31985L0509



Official Journal L 314 , 23/11/1985 P. 0025 - 0026
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0207
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 39 P. 0025
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0207
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 39 P. 0025


It-Tieni Direttiva Tal-Kummissjoni

tas-6 ta’ Novembru 1985

li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE li tirrigwarda ċerti prodotti użati

fl-alimentazzjoni ta’ l-annimali

(85/509/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tirrigwarda ċerti prodotti użati fl-alimentazzjoni ta’ l-annimali [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 84/443/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 6 tagħha,

Billi d-Direttiva 82/471/KEE tipprovdi għall-emendament regolari tal-kontenut ta’ l-Anness bir-riżultat ta’ żvilupp fit-tagħrif xjentifiku u tekniku;

Billi mhux neċessarju li tiġi meħtieġa fuq it-tikketta jew fuq l-ippakkjar ta’alimenti komposti dikjarazzjoni li tgħid "prodotti sekondarji mill-produzzjoni ta’ aċidu b’L-glumatiku" jew "prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-L-lisina" billi r-rekwiżiti l-oħra tat-tikkettjar relattivi għal dawk il-prodotti huma biżżejjed sabiex jingħarfu;

Billi studji fuq ċerti amino-aċidi urew li dawn il-prodotti jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 82/471/KEE u li l-użu tagħhom fl-alimenti ta’ l-annimali jista’ għaldaqstant ikun permess b’ċerti kondizzjonijiet;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi mal-parir tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Alimentazzjoni ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 82/471/KEE qed jiġi emendat kif dikjarat fl-Anness ta’ hawnhekk.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1 mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1986. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Novembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 213, tal-21.7.1982, p. 8.

[2] ĠU L 245, ta’ l-14.9.1984, p. 21.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Taħt il-grupp 2.3. "Prodotti sekondarji mill-produzzjoni ta’ amino-aċidi mill-fermentazzjoni" fil kolonna 7 "Dispożizzjonijiet speċjali" l-ewwel inċiż taħt "Ddikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew fuq l-ippakkjar ta’ l-alimenti komposti" għandha tiġi mħassra.

2. Taħt il-punt 3 "Amino-aċidi u l-imluħ tagħhom" il-prodotti li ġejjin huma miżjuda:

"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |

Isem il-grupp tal-prodotti | Isem il-prodott | Titolu tal-prinċipju nutrittiv jew identità tal-mikro-organiżmu | Substratta’ koltivazzjoni (speċifikazzjonijiet, jekk hemm) | Karatterisitiċi ta’ kompożizzjoni tal-prodotti | Speċi ta’ l-annimali | Dispożizzjonijiet speċjali |

| 3.7L-triptofan, teknikament pur | (C8H3NH)-CH2 — CH(NH2)-COOH | — | L-triptofan 98 % minimu | Kull speċi ta’ l-annimali | Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew il-pakkett tal-prodott: l-isem: "L-triptofan"L-triptofan u gradi ta’ l-umdità |

| 3.8DL-triptofan, teknikament pur | (C8H5NH)-CH2 — CH(NH2)-OOH | — | DL-triptofan 98 % minimu | Kull speċi ta’ l-annimali | Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew l-ippakkjar tal-prodott: l-isem: "DL-triptofan"L-triptofan u grad ta’ l-umdità" |

--------------------------------------------------