija vera, preċiża, kompluta u mhux qarrieqa. Sakemm mhux stipulat speċifikament mod ieħor, l-informazzjoni hi aġġornata fid-data ta’ din l-applikazzjoni.
Informazzjoni li tindika data futura hi identifikata b’mod espliċitu fl-applikazzjoni u aħna nimpenjaw ruħna li ninnotifikaw lill-awtorità bil-miktub mingħajr dewmien jekk kwalunkwe informazzjoni bħal din tirriżulta li tkun mhux vera, impreċiża, mhux kompluta jew tkun qarrieqa.
F’każ ta’ applikazzjoni ġdida wara awtorizzazzjoni preċedenti biex jiġi offrut lill-pubbliku jew biex titfittex ammissjoni għall-kummerċ ta’ token irreferenzjat ma’ assi mogħtija mill-istess awtorità kompetenti, l-ittra ta’ sottomissjoni għandu jkun fiha d-dikjarazzjoni li ġejja:
Nirrikonoxxu li ngħatat awtorizzazzjoni biex noffru lill-pubbliku/biex titfittex ammissjoni għall-kummerċ ta’ token irreferenzjat ma’ assi minn [din l-awtorità kompetenti: l-isem tal-awtorità kompetenti] fi [JJ/XX/SSSS] u f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) 2023/1114 l-applikazzjoni attwali ma tinkludix informazzjoni li kienet sottomessa qabel lill-awtorità kompetenti fejn tali informazzjoni tkun identika u sadanittant ma nbidlitx. Niċċertifikaw ukoll li kwalunkwe informazzjoni li ma tiġix sottomessa mill-ġdid fl-applikazzjoni attwali hija identika għal dik diġà fil-pussess tal-awtorità kompetenti u li għadha vera, preċiża u aġġornata.
(1) Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1126 tal-5 ta’ Ġunju 2025 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istabbiliment ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex jiġu offruti tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku u biex titfittex l-ammissjoni tagħhom għall-kummerċ (ĠU L, 2025/1126, dd.mm.yyyy, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1126/oj).
ANNESS II
Mudell għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex jiġu offruti tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku u biex titfittex l-ammissjoni tagħhom għall-kummerċ
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti
|
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-offerta ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku u tat-talba għall-ammissjoni tagħhom għall-kummerċ |
||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti |
||||||||||||||||||||||
|
Qasam |
Subqasam (deskrizzjoni qasira tad-dispożizzjoni msemmija) |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1125 (1) |
||||||||||||||||||||
|
1 |
Tip ta’ applikazzjoni |
1 |
L-emittent li japplika diġà ngħata awtorizzazzjoni biex joffri lill-pubbliku/biex ifittex ammissjoni għall-kummerċ ta’ token irreferenzjat ma’ assi mill-awtorità kompetenti? ☐ Iva ☐ Le Jekk iva, issottometti biss l-informazzjoni li nbidlet wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li diġà ġiet approvata |
Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) 2023/1114 |
||||||||||||||||||
|
2 |
L-applikazzjoni tinkludi t-talba għal klassifikazzjoni volontarja tat-token irreferenzjat ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti? ☐ Iva ☐ Le |
L-Artikolu 3(4) tar-[Regolament delegat li jistabbilixxi l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tkun inkluża f’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi] |
||||||||||||||||||||
|
2.1 |
il-persuni ta’ kuntatt għall-applikazzjoni |
1 |
L-isem sħiħ u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna fi ħdan l-emittent li japplika li għandha tiġi kkuntattjata fir-rigward tal-applikazzjoni |
Artikolu 1(1), il-punti (j) u (k) |
||||||||||||||||||
|
2 |
Isem sħiħ u d-dettalji ta’ kuntatt tal-konsulent professjonali prinċipali (fejn applikabbli) |
|||||||||||||||||||||
|
2.2 |
Identifikazzjoni tal-applikant: |
1 |
L-emittent li japplika huwa persuna ġuridika? ☐ Iva ☐ Le Jekk iva, issottometti l-informazzjoni stabbilita fis-suboqsma 2 u 4; jekk le, issottometti l-informazzjoni stabbilita fis-suboqsma 2, 3 u 4 |
|
||||||||||||||||||
|
2 |
L-isem ġuridiku sħiħ, l-isem/ismijiet kummerċjali, l-indirizz(i) tal-Internet, il-kanali ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-logo(s), u kwalunkwe bidla prevista fejn applikabbli. Għall-persuni ġuridiċi fl-ambitu tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-isem ġuridiku għandu jkun l-isem tal-kumpanija skont ir-reġistru kummerċjali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2017/1132. |
Artikolu 1(1)(a) |
||||||||||||||||||||
|
Identifikatur ta’ entità ġuridika rilaxxat f’konformità mat-termini ta’ kwalunkwe Unità Operatorja Lokali akkreditata tas-Sistema LEI Globali |
Artikolu 1(1)(b) |
|||||||||||||||||||||
|
Il-forma ġuridika, id-data u l-Istat Membru ta’ inkorporazzjoni jew formazzjoni, l-indirizz(i). Għall-persuni ġuridiċi fl-ambitu tad-Direttiva (UE) 2017/1132, din l-informazzjoni għandha tkun l-istess bħall-informazzjoni skont ir-reġistru kummerċjali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2017/1132. |
Artikolu 1(1)(c), (d) u (e) |
|||||||||||||||||||||
|
Dettalji tar-reġistrazzjoni fir-reġistru rilevanti, fejn applikabbli, u kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. Għall-persuni ġuridiċi fl-ambitu tad-Direttiva (UE) 2017/1132, id-dettalji tar-reġistrazzjoni għandhom ikunu n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija u l-EUID skont ir-reġistru kummerċjali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2017/1132. |
Artikolu 1(1)(f) |
|||||||||||||||||||||
|
Strumenti ta’ kostituzzjoni jew statut u l-artikli ta’ assoċjazzjoni |
Artikolu 1(1)(g) |
|||||||||||||||||||||
|
3 |
meta l-emittent li japplika jkun impriża li mhijiex persuna ġuridika, dokumentazzjoni li tiċċertifika protezzjoni ekwivalenti tal-interessi tal-partijiet terzi u ta’ superviżjoni prudenzjali ekwivalenti |
Artikolu 1(1)(h) |
||||||||||||||||||||
|
4 |
Data ta’ tmiem is-sena kontabilistika |
Artikolu 1(1)(i) |
||||||||||||||||||||
|
3.1 |
Programm tal-operazzjonijiet: informazzjoni dwar il-mudell ta’ negozju, l-istrateġija u l-profil tar-riskju |
|
|
|
||||||||||||||||||
|
1 |
Il-karatteristiċi ewlenin tat-token irreferenzjat ma’ assi li għalih tintalab l-awtorizzazzjoni għall-offerta lill-pubbliku u għall-ammissjoni għall-kummerċ, inklużi r-rekwiżiti kollha ta’ informazzjoni stabbiliti fid-dispożizzjoni rilevanti, inkluż it-tip ta’ token, l-oġġett tal-awtorizzazzjoni, l-opinjoni ġuridika dwar il-kwalifika tat-token irreferenzjat ma’ assi f’konformità mal-Artikolu 18(2)(e) tar-Regolament (UE) 2023/1114, il-mekkaniżmu tal-ħruġ u tat-tifdija, l-indikazzjoni tad-distributuri, il-politika dwar il-ħatra ta’ entitajiet oħra għall-offerta pubblika jew l-ammissjoni għall-kummerċ, il-protokoll użat, it-teknoloġija tar-reġistru/i distribwit(i) (distributed ledger(s) technology, DLT) fejn jinħareġ it-token u l-pontijiet bejn tali DLT. |
L-Artikolu 2(2), il-punt (a)(i), il-punti (1) sa (7) |
||||||||||||||||||||
|
2 |
Informazzjoni dwar kwalunkwe ħruġ pendenti ta’ kriptoassi jew assi diġitali oħra tal-emittent li japplika, u kwalunkwe attività finanzjarja u mhux finanzjarja oħra tal-emittent li japplika |
Artikolu 2(2), punti (a)(ii) u (iii) |
||||||||||||||||||||
|
3 |
Fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-grupp u tal-attivitajiet tal-entitajiet fil-grupp |
Artikolu 2(2), punt (a)(iv) |
||||||||||||||||||||
|
4 |
Deskrizzjoni tal-ambjent tan-negozju fejn se jopera l-emittent li japplika |
Artikolu 2(2)(b) |
||||||||||||||||||||
|
5 |
Deskrizzjoni tal-istrateġija tan-negozju ġenerali tal-emittent li japplika, il-lista tal-Istati Membri ospitanti fejn l-emittent li japplika jkun biħsiebu joffri t-token irreferenzjat ma’ assi lill-pubbliku jew fejn tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ u, fejn applikabbli, l-istrateġija tal-grupp u l-valutazzjoni tar-riskju tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. |
Artikolu 2(2), il-punt (c) |
||||||||||||||||||||
|
3.2 |
Programm tal-operazzjonijiet: informazzjoni dwar il-previżjoni finanzjarja, u informazzjoni finanzjarja passata |
1 |
Informazzjoni finanzjarja ta’ previżjoni: pjanijiet kontabilistiċi għat-3 snin wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni skont xenarju bażi u xenarju ta’ stress, is-suppożizzjonijiet tal-ippjanar relatati, u spjegazzjoni li torbot id-deskrizzjoni tal-attivitajiet tan-negozju. |
Artikolu 3(5) punti (a) u (b) |
||||||||||||||||||
|
2 |
Kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-perjodu tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ 3 snin |
Artikolu 3(5), (d) u (e) |
||||||||||||||||||||
|
3 |
Kalkolu tal-ammont u l-kompożizzjoni tar-riżerva ta’ assi u l-adegwatezza tagħhom biex jiġi żgurat l-eżerċizzju permanenti tad-drittijiet ta’ tifdija matul il-perjodu ta’ żmien tan-negozju |
Artikolu 3(5), punt (f) |
||||||||||||||||||||
|
4 |
Informazzjoni finanzjarja passata f’livell individwali, konsolidat u subkonsolidat, kif applikabbli |
Artikolu 3(6) |
||||||||||||||||||||
|
4.1 |
Arranġamenti interni ta’ governanza u organizzazzjoni strutturali |
1 |
Ċart tal-istruttura organizzazzjonali, termini ta’ referenza tal-korp maniġerjali, deskrizzjoni tan-numru u l-profil previsti tar-riżorsi umani u r-riżorsi teknoloġiċi, proċedura u arranġamenti ta’ rapportar, kodiċi ta’ kondotta, deskrizzjoni ta’:
|
Artikolu 4(1) |
||||||||||||||||||
|
2 |
L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornituri terzi kollha ta’ servizzi u deskrizzjoni ta’ kull arranġament bħal dan |
Artikolu 4(2) |
||||||||||||||||||||
|
4.2 |
Qafas ta’ kontroll intern: aspetti ġenerali |
1 |
Deskrizzjoni komprensiva tal-qafas ta’ kontroll intern tal-applikant inkluż:
|
Artikolu 5(1), punti (a) sa (d) |
||||||||||||||||||
|
2 |
Spjegazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza implimentati biex jiġu żgurati s-separazzjoni u s-segregazzjoni adegwata tad-dmirijiet tal-linji u tal-unitajiet operatorji mill-funzjonijiet ta’ kontroll intern, u l-indipendenza tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern. |
Artikolu 5(1), punt (e) |
||||||||||||||||||||
|
4.3 |
Qafas ta’ kontroll intern: Ġestjoni tar-riskju tal-ICT |
1 |
Deskrizzjoni dokumentata tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, inklużi s-sistemi, il-protokolli u l-għodod tal-ICT li juru li jikkonformaw mal-Artikolu 6(1) u (7) u mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) |
Artikolu 5(2), il-punti (a), (b) u (c) |
||||||||||||||||||
|
2 |
Deskrizzjoni komprensiva tal-proċess u s-sistemi tal-ICT li juru l-kapaċità li jipprovdi lill-emittent li japplika b’informazzjoni u data affidabbli insostenn tar-rekwiżiti tar-rapportar tad-data |
Artikolu 5(2), punt (d) |
||||||||||||||||||||
|
3 |
Deskrizzjoni tal-pjan għall-kontinwità tal-operat u tal-politika li tiżgura l-kapaċità tal-emittent li jopera fuq bażi kontinwa u li jillimita t-telf f’każ ta’ tfixkil serju tan-negozju |
Artikolu 5(3) |
||||||||||||||||||||
|
4.4 |
Qafas ta’ kontroll intern – DLT proprjetarja jew teknoloġija simili |
1 |
L-applikant joħroġ, jittrasferixxi jew jaħżen tokens irreferenzjati ma’ assi f’DLT proprjetarja jew f’teknoloġija simili operata mill-emittent jew minn parti terza li taġixxi f’ismu? ☐ Iva ☐ Le Jekk iva, issottometti l-informazzjoni stabbilita fis-subqasam 2. |
Artikolu 5(4) |
||||||||||||||||||
|
2 |
Il-politika u l-proċedura dwar il-funzjonament tad-DLT jew ta’ teknoloġija simili, inkluż:
|
Artikolu 5(4), il-punti (a) sa (e) |
||||||||||||||||||||
|
4.5 |
Qafas ta’ kontroll intern: AML/CFT |
1 |
Meta jkunu previsti arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-applikant u l-fornituri speċifiċi ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew meta l-applikant ikun fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, deskrizzjoni dettaljata mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-mekkaniżmi u l-proċeduri ta’ kontroll intern tiegħu f’konformità mal-obbligi skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), inkluża valutazzjoni li tħares ’il quddiem tal-konformità kontinwa ma’ tali obbligi għall-perjodu ta’ żmien tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-emittent li japplika |
Artikolu 5(5) |
||||||||||||||||||
|
5 |
Ġestjoni tal-likwidità, assi ta’ riżerva u drittijiet ta’ tifdija |
1 |
|
Artikolu 6(1) |
||||||||||||||||||
|
2 |
L-isem tal-konsulent estern li se jkun inkarigat mill-awditu indipendenti tar-riżerva tal-assi kull 6 xhur |
Artikolu 6(1), punt (c) |
||||||||||||||||||||
|
3 |
Il-politika u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-likwidità, il-linji ta’ rapportar lill-korp maniġerjali u kif se tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-korp maniġerjali għall-ġestjoni prudenti tar-riżerva ta’ assi |
Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
||||||||||||||||||||
|
4 |
Politika u proċeduri ċari u dettaljati li jiżguraw li d-drittijiet ta’ tifdija f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2023/1114 jiġu ssodisfati, sommarju tal-pjan ta’ rkupru li għandu jiġi żviluppat f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2023/1114 u sommarju tal-pjan ta’ tifdija li għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 47 ta’ dak ir-Regolament |
Artikolu 6(2) |
||||||||||||||||||||
|
6 |
Membri tal-korp tal-maniġerjali: identità u prova ta’ reputazzjoni tajba, għarfien, ħiliet u esperjenza |
Informazzjoni inkluża fil-kaxxa 6, suboqsma 1-5, li għandha tiġi ppreżentata għal kull membru tal-korp maniġerjali |
||||||||||||||||||||
|
1 |
Isem sħiħ, isem fit-twelid, post u data tat-twelid, indirizz u dettalji ta’ kuntatt tal-post attwali ta’ residenza, nazzjonalità jew nazzjonalitajiet, numru ta’ identifikazzjoni, kopja tal-karta tal-identità |
Artikolu 7(1)(a), (b), (c) |
||||||||||||||||||||
|
2 |
Curriculum vitae, inklużi d-dettalji tal-pożizzjoni okkupata, id-data tal-bidu u t-tul tal-mandat, deskrizzjoni tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ewlenin |
Artikolu 7(1), punt (d) |
||||||||||||||||||||
|
3 |
(e) l-istorja personali, inkluż dan kollu li ġej, f’dak li għandu x’jaqsam man-nazzjonalità jew man-nazzjonalitajiet tal-persuna, kif ukoll mal-postijiet ta’ residenza tal-persuna fl-aħħar 10 snin:
|
Artikolu 7(1), punt (e) |
||||||||||||||||||||
|
4 |
Deskrizzjoni tal-interessi finanzjarji u mhux finanzjarji kollha fir-rigward tal-persuna indikata li jaffettwaw materjalment l-affidabbiltà perċepita tal-membru |
Artikolu 7(1), punt (f) |
||||||||||||||||||||
|
5 |
Informazzjoni dwar l-impenn fil-ħin |
Artikolu 7(1), punt (g) |
||||||||||||||||||||
|
6 |
Riżultati ta’ kwalunkwe valutazzjoni ta’ kull membru tal-bord maniġerjali mwettqa mill-applikant u dikjarazzjoni tal-idoneità kollettiva tal-korp ta’ ġestjoni |
Artikolu 7(2) u (3) |
||||||||||||||||||||
|
7 |
Azzjonisti u membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti diretti u indiretti fl-applikant: informazzjoni dwar ir-reputazzjoni tajba biżżejjed tagħhom |
Informazzjoni inkluża fl-oqsma 7.1–7.3 li għandha tiġi sottomessa għal kull azzjonist jew membru b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti diretti jew indiretti fl-applikant |
||||||||||||||||||||
|
1 |
Identifikazzjoni tal-azzjonisti u l-membri: Ċart li tippreżenta l-istruttura azzjonarja tal-applikant, inkluż it-tqassim tal-kapital u d-drittijiet tal-vot tiegħu u l-ismijiet tal-azzjonisti jew tal-membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti |
Artikolu 8, il-punt (a) |
||||||||||||||||||||
|
2 |
L-istruttura azzjonarja tal-applikant tinkludi azzjonisti li jaġixxu flimkien? ☐ Iva ☐ Le |
|
||||||||||||||||||||
|
7.1 |
Informazzjoni dwar l-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti diretti jew indiretti li huma persuni fiżiċi |
1 |
Informazzjoni dwar l-identità u l-integrità tal-azzjonisti jew membri diretti jew indiretti li huma persuni fiżiċi:
|
Artikolu 8, punt (b)(i) |
||||||||||||||||||
|
7.2 |
Informazzjoni dwar l-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti diretti jew indiretti li huma persuni ġuridiċi |
1 |
Informazzjoni dwar l-identità u l-integrità tal-azzjonisti jew membri diretti jew indiretti li huma persuni ġuridiċi:
|
Artikolu 8, punt (b)(ii) |
||||||||||||||||||
|
7.3 |
Informazzjoni komuni għall-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti diretti jew indiretti li huma persuni naturali jew ġuridiċi |
1 |
Identità u informazzjoni dwar il-membri tal-korp maniġerjali tal-applikant li nħatru jew li se jinħatru mill-azzjonist jew mill-membru b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti |
Artikolu 8(c) |
||||||||||||||||||
|
2 |
Informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni kwalifikanti (numru u tip ta’ ishma jew parteċipazzjonijiet oħra sottoskritti, il-valur nominali, kwalunkwe primjum imħallas jew li għandu jitħallas, kwalunkwe interess ta’ garanzija jew piż maħluq fuq dawn l-ishma jew parteċipazzjonijiet oħra, inkluża l-identità tal-partijiet garantiti). |
Artikolu 8(d) |
||||||||||||||||||||
|
3 |
Informazzjoni dwar l-intenzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni kwalifikanti (investiment strateġiku, ġestjoni tal-portafoll) Informazzjoni dwar azzjonijiet flimkien ma’ partijiet oħra, inkluż il-kontribuzzjoni ta’ dawk il-partijiet l-oħrajn għall-finanzjament tal-akkwiżizzjoni proposta Kontenut tal-ftehimiet tal-azzjonisti deżinjati relatati mal-governanza tal-emittent ma’ azzjonisti oħra fir-rigward tal-entità fil-mira |
Artikolu 8(e) |
||||||||||||||||||||
|
4 |
Informazzjoni dwar il-finanzjament tal-akkwiżizzjoni tal-parteċipazzjoni kwalifikanti u tan-negozju tal-applikant għall-finijiet ta’ prova tal-oriġini leġittima tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/413. |
Artikolu 8, punt (f) |
||||||||||||||||||||
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1125 tal-5 ta’ Ġunju 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni f’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jiġu offruti tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku jew biex tingħata l-awtorizzazzjoni biex jiġu nnegozjati (ĠU L, 2025/1125, dd.mm.yyyy, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1125/oj).
(2) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1132/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj).
(4) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73, ELI:http://data.europa.eu/eli/dir/2015/849/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1113/oj).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/413 tat-18 ta’ Diċembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni ta’ akkwiżizzjoni proposta ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti f’emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi (ĠU L, 2025/413, 31.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/413/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1126/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)