<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTC.1001076101.case.xml"><NO.CASE>C-367/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0367</NO.CELEX><NO.SEQ>0040.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10764</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10785</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>22</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-367/09</LEFT><RIGHT>SGS BELGIUM ET</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Min jesporta prodotti agrikoli mill-Unjoni Ewropea u jirċievi rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni minħabba f’hekk – li kif inhu magħruf huma maħsuba biex jikkumpensaw għad-differenza fil-prezz bejn is-suq intern u s-suq dinji – għandu, fil-każ ta’ irregolarità, mhux biss jirrifondi l-ammonti mhux dovuta li jkun irċieva, imma jista’ jkun ukoll suġġett għal sanzjonijiet pekunjarji. Fil-każ inkwistjoni, ġie meqjus li ma kienx responsabbli l-esportatur, imma unikament il-kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza li kellha tiċċertifika l-importazzjoni fil-pajjiż terz inkwistjoni u li, f’dan ir-rigward, ipprovdiet ċifri mhux eżatti. F’dan il-kuntest jeħtieġ li jiġu kkjarifikati żewġ kwistjonijiet: minn banda waħda, jekk fiż-żmien inkwistjoni – fl-1997 –, id-dritt Komunitarju kienx joffri bażi legali suffiċjenti għal din is-sanzjoni; u mill-banda l-oħra, jekk il-preskrizzjoni ġietx interrotta minn atti partikolari tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-ewwel waħda miż-żewġ kwistjonijiet tirriżulta li hija ta’ interess partikolari peress li għandha x’taqsam mal-problema tal-effett dirett tar-regolamenti tal-UE kif ukoll mal-prinċipju ta’ ċertezza legali. F’dan ir-rigward jeħtieġ li tiġi eżaminata, b’mod partikolari fil-kuntest tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, l-interazzjoni bejn il-leġiżlazzjoni qafas ġenerali u l-leġiżlazzjoni settorjali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest leġiżlattiv</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Komunitarju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2988/95</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Bir-Regolament Nru 2988/95<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).</P></NOTE>, il-Kunsill stabbilixxa kuntest leġiżlattiv komuni<?PAGE NO="I-10765"?> għas-setturi kollha tal-politika Komunitarja, bl-iskop li jiġu kkumbattuti l-atti – b’mod partikolari l-frodi – li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) tar-regolament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>[l]-irregolaritajiet intenzjonati jew dawk kawżati minn negliġenza jistgħu jwasslu għal dawn il-penali amministrattivi: (a) il-ħlas ta’ multa amministrattiva; (b) [...]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>F’dan il-każ l-irregolarità hija mfissra fit-termini li ġejjin fl-Artikolu 1(2) tar-regolament: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Komunità li jirriżulta minn att jew nuqqas ta’ operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Komunità jew il-baġit immexxi minnhom, jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi tagħhom stess miġbura direttament għan-nom tal-Komunità, jew permezz ta’ nefqa mhux ġustifikata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tar-regolament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[i]l-miżuri amministrattivi tal-Komunità u l-penali jistgħu jiġu applikati għall-operaturi ekonomiċi li għalihom issir riferenza fl-Artikolu 1, jiġifieri l-persuni naturali jew legali jew l-entitajiet l-oħra li l-liġi nazzjonali tagħtihom kapaċità legali u li jkunu kkommettew l-irregolarità. Jistgħu japplikaw ukoll għal persuni li jkunu ħadu sehem fl-irregolarità jew li huma fid-dover li jieħdu r-responsabbiltà għall-irregolarità jew li jiżguraw li din ma ssirx<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2) tar-regolament jistabbilixxi, fl-ewwel sentenza tiegħu li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[e]bda penali amministrattiva ma tista’ tiġi imposta ħlief jekk att tal-Komunità qabel l-irregolarità jkun ipprovda għaliha<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> u, l-Artikolu 2(3) jipprovdi illi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[i]l-liġi tal-Komunità għandha tistabbilixxi n-natura u l-iskop tal-miżuri amministrattivi u l-penali meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tar-regoli inkwistjoni, wara li jiġu kkunsidrati n-natura u s-serjetà tal-irregolarità, il-vantaġġ mogħti jew miksub u l-grad tar-responsabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Kunsill irrileva, fil-ħames premessa tar-regolament, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>l-imġiba mhux regolari, u l-miżuri u penalitajiet relatati, hemm provdut dwarhom f’regoli settorjali skont dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-regolament jirregola l-preskrizzjoni. Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>[i]t-terminu tal-limitazjoni għandu jiġi interrott [il-preskrizzjoni għandha tiġi interrotta] b’kull att tal-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna inkwistjoni, li jkollha x’taqsam mal-investigazzjoni jew proċeduri legali dwar l-irregolarità.<?PAGE NO="I-10766"?> It-terminu għandu jibda jiddekorri mill-ġdid wara kull att li jinterrompih.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 3665/87</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Bl-iskop li jiġu kkumbattuti b’mod iktar effettiv l-irregolaritajiet u l-frodi fl-ambitu tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, il-Kummissjoni, sa mill-1994, permezz ta’ emenda għar-Regolament Nru 3665/87<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tas-<DATE ISO="19871127">27 ta’ Novembru 1987</DATE>, rigward modalitajiet komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1987">ĠU L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 2945/94, tat-<DATE ISO="19941202">2 ta’ Diċembru 1994</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 3665/87 rigward l-irkupru ta’ ammonti mhux dovuti u s-sanzjonijiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="310" PAGE.FIRST="57" DATE.PUB="1994">ĠU L 310, p. 57</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, introduċiet is-sanzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="011"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-Artikolu 11</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta jinstab li l-esportatur, bil-ħsieb li jakkwista rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, ikun applika għal rifużjoni li teċċedi lil dik applikabbli, ir-rifużjoni dovuta għall-esportazzjoni rilevanti għandha tkun dik applikabbli għall-prodott effettivament esportat, imnaqqsa b’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>nofs id-differenza bejn ir-rifużjoni li għaliha tkun saret applikazzjoni u dik applikabbli għall-esportazzjoni li effettivament saret;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-doppju tad-differenza bejn ir-rifużjoni li għaliha tkun saret applikazzjoni u dik applikabbli, meta l-esportatur intenzjonalment jipprovdi informazzjoni falza.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>Meta t-tnaqqis imsemmi fil-punti (a) jew (b) jirriżulta f’ammont negattiv, dan l-ammont negattiv għandu jitħallas mill-esportatur.</P><P>Jekk l-awtoritajiet kompetenti stabbilixxew li l-ammont ta’ rifużjoni mitluba ma kienx eżatt u li l-esportazzjoni ma seħħitx, u li, bħala konsegwenza, tnaqqis fir-rifużjoni huwa impossibbli, l-esportatur għandu jħallas l-ammont ekwivalenti għas-sanzjoni msemmija fil punti (a) jew (b).</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-obbligu li jitħallas l-ammont negattiv skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1, f’każ ta’ ħlas indebitu ta’ rifużjoni, il-benefiċjarju għandu jħallas lura l-ammonti riċevuti indebitament - li jinkludu kull sanzjoni applikabbli skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 - bl-imgħax<?PAGE NO="I-10767"?> ikkalkolat fuq iż-żmien li jkun għadda bejn il-pagament u l-ħlas lura. Imma,</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>f’każ li l-obbligu tar-rifużjoni jkun iggarantit permezz ta’ depożitu li ma jkunx għadu ġie rilaxxjat […];</P></ITEM><ITEM><P>f’każ li d-depożitu jkun ġie rilaxxjat, il-benefiċjarju għandu jħallas l-ammont tad-depożitu li kien jiġi kkonfiskat flimkien mal-imgħax ikkalkolat mid-data tar-rilaxx sal-jum preċedenti d-data tal-pagament.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(2) tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19850104">4 ta’ Jannar 1985</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Moniteur belge tal-<DATE ISO="19850221">21 ta’ Frar 1985</DATE>, p. 1937. Dan id-digriet jiġi msemmi kemm fit-talba għal deċiżjoni preliminari fil-kuntest tar-riproduzzjoni tad-diversi argumenti tal-partijiet u kemm fl-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-Gvern tal-Belġju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Fl-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni tiċċita minflok id-Digriet Irjali tat-<DATE ISO="19990228">28 ta’ Frar 1999</DATE>, Moniteur belge tat-<DATE ISO="19990622">22 ta’ Ġunju 1999</DATE>, li, skont il-Kummissjoni, daħal fis-seħħ mill-<DATE ISO="19950101">1 ta’ Jannar 1995</DATE> u li jinkludi dispożizzjoni analoga.</P></NOTE>, kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza rikonoxxuta fil-Belġju hija responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mal-persuni l-oħra involuti fl-esportazzjoni għall-konsegwenzi finanzjarji taċ-ċertifikati rilaxxjati.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest fattwali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>F’Ġunju tal-1997, l-impriża Belġjana FIRME DERWA NV (minn issa ’l quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>DERWA<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) biegħet <FT TYPE="NUMBER">741144</FT> kg laħam taċ-ċanga lil klijent fl-Eġittu. Fl-istess xahar il-merkanzija ġiet trasportata bil-baħar sal-Eġittu fejn sar il-ħatt tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Għal din l-esportazzjoni, DERWA talbet lill-Uffiċċju Belġjan għall-intervent u r-rifużjoni (minn issa ’l quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>BIRB<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Belgisch Interventie- en Restitutiebureau.</P></NOTE> rifużjoni differenzjata u, wara li għamlet depożitu ta’ 120 %, irċeviet ħlas antiċipat ekwivalenti għas-somma ta’ EUR 1 407 268.91. Sabiex ikollha dritt definittiv għal dik is-somma, DERWA kellha tippreżenta il-prova tal-introduzzjoni għall-konsum fl-Eġittu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="19980210">10 ta’ Frar 1998</DATE>, DERWA ppreżentat lill-BIRB ċertifikat rilaxxjat fl-<DATE ISO="19971104">4 ta’ Novembru 1997</DATE> mill-SGS BELGIUM NV, kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza u rikonoxxuta fil-Belġju (minn issa ’l quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>SGS Belgium<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), ċertifikat fejn ġie kkonfermat illi l-merkanzija kienet ġiet rilaxxjata mid-dwana Eġizzjana għat-tqegħid fis-suq. B’hekk il-BIRB irrilaxxat id-depożitu li kien sar minn DERWA u għalhekk<?PAGE NO="I-10768"?> ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ġew mogħtija b’mod definittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Minn investigazzjoni li saret dwar l-SGS Belgium mill-Ispettorat Ekonomiku tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tal-Belġju rriżulta, madankollu, li fl-<DATE ISO="19970924">24 ta’ Settembru 1997</DATE> l-SGS Eygpt Ltd kienet bagħtet faks lil SGS Belgium fejn informatha li, avolja d-dwana Eġizzjana kienet irrilaxxjat il-merkanzija, din ma setgħetx tiġi importata fl-Eġittu peress li l-awtoritajiet Eġiżzjani kienu pprojbixxew l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga Belġjan. Evidentement qabel dan il-faks kienet saret talba mill-kumpannija tal-assigurazzjoni Central Beheer Achmea NV, li kienet assigurat il-merkanzija u li kienet talbet lil SGS Belgium biex tibgħat, wara li tkun saret il-verifika, ċertifikat tar-rilaxx mid-dwana.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-BIRB, li ġiet informata ripetutament mill-Ispettorat Ekonomiku fir-rigward tal-investigazzjoni dwar l-SGS Belgium, ikkomunikat lil din tal-aħħar ir-riżultat tal-investigazzjoni b’ittra reġistrata tal-<DATE ISO="19990421">21 ta’ April 1999</DATE>, u talbitha tittrasmettilha d-dokumenti tad-dwana li abbażi tagħhom irrilaxxjat iċ-ċertifikat tagħha tal-<DATE ISO="19971104">4 ta’ Novembru 1997</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra reġistrata tal-<DATE ISO="20020205">5 ta’ Frar 2002</DATE>, il-BIRB iddikjarat li l-SGS Belgium ma kinitx ikkonformat mat-talba tal-<DATE ISO="19990421">21 ta’ April 1999</DATE>, u li mid-dokumenti disponibbli kien il-każ li wieħed jikkonkludi li l-merkanzija mibgħuta l-Eġittu ma kinitx ġiet rilaxxjata għall-konsum. Peress li l-BIRB sostniet li l-SGS Belgium kienet intenzjonalment tat ċifri żbaljati, hija imponiet fuqha sanzjoni pekunjarja ta’ 200 %, fis-sens tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 3665/87, u interpellatha biex tħallas ammont ekwivalenti għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">4503260.74</FT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Dan l-ammont huwa kompost kif ġej: EUR <FT TYPE="DECIMAL">1407268.90</FT> bħala ammont bażiku, li jikkorrispondi għall-ammont tar-rifużjoni għall-esportazzjoni, miżjud b’20 %, jiġifieri EUR <FT TYPE="DECIMAL">281453.72</FT>, u l-penali ekwivalenti għal 200 % tal-ammont bażiku, jiġifieri EUR <FT TYPE="DECIMAL">2814538.12</FT>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra reġistrata tad-<DATE ISO="20020429">29 ta’ April 2002</DATE>, l-SGS Belgium irrispondiet li minn verifika iktar iddettaljata rriżulta li l-merkanzija kienet ġiet importata fl-Eġittu b’mod provviżorju biss. B’ittra tas-<DATE ISO="20020527">27 ta’ Mejju 2002</DATE>, l-SGS Belgium ammettiet li kienet tat ċifri mhux eżatti, imma li ma kinitx għamlet dan b’mod intenzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>B’att ta’ ċitazzjoni nnotifikat fis-<DATE ISO="20030916">16 ta’ Settembru 2003</DATE>, il-BIRB talbet lil Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Anversa), biex tikkundanna lil SGS Belgium tħallasha EUR <FT TYPE="DECIMAL">4503260.74</FT>. L-SGS Belgium talbet il-kjamata in kawża tad-DERWA u tas-Centraal Beheer Achmea bl-iskop li f’każ ta’ kundanna tiġi meħlusa mill-ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>B’sentenza tat-<DATE ISO="20060113">13 ta’ Jannar 2006</DATE>, ir-Rechtbank ċaħdet it-talba tal-BIRB għax kienet infondata u ddikjarat li kienu mingħajr skop it-talbiet għall-kjamati in kawża u l-ħelsien mir-responsabbiltà li saru mill-SGS Belgium.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10769"?><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Huwa veru li r-rikors tal-BIRB ma kienx tardiv, peress li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95, terminu li kellu jibda jiddekorri mill-<DATE ISO="19980210">10 ta’ Frar 1998</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>F’din id-data DERWA kienet ippreżentat lill-BIRB id-dikjarazzjoni rilaxxjata mill-SGS Belgium fir-rigward tal-importazzjoni fl-Eġittu.</P></NOTE>, kien ġie interrott bl-ittra reġistrata tal-<DATE ISO="20020205">5 ta’ Frar 2002</DATE> tal-BIRB, li permezz tagħha ġiet applikata l-penali.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Madankollu, ma hemmx bażi legali suffiċjenti biex tiġi applikata sanzjoni fir-rigward ta’ suġġett bħal SGS Belgium, li hi involuta fl-irregolarità li ġiet kommessa mill-esportatur. B’mod partikolari, l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament 2988/95 ma għandhomx effetti diretti, peress li jħallu marġni ta’ diskrezzjoni għall-Istati Membri. Barra dan, il-BIRB ma wrietx li DERWA kienet irċeviet indebitament ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u li ċ-ċertifikat tal-SGS Belgium kien jinkludi informazzjoni mhux eżatta.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-BIRB appellat minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Hof van Beroep te Antwerpen (Qorti tal-Appell ta’ Anversa), li, fit-<DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandhom effett dirett fis-sistemi legali nazzjonali tal-Istati Membri, fin-nuqqas ta’ marġni ta’ diskrezzjoni ta’ dawn l-Istati Membri kif ukoll ta’ ħtieġa min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali li jadottaw miżuri ta’ implementazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Kumpannija li mill-aspett internazzjonali hija speċjalizzata fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza u li hija rikonoxxuta mill-Istat Membru li fih isiru l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni, f’dan il-każ il-Belġju, li ppreżentat dikjarazzjoni ineżatta fir-rigward tal-ħatt, fis-sens tal-Artikolu 18(2)(ċ) tar-Regolament 3665/87/KEE, tista’ tiġi kkunsidrata bħala operatur ekonomiku, fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2988/95/KE u għaldaqstant bħala persuna li pparteċipat fit-twettiq tal-ksur jew bħala persuna li tista’ titqies responsabbli għall-ksur jew saħansitra bħala persuna li kellha tevita li dan il-ksur iseħħ, fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-komunikazzjoni ta’ rapport dwar stħarriġ immexxi mill-Bord ta’ Spezzjoni Ekonomika, ittra li titlob li jiġu ppreżentati dokumenti addizzjonali sabiex tiġi ġġustifikata l-importazzjoni għall-konsum jew ittra rreġistrata li timponi sanzjoni, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala atti istruttorji jew bħala proċedimenti legali fis-sens<?PAGE NO="I-10770"?> tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ipparteċipaw l-SGS Belgium, DERWA, il-Gvernijiet tal-Belġju u tal-Awstrija kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea; il-Gvern Awstrijak biss ippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Belġjan u l-Kummissjoni, l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95 għandhom effetti diretti. Dan joħroġ min-natura legali u mill-funzjoni tar-regolamenti. Huwa veru li jistgħu jippreżentaw irwieħhom sitwazzjonijiet eċċezzjonali, li fihom ikunu meħtieġa miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni, iżda ma jidhirx li teżisti ċirkustanza bħal din fil-każ inkwistjoni. Lanqas teżisti liġi settorjali iktar speċifika ta’ applikazzjoni prijoritarja.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Effettivament, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 tat-TFUE, ir-regolamenti għandhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>applikazzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Regolament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Dispożizzjoni bħal din kienet diġà inkluża fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 198 preċedenti, tat-Trattat KE, li hi rilevanti għall-każ preżenti.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Huwa loġiku li wieħed jaħseb li din ir-regola ġenerali tad-dritt primarju tgħodd ukoll għar-Regolament Nru 2988/95. F’kull każ, dan huwa stipulat, fl-Artikolu 11(2) tiegħu, fis-sens li dan ir-regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-kawża Handlbauer<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20040624">24 ta’ Ġunju 2004</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-278/02" PAGE.ECR="I-6171" YEAR="2004">C-278/02, Ġabra p. I-6171</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ntalbet tiddeċiedi fir-rigward tal-applikabbilità diretta tar-Regolament Nru 2988/95. Din kienet talba għal deċiżjoni preliminari imressqa minn qorti Awstrijaka, li kienet għażlet il-formula <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>unmittelbar anwendbar<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> minflok il-formula <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>unmittelbar gilt<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, applikata fil-verżjoni Ġermaniża tad-dritt primarju u tar-Regolament Nru 2988/95. Fil-verżjoni Franċiża tas-sentenza – huwa magħruf illi l-imħallfin jiddeliberaw bil-Franċiż – ġew użati għal dan l-iskop il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>applikabbli direttament<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, li jikkorrispondu letteralment mad-dritt primarju u mar-Regolament Nru 2988/95 tal-verżjoni Franċiża. Minn din iċ-ċirkustanza wieħed jista’ jiddeduċi li għall-kunċetti doppji <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>unmittelbare Geltung<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>unmittelbare Anwendbarkeit<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ma tistax tiġi attribwita<?PAGE NO="I-10771"?> tifsira differenti, fi kwalunkwe każ fil-kuntest tas-sentenza Handlbauer.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Dik il-kawża kienet tirrigwarda, bħal din il-kawża, proċeduri kontra irregolarità fis-settur tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli. Il-Qorti tal-Ġustizzja affermat l-applikabbiltà diretta tal-Artikolu 3(1) tar-regolament, li jistipula, għall-proċeduri kontra l-irregolarità, terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenza Handlbauer (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 39); ara wkoll is-sentenza tad-<DATE ISO="20090129">29 Jannar 2009</DATE>, Josef Vosding Schlacht-, Kühl- und Zerlegebetrieb (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-278/07+C-279/07+C-280/07" PAGE.ECR="I-457" YEAR="2009">C-278/07 sa C-280/07, Ġabra p. I-457</REF.DOC.ECR>, punti 27 u 28.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-motivazzjoni tas-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat qabelxejn li, kemm minħabba n-natura tagħhom u minħabba l-funzjoni tagħhom fl-iskema tas-sorsi tad-dritt Komunitarju, id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti għandhom, ġeneralment, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>effett immedjat<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Fil-verżjoni Ġermaniża tas-sentenza <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>unmittelbare Wirkung<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></NOTE> fis-sistemi ġuridiċi nazzjonali mingħajr ma jkun meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jadottaw miżuri ta’ applikazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenza Handlbauer (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 39 li tagħmel riferiment għas-sentenza tas-<DATE ISO="19720517">17 ta’ Mejju 1972</DATE>, Leonesio, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="93/71" PAGE.ECR="287" YEAR="1972">93/71, Ġabra p. 287</REF.DOC.ECR>, punt 5).</P></NOTE>. Huwa veru li wħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom jistgħu jeħtieġu, sabiex jiġu implementati, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ applikazzjoni mill-Istati Membri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenza Handlbauer (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 26, li tagħmel riferiment għas-sentenza tal-<DATE ISO="20010111">11 ta’ Jannar 2001</DATE>, Monte Arcosu (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/98" PAGE.ECR="I-103" YEAR="2001">C-403/98, Ġabra p. I-103</REF.DOC.ECR>, punt 26).</P></NOTE>; madankollu dan ma jseħħx fil-każ tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>La minn din is-sentenza u lanqas mill-ġurisprudenza preċedenti ma wieħed jista’ jiddeduċi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddistingwi b’mod ċar bejn il-kunċetti ta’ validità, applikabbiltà u effett dirett. Minkejja li l-partijiet fil-kawża, analizzaw – in parti fil-fond – differenzi eventwali li jeżistu bejn dawn il-kunċetti, jien tal-fehma li jkun ftit li xejn xieraq li wieħed jidħol fid-dibattitu fundamentali rigward il-kunċett tal-effett dirett tad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari tar-regolamenti fis-sens ta’ effett dirett jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>direct effect<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, fost oħrajn, Edward D., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Direct Effect: Myth, Mess or Mystery?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, f’<HT TYPE="ITALIC">Direct effect, Rethinking a Classic of EC Legal Doctrine,</HT> (edituri) J. M. Prinssen u A. Schrauwen, Europa Law Publishing, Groningen 2002, p. 3.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Ladarba, fil-kawża inkwistjoni, tqajmet il-kwistjoni tal-effett dirett tal-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament 2988/95, jeħtieġ għalhekk jiġi kkjarifikat bl-iktar mod ċar u sempliċi jekk miżura restrittiva tal-awtorità maħruġa fir-rigward ta’ impriża tistax tkun ibbażata direttament fuq dispożizzjoni ta’ dan ir-regolament. Definittivament, anki l-kawża Handlbauer kienet tittratta din il-kwistjoni. Huwa veru li, f’din il-kawża, is-sanzjoni bħala tali ma kinitx ibbażata direttament fuq ir-Regolament Nru 2988/95. Madankollu, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin stipulat f’dan ir-regolament mhux biss kien itwal minn dak li kien ikun applikabbli fil-każ li l-Artikolu 3(1) tar-regolament ma kellux effetti diretti – u dan kien jirriżulta<?PAGE NO="I-10772"?> manifestament deċiżiv biex tiġi riżolta l-kwistjoni tal-leġittimità tas-sanzjoni– imma barra minn hekk seta’ wkoll jiġi interrott.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-kriterji li abbażi tagħhom jeħtieġ li wieħed jipproċedi għall-verifika tal-idonjetà bħala bażi legali għas-sanzjoni jistgħu jiġu identifikati minnufih.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-Regolament Nru 2988/95 innifsu, fl-Artikolu 2(2) tiegħu, jistipula li l-ebda penali amministrattiva ma tista’ tiġi imposta jekk ma tkunx ġiet stipulata permezz ta’ att Komunitarju preċedenti għall-irregolarità. L-Artikolu 2(3) tiegħu jistabbilixxi barra dan li d--dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju jiddeterminaw in-natura u l-portata tal-miżuri u tal-penali amministrattivi neċessarji għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni kkunsidrata, skont in-natura u l-gravità tal-irregolarità, tal-benefiċċju mogħti u tal-vantaġġ irċevut u tal-grad ta’ responsabbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fil-kuntest speċifiku tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet diversi drabi li sanzjoni ta’ natura mhux penali ma tistax tiġi imposta ħlief jekk tibbaża ruħha fuq bażi ġuridika ċara u mhux ambigwa<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20001214">14 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Emsland-Stärke (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-110/99" PAGE.ECR="I-11569" YEAR="2000">C-110/99, Ġabra p. I-11569</REF.DOC.ECR>, punt 56); tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, Käserei Champignon Hofmeister (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-210/00" PAGE.ECR="I-6453" YEAR="2002">C-210/00, Ġabra p. I-6453</REF.DOC.ECR>, punt 52); u tas-<DATE ISO="20060406">6 ta’ April 2006</DATE>, ED &amp; F Man Sugar (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-274/04" PAGE.ECR="I-3269" YEAR="2006">C-274/04, Ġabra p. I-3269</REF.DOC.ECR>, punt 15.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Din il-premessa tirrappreżenta, bħall-prinċipju ta’ legalità tar-reati u tal-pieni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P><HT TYPE="ITALIC">Nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>, ara f’dan ir-rigward is-sentenza tat-<DATE ISO="20080603">3 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Intertanko <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-308/06" PAGE.ECR="I-4057" YEAR="2008">C 308/06, Ġabra p. I-4057</REF.DOC.ECR>, punt 70).</P></NOTE>, espressjoni partikolari tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, li jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju, u jeżiġi, b’mod partikolari, li liġi tkun ċara u preċiża, sabiex l-individwi jkunu jistgħu jagħrfu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom mingħajr ambigwità u jimxu skont dan it-tagħrif<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenza Intertanko <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 69.)</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja – fil-fehma tiegħi b’mod korrett – xi kultant ma taqbilx li tapplika l-prinċipji tad-dritt penali għall-każijiet li jirrigwardjaw sanzjonijiet amministrattivi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza Käserei Champignon Hofmeister (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il paġna 15, punt 44), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrileva li s-sanzjoni taħt il punt (a) tal ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament Nru 3665/87 ma hijiex ta’ natura penali u li, għalhekk, il-prinċipju nulla poena sine culpa ma huwiex applikabbli. Għall-kuntrarju, fis-sentenzi tat-<DATE ISO="20070308">8 ta’ Marzu 2007</DATE>, Campina (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-45/06" PAGE.ECR="I-2089" YEAR="2007">C-45/06, Ġabra p. I-2089</REF.DOC.ECR>, punt 40); tal-<DATE ISO="20080311">11 ta’ Marzu 2008</DATE>, Jager (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-420/06" PAGE.ECR="I-1315" YEAR="2008">C-420/06, Ġabra p. I-1315</REF.DOC.ECR>, punt 59 et seq), il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li huwa applikabbli l-prinċipju tal-applikazzjoni retroattiva tas-sanzjoni inqas ħarxa fl-istanza fejn jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi; f’dan ir-rigward l-istess Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li dan il-prinċipju jiġi espress, b’mod partikolari fit-tieni sentenza tal Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2988/95. Għandu jiġi nnotat illi skont l-għaxar premessa tiegħu, ir-Regolament Nru 2988/95 jieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-prinċipju tad-dritt penali tan-ne bis in idem.</P></NOTE> xejn ma jżommha milli tirrikorri, anki bħala gwida, għas-sustanza tal-prinċipju ta’ legalità tar-reati u tal-pieni.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju jimplika li r-regoli Komunitarji jiddefinixxu b’mod ċar ir-reati u l-pieni għalihom. Din il-kundizzjoni tiġi sodisfatta meta l-individwu jkun jista’ jkun<?PAGE NO="I-10773"?> jaf, mill-kliem tad-dispożizzjoni rilevanti u, jekk ikun hemm bżonn, bl-għajnuna tal-interpretazzjoni tagħha li tingħata mill-qrati, liema atti u ommissjonijiet jagħtu lok għar-responsabbiltà kriminali tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza Intertanko <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 71, li tagħmel riferiment għas-sentenza tat-<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, Advocaten voor de Wereld, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-303/05" PAGE.ECR="I-3633" YEAR="2007">C-303/05, Ġabra p. I-3633</REF.DOC.ECR>, punt 50, u s-sentenza tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Coëme <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Belġju, Ġabra ta’ sentenzi u deċiżjonijiet 2000-VII, § 145).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Meta jiġu applikati l-kriterji tal-kjarezza u tal-inekwivokabbiltà għall-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95, jeħtieġ qabelxejn jiġi kkonstatat illi fil-każ tal-irregolarità definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 li jsir riferiment għaliha fl-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nr 2988/95, jeħtieġ li din tiġi kkonkretizzata b’mod manifest. Fil-qofol ta’ din id-definizzjoni hemm is-sempliċi vjolazzjoni ta’ dispożizzjoni Komunitarja u d-danni eventwali kkawżati minnha a skapitu tal-baġit Komunitarju, mingħajr ma tipproċedi, anki jekk b’mod sommarju biss, biex tikkonkretizza permezz ta’ kategoriji ta’ tipi differenti ta’ mġiba illi hemm il-ħsieb li jsir riferiment għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Flimkien mal-SGS Belgium, DERWA u l-Gvern Awstrijak, barra dan jeħtieġ jiġi kkonstatat illi l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95 jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ifformulati f’termini purament fakultattivi. Fis-sens tal-Artikolu 5 tar-regolament l-irregolaritajiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>jistgħu<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jwasslu għal sanzjonijiet amministrattivi partikolari, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja u, fis-sens tal-Artikolu 7 tar-regolament, dawn is-sanzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>jistgħu<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jiġu applikati għall-persuni partikolari. Ħarsa għall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra ma twassalx għal riżultat differenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Fil-fatt, fil-Franċiż it-terminu użat huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>peuvent<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fl-Ingliż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>may<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fit-Taljan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>possono<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fl-Ispanjol <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>podrán<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u fl-Olandiż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kunnen<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat ukoll il-fatt li l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 2988/95, ma jagħmilx distinzjoni, fir-rigward tas-sanzjonijiet elenkati, bejn irregolaritajiet intenzjonali u irregolaritajiet ikkawżati b’negliġenza. Lanqas l-Artikolu 7 tar-regolament ma jagħmel distinzjoni, fir-rigward ta’ dawk li fuqhom tista’ tiġi imposta sanzjoni, skont il-grad tar-responsabbiltà għall-irregolarità.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Din l-analiżi tat-test minnha nnifisha ġġiegħlek tiddubita mill-fatt jekk l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95 għandhomx effett dirett fis-sens li dawn jistgħu jservu ta’ bażi legali awtonoma għall-applikazzjoni ta’ sanzjoni. Madankollu r-regolament joffri indikazzjonijiet favur il-fatt li lid-dispożizzjonijiet inkwistjoni, dejjem jekk jiġi kkunsidrat il-kontenut konkret tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Bl-ebda mod għalhekk ma nqiegħed fid-dubju l-konklużjoni li għaliha waslet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Handlbauer, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 35, jiġifieri li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, huwa direttament applikabbli.</P></NOTE>, ma jista jiġi attribwit lilhom ebda effett dirett f’dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1), ir-regolament jinvoka għalih innifsu unikament il-funzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>dispożizzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. L-Artikolu 2(1) jistabbilixxi mbagħad li, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, jiġu istitwiti<?PAGE NO="I-10774"?> sanzjonijiet, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>sakemm ikunu neċessarji<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Kif diġà ġie kkonstatat, l-Artikolu 5 tar-regolament – bħal ebda artikolu ieħor tiegħu – ma jispeċifikax dwar il-mument u dwar it-tip ta’ sanzjoni neċessarja. Anki l-formulazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>jiġu introdotti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>F’dan ir-rigward jeħtieġ li jiġi enfasizzat li ma għandniex hawnhekk premessa li tiddikjara dak li se jiġi regolamentat fir-regolament, imma dispożizzjoni stess tar-regolament.</P></NOTE> tixhed favur il-fatt illi huma meħtieġa dispożizzjonijiet oħra lil hinn mir-Regolament Nru 2988/95 bl-iskop li jiġu maħluqa sanzjonijiet li jkunu direttament applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(2) u fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2988/95 hawn fuq imsemmija dan isir iktar ċar: billi jistabbilixxi li l-ebda sanzjoni amministrattiva ma tista’ tiġi imposta ħlief jekk att tal-Komunità qabel l-irregolarità jkun ipprovda għaliha, juri li l-Kunsill fil-mument tal-adozzjoni tar-regolament, telaq mill-premessa li r-regolament innifsu ma huwiex biżżejjed biex tiġi applikata sanzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanza li dan jipprevedi, minbarra li d-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju jiddeterminaw in-natura u l-portata tal-miżuri u tas-sanzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni kkunsidrata, skont in-natura u l-gravità tal-irregolarità, tal-benefiċċju mogħti u tal-vantaġġ irċevut u tal-grad ta’ responsabbiltà, jikkonferma li r-regoli ġenerali adottati bir-regolament ma humiex minnhom infushom suffiċjenti biex iservu ta’ bażi legali awtonoma għal sanzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-ħames premessa tar-Regolament Nru 2988/95, huwa stipulat illi l-imġiba li tagħti lok għal irregolarità u l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi relattivi huma stipulati f’regoli settorjali konformi ma’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>B’konformità totali ma’ din il-pożizzjoni hemm ukoll il-ġurisprudenza li ġiet elaborata sa issa, li abbażi tagħha l-leġiżlatur Komunitarju, meta adotta ir-Regolament Nru 2988/95, stabbilixxa serje ta’ prinċipji ġenerali u talab li, bħala regola ġenerali, ir-regoli settorjali kollha jirrispettaw dawn il-prinċipji<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenza Jager (iċċitata iktar’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 18, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja fis-settur tal-fondi strutturali, identifikat il-bażi legali għall-obbligu tal-irkupru fir-regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill relattiv minflok fir-Regolament Nru 2988/95, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>li jillimita ruħu, kif tenfasizza wkoll il-Kummissjoni, li jistabbilixxi r-regoli ġenerali ta’ […] u ta’ sanzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE>, Vereniging Nationaal Overlegorgaan Sociale Werkvoorziening (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-383/06+C-385/06" PAGE.ECR="I-1561" YEAR="2008">C-383/06 u C-385/06, Ġabra p. I-1561</REF.DOC.ECR>, punt 39.</P></NOTE>. Din għalhekk ħadet espressament il-pożizzjoni<?PAGE NO="I-10775"?> tal-Kummissjoni, li sostniet konkretament li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ir-Regolament Nru 2988/95 ma jikkostitwixxix bażi ġuridika awtonoma li tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri f’każ ta’ irregolaritajiet. Fil-fatt, dan it-test jinkludi biss dispożizzjonijiet ġenerali […]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ibid., punt 34.</P></NOTE>. Kieku l-Qorti tal-Ġustizzja riedet b’dan il-mod tillimita ruħha biex tafferma, kif jidher li qiegħda ssostni issa l-Kummissjoni, li jekk teżisti regola settorjali, għandu jsir riferiment għaliha minflok ir-Regolament Nru 2988/95, probabbilment hija stess kienet tagħżel formulazzjoni differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Nikkonkludi għalhekk li l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95 ma għandhomx minnhom infushom effett dirett fis-sens li dawn jistgħu jservu ta’ bażi legali awtonoma għall-applikazzjoni ta’ sanzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Kif wieħed jista’ jiddeduċi mit-talba għal deċiżjoni preliminari, il-BIRB, biex tiġġustifika s-sanzjoni applikata fil-konfront tal-SGS Belgium, ma bbażatx ruħha biss fuq l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95, imma fuq l-effett kombinat ta’ dawn id-dispożizzjonijiet flimkien mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Anki l-Kummissjoni tagħti importanza, fil-kuntest preżenti, għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87. Huwa veru li din issostni li l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95 jistgħu jservu ta’ bażi legali awtonoma għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fir-rigward ta’ kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza. Madankollu, din is-sanzjoni, minħabba l-prinċipju ta’ legalità u meta jiġi kkunsidrat l-Artikolu 2(2) tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19850104">4 ta’ Jannar 1985</DATE>, ma tistax teċċedi l-ammont massimu li jista’ jiġi stabbilit bħala sanzjoni fir-rigward tal-esportatur. L-ammont massimu tas-sanzjoni applikabbli għall-importatur jiġi stabbilit abbażi tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-verifika jekk l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95 flimkien mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87 joffrux bażi legali suffiċjenti għall-applikazzjoni ta’ sanzjoni ta’ kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza bħall-SGS Belgium, madankollu għandha ssir biss fil-kuntest tar-risposta għat-tieni domanda preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-ewwel domanda preliminari għandha għalhekk tiġi mwieġba fis-sens li l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95 ma għandhomx għalhekk minnhom infushom effett dirett fis-sens li jistgħu jservu ta’ bażi legali awtonoma għall-applikazzjoni ta’ sanzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10776"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda preliminari, il-Hof van Beroep tistaqsi jekk kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza bħall-SGS Belgium, li rrilaxxjat ċertifikat dwar il-ħatt mhux korrett fis-sens tal-Artikolu 18(2)(ċ) tar-Regolament Nru 3665/87, tistax tiġi kkunsidrata bħala operatur ekonomiku jew persuna oħra fis-sens tal-Artikoli 1 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95, u tiġi għalhekk ikkunsidrata bħala destinatarja ta’ sanzjoni fis-sens ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta proposta għall-ewwel domanda preliminari, fir-realtà ma huwiex meħtieġ li tingħata risposta għat-tieni domanda. Peress li r-Regolament Nru 2988/95 ma joffri l-ebda bażi legali direttament applikabbli għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet, ma huwiex meħtieġ, abbażi ta’ analiżi ta’ dan il-kuntest, li jiġi vverifikat iktar fil-fond jekk kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza bħall-SGS Belgium tistax tkun destinatarja ta’ sanzjoni fis-sens ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>It-tieni domanda preliminari madankollu tibqa’ rilevanti jekk jiġi inkluż l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87 fit-tfittxija ta’ bażi legali suffiċjenti għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fir-rigward ta’ kumpanniji speċjalizzati fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza. Din id-dispożizzjoni fiha sanzjoni Komunitarja konkreta, applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, fil-każ ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli li jintalbu meta ma jkunux dovuti, anki jekk il-funzjoni tagħha bħala sanzjoni tirriżulta evidenti biss wara li tiġi eżaminata t-tieni darba<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara inter alia, is-sentenza tal-<DATE ISO="20080424">24 ta’ April 2008</DATE>, AOB Reuter (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-143/07" PAGE.ECR="I-3171" YEAR="2008">C-143/07, Ġabra p. I-3171</REF.DOC.ECR>, punt 22). Fi kwalunkwe każ, il-kunċett ta’ sanzjoni jiġi użat espressament fit-tielet u l-ħames paragrafi tal-Artikolu 11(1). Dwar in-nuqqas ta’ natura mhux penali tas-sanzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal Artikolu 11(1), ara wkoll is-sentenza Käserei Champignon Hofmeister (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punti 35 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE></TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għalhekk wieħed jista’ jargumenta li, jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni flimkien l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95 u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87, għandu jiġi sostnut li teżisti bażi legali suffiċjenti għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet fir-rigward ta’ kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza. Bl-iskop li jiġi ċċarat dan, jeħtieġ li jiġu interpretati wkoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 7 tar-Regolament Nru 2988/95, rigward id-destinatarji tas-sanzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Is-sanzjoni taħt l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87 skont il-kliem tiegħu, hija indirizzata esklussivament għall-esportatur<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara s-sentenza Käserei Champignon Hofmeister (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 42).</P></NOTE>, u tippreżumi li dan talab rifużjoni fuq l-esportazzjoni eċċessiva, li tinkludi anki<?PAGE NO="I-10777"?> l-każ fejn jirriżulta li ma kien hemm ebda dritt għal rifużjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Is-sentenza AOB Reuter (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, punt 22).</P></NOTE>. Sabiex tiġi eżaminata din il-kwistjoni, ma huwiex biżżejjed li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti fil-mument tal-eżami tal-applikazzjoni għal rifużjoni, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-fatti sussegwenti għal din l-applikazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ibid., punt 23.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat illi din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi bażi legali ċara u suffiċjenti għall-applikazzjoni tas-sanzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ibid,., punt 34.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>L-ebda waħda mill-partijiet fil-kawża ma sostniet li l-SGS Belgium, bħala kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza, tista’ tiġi punita b’sanzjoni unikament bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Peress li l-irregolarità sanzjonabbli permezz tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87 tista’ tiġi kommessa biss mill-esportatur innifsu, ma huwiex meħtieġ li jiġi verifikat jekk l-SGS Belgium tistax tiġi kkunsidrata bħala operatur ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 1(2) u l ewwel sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2988/95. L-SGS Belgium ma setgħetx hija stess ikkommettiet l-irregolarità inkwistjoni u għalhekk ma tiġix ikkunsidrata bħala destinatarja tas-sanzjoni fl-eventwali kwalità tagħha ta’ operatur ekonomiku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Wara li ntqal dan, jifdal li jiġi vverifikat jekk l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87, flimkien mad-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2988/95, li tipprovdi illi s-sanzjonijiet amministrattivi Komunitarji jistgħu jiġu applikati anki għall-persuni li jkunu ħadu sehem fl-irregolarità jew li huma fid-dover li jieħdu r-responsabbiltà għall-irregolarità jew li jiżguraw li din ma ssirx, jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala bażi legali għal sanzjoni fil-konfront ta’ SGS Belgium.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Tkun seħħet irregolarità fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7 u tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 f’każ li DEWRA tkun irċeviet ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni li ma jkunux dovuti fis-sens tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Jeħtieġ li dan jiġi ċċarat b’mod definittiv mill-qorti tar-rinviju. Huwa veru li t-tieni domanda preliminari titlaq mill-premessa, kif jirriżulta mill-formulazzjoni tagħha, li ċ-ċertifikat dwar il-ħatt skont l-Artikolu 18(2)(ċ) tar-Regolament Nru 3665/87, rilaxxjat mill-SGS Belgium u użat minn DERWA ma kienx korrett. Madankollu mit-talba għal deċiżjoni preliminari, wieħed jista’ jiddeduċi li dan baqa’ kkontestat quddiem il-qorti tar-rinviju. Barra dan, quddiem dik il-qorti ġie argumentat li l-merkanzija ġiet<?PAGE NO="I-10778"?> importata mill-Eġittu lejn l-Afrika t’Isfel, biex b’hekk indipendentement mill-korrettezza taċ-ċertifikat dwar il-ħatt inkwistjoni, kien jeżisti dritt ta’ DERWA għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ esportatur hu obbligat jiggarantixxi l-eżatezza tad-dikjarazzjonijiet tiegħu u s-sanzjoni skont l-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament Nru 3665/87 tiġi applikata indipendentement mill-element ta’ negliġenza suġġettiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenzi Käserei Champignon Hofmeister (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 59 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>) u dik tat-<DATE ISO="20050512">12 ta’ Mejju 2005</DATE>, Milupa (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-542/03" PAGE.ECR="I-3989" YEAR="2005">C-542/03, Ġabra p. I-3989</REF.DOC.ECR>, punt 26).</P></NOTE>. In-negliġenza jew żball kommessi minn kontraparti kuntrattwali tal-esportatur ma jammontawx għal ipoteżi ta’ forza maġġuri, imma jiffurmaw parti mir-riskji kummerċjali normali u ma jistgħux jiġu kkunsidrati li ma humiex prevedibbli fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali. L-esportatur għandu għad-dispożizzjoni tiegħu diversi mezzi biex jipproteġi ruħu, bħall-għażla libera tas-sħab kuntrattwali tiegħu, klawżoli u poloz ta’ assigurazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara s-sentenzi Käserei Champignon Hofmeister (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 80), u AOB Reuter (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, punt 36).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Ma nara l-ebda raġuni għalfejn dan ma għandux jgħodd ukoll għar-relazzjoni bejn esportatur u kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza, u b’mod partikolari indipendentement minn jekk iċ-ċertifikat użat mill-esportatur kienx rilaxxjat fuq talba tal-esportatur innifsu inkella – kif jidher li ġara fil-każ inkwistjoni – mill-assiguratur tiegħu. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 800/1999<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Regolament tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="19990415">15 ta’ April 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli.</P></NOTE>, li kien issostitwixxa r-Regolament Nru 3665/87, wara kollox ġie stipulat espressament li l-atti ta’ xi terzi li jirrigwardaw direttament jew indirettament il-formalitajiet meħtieġa għall-pagament tar-rifużjonijiet, inklużi l-atti tal-kontroll internazzjonali u tal-aġenziji ta’ superviżjoni, għandhom ikunu attribwiti lill-benefiċjarju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>L-Artikolu 52(4) it-tieni paragrafu.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>La darba bħala premessa ulterjuri tiġi invokata ċ-ċirkustanza li DERWA kkommettiet irregolarità li l-oriġini tagħha tmur lura għal ċertifikat mhux korrett rilaxxjat mill-SGS Belgium, din tal-aħħar għandha fi kwalunkwe każ tkun ikkunsidrata bħala persuna li ħadet sehem fl-eżekuzzjoni tal-irregolarità.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Jeħtieġ ukoll jiġi vverifikat jekk l-effett tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87 flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2988/95 huwiex daqstant ċar u inekwivokabbli li jista’ jservi ta’ bażi legali għal sanzjoni fir-rigward ta’ kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10779"?><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Qabelxejn jeħtieġ li mill-ġdid jiġi enfasizzat illi t-tieni sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2988/85 hija dispożizzjoni purament ta’ natura fakultattiva. Din tagħti b’mod manifest marġni ta’ diskrezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Anki jekk is-sanzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 3665/87 ma humiex ta’ natura penali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, dwar s-sanzjoni stipulata fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/8, is-sentenza Käserei Champignon Hofmeister (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 44).</P></NOTE>, fil-fehma tiegħi jkun inkompatibbli mar-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ inekwivokabbiltà jekk l-applikazzjoni tagħhom għall-persuni msemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2988/95 titħalla fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali. Fis-sentenza AOB Reuter<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, punt 30.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja, qabel ma kkwalifikat l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87 bħala bażi legali ċara u inekwivokabbli għas-sanzjonijiet fir-rigward tal-esportatur, ikkostatat illi l-applikazzjoni tas-sanzjoni, ladarba jkunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti, hija att dovut, ħlief jekk tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni, kif definiti b’mod eżawrjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet hawnhekk ikkontestati, is-suġġett ġuridiku ma jistax jirrikonoxxi liema atti jew ommissjonijiet iġibu in kawża r-responsabbiltà tiegħu li hi suġġetta għal sanzjoni. Anki għal dan il-motiv il-prinċipju ta’ legalità ma jiġix rispettat. Il-marġni ta’ diskrezzjoni previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi kkonkretizzat mil-leġiżlatur Komunitarju jew, fuq inkarigu tiegħu, mill-Istati Membri bl-iskop li tkun teżisti sanzjoni li tkun direttament applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Barra dan jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, effettivament, l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87, meta jistabbilixxi n-natura u l-portata tas-sanzjoni, jieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari tan-natura u l-gravità tal-irregolarità, tal-benefiċċju mogħti u tal-vantaġġ riċevut u tal-grad ta’ responsabbiltà, kif mitlub bl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2988/95. Għal kuntrarju, it-tieni sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2988/95 bl-ebda mod ma tiggrada s-sanzjoni, għall-persuni minnu indikati, skont in-natura u l-importanza tal-parteċipazzjoni u l-konoxxenza tagħhom tal-portata tad-dannu li l-baġit Komunitarju jsofri jew jista’ jsofri. Jekk wieħed jagħmel paragun kawt mad-dritt kriminali, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li ma ssirx distinzjoni bejn awtur u kompliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Il-każ inkwistjoni juri b’mod partikolari li d-dispożizzjonijiet li ġew eżaminati f’din il-kawża ma humiex idoneji biex tiġi applikata sanzjoni adegwata. Għalhekk, il-BIRB titfa’ r-responsabbiltà fuq l-SGS Belgium talli konxjament irrilaxxjat ċertifikat falz, u fl-istess ħin titlaq mill-premessa li DERWA ma kinitx taf bl-ineżattezza. Iż-żewġ dispożizzjonijiet li ġew eżaminati madankollu<?PAGE NO="I-10780"?> ma joffru l-ebda strument identifikabbli li jippermetti li tittieħed inkunsiderazzjoni n-negliġenza preżunta tal-SGS Belgium fid-determinazzjoni tas-sanzjoni li għandha tiġi applikata fil-konfront tagħha, ladarba tibqa’ ssir insistenza fuq iċ-ċirkustanza li l-SGS Belgium fl-agħar ipoteżi ħadet sehem f’irregolarità kommessa minn DERWA u ma tiġix hija stess ikkunsidrata bħala awtriċi ta’ din l-irregolarità.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Insostni li l-evalwazzjoni li saret minni sa issa ġiet ikkonfermata mill-fatt – imsemmi anki mill-Gvern Awstrijak – li, fl-2002, il-Kummissjoni, permezz ta’ emenda<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Bl-introduzzjoni tal-Artikolu 16(c) ġdid permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1253/2002, tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 800/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="183" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2002">ĠU L 183, p. 12</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> għar-Regolament Nru 800/1999 Iċċitat iktar ’il-fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33., li sadanittant issostitwixxa r-Regolament Nru 3665/87, introduċiet għall-qasam tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, dispożizzjoni li tistipula kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>L-Istati Membri li approvaw AS għandhom jipprovdu għal sistema effettiva ta’ sanzjonijiet għal każijiet fejn AS approvata tkun ħarġet ċertifikat falz.<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> It-tieni premessa inkluża fir-regolament li jagħmel l-emenda tistipula: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Barra minn dan, huwa meqjus neċessarju li tiġi prevista sistema effettiva ta’ sanzjonijiet li għandha tiġi implimentata mill-Istati Membri, f’każijiet li l-AS jippreżentaw provi irregolari tal-wasla.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87 meħud flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2988/95, il-Kummissjoni għalhekk ma kkonstatatx li hemm xi bażi legali suffiċjenti għal sanzjonijiet fir-rigward ta’ kumpanniji speċjalizzati fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza. Li kieku kien jeżisti qabel mekkaniżmu ta’ sanzjonijiet suffiċjenti fil-livell Komunitarju, din id-dixxiplina ġdida ma kinitx tkun neċessarja; barra dan, wieħed ikollu jassumi li attwalment jeżistu żewġ dixxiplini, mingħajr ma ġiet iċċarata r-relazzjoni li torbothom flimkien.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Biex nikkonkludi, nixtieq nenfasizza illi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma hemmx kjarifika, pereżempju fl-Artikolu 2(2) tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19850104">4 ta’ Jannar 1985</DATE>, tal-konkretizzazzjoni tal-fatti li, fil-perijodu ta’ żmien rilevanti għall-kawża preżenti, kienet assenti fil-livell tad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fil-fatt la r-Regolament Nru 2988/95 u lanqas ir-Regolament Nru 3665/87 ma jinkludu xi riferiment għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, riferiment li kien jippermetti li wieħed ifittex f’dik il-leġiżlazzjoni, il-konkretizzazzjoni neċessarja mill-lat sostanzjali, ta’ sanzjoni delineata biss f’termini ġenerali mid-dritt Komunitarju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10781"?><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għal kuntrarju, ir-Regolament Nru 2988/95 jistipula espressament li sanzjoni amministrattiva tista’ tiġi imposta biss f’każ li din tkun prevista f’att Komunitarju li jkun preċedenti għall-irregolarità, u li d-dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju tistabbilixxi n-natura u l-portata tal-miżuri u sanzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-applikazzjoni korretta tar-regoli inkwistjoni, fir-rigward tan-natura u tal-gravità tal-irregolarità, tal-benefiċċju mogħti jew tal-vantaġġ irċevut u tal-livell ta’ responsabbiltà. F’dan is-sens il-ħames premessa tar-Regolament 2988/95 tistipula li mġiba mhux regolari, u l-miżuri u penalitajiet relatati magħha, huma msemmija f’regoli settorjali konformi ma’ dak ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni għalhekk insostni li t-tieni domanda preliminari għandha tiġi mwieġba kif ġej:</TXT><P>Kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza u li tkun rikonoxxuta mill-Istat Membri fejn ikunu saru l-formalitajiet tad-dwana għall-esportazzjoni (f’dan il-każ: il-Belġju), li tkun irrilaxxjat ċertifikat dwar il-ħatt li ma jkunx korrett fis-sens tal-Artikoli 18(2)(ċ) tar-Regolament Nru 3665/87, ma tistax tkun ikkunsidrata bħala operator ekonomiku fis-sens tal-Artikoli 1, 2, u t-tieni sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2988/95, ladarba huwa l-każ li tiġi applikata sanzjoni fir-rigward tagħha abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien mal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 3665/87. Huwa veru li din tista’ tiġi kkunsidrata bħala persuna li ħadet sehem fit-twettiq tal-irregolarità fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2988/95; madankollu, din id-dispożizzjoni, anki jekk meħuda flimkien mal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 3665/87, ma toffrix bażi legali suffiċjenti biex tiġi applikata sanzjoni fir-rigward tagħha.</P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposti suġġeriti minni għall-ewwel domandi preliminari, ma huwiex meħtieġ li tingħata risposta għat-tielet domanda. Ladarba l-applikazzjoni ta’ sanzjoni hija eskluża <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, ikun inutli li jiġi vverifikat jekk din eventwalment setgħetx tiġi imposta iktar. Għalhekk se neżamina biss din id-domanda subordinatament, f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li ma taqbilx mal-konklużjonijiet li għamilt jien fir-rigward tal-ewwel żewġ domandi.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1), tar-Regolament Nru 2988/95, il-preskrizzjoni ta’ azzjonijiet ġudizzjari tiġi interrotta bl-effett ta’ kwalunkwe att tal-awtorità kompetenti, li jitwassal għal konoxxenza tal-persuna interessata, li jkun ta’ natura istruttorja jew li jkun maħsub bħala parti minn proċeduri legali kontra l-irregolarità.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10782"?><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Bħala att ta’ natura istruttorja possibbli jew li jkun maħsub bħala parti minn proċeduri legali kontra l-irregolarità, il-qorti ta’ rinviju ssemmi:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>verbal ta’ inkjesta li saret mill-Ispettorat Ekonomiku, mibgħut lill-BIRB fit-<DATE ISO="19980813">13 ta’ Awwissu 1998</DATE>, kif ukoll ittra mibgħuta minn dan l-Ispettorat lill-BIRB fid-<DATE ISO="19981009">9 ta’ Ottubru 1998</DATE> flimkien ma’ faks tal-<DATE ISO="19981014">14 ta’ Ottubru 1998</DATE>, li permezz tagħha ġew trasmessi l-verbali tal-inkjesti;</P></ITEM><ITEM><P>l-ittra reġistrata tal-<DATE ISO="19990421">21 ta’ April 1999</DATE> mibgħuta mill-BIRB lil SGS Belgium, li permezz tagħha intalbet tippreżenta iktar dokumenti sabiex tipprova t-tqegħid fis-suq;</P></ITEM><ITEM><P>l-ittra reġistrata tal-<DATE ISO="20020205">5 ta’ Frar 2002</DATE> mibgħuta mill-BIRB lil SGS Belgium, li permezz tagħha ġiet applikata sanzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>skont l-Artikoli 11 tar-Regolament Nru 3665/87<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà għamlitha ċara li l-atti istruttorji ġenerali tal-awtoritajiet nazzjonali, li ma jagħmlux riferiment għal suspetti ta’ irregolarità, ma humiex idoneji biex jinterrompu l-preskrizzjoni stipulata bl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95. Għalhekk, in-notifika ta’ kontroll ġenerali tad-dwana, li ma jindikax b’mod biżżejjed preċiż l-operazzjonijiet li jagħmlu riferiment għas-suspetti ta’ irregolarità, ma jammontawx għal att istruttorju maħsub biex jittieħdu proċeduri legali kontra l-irregolarità b’mod li jinterrompi t-terminu tal-preskrizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara s-sentenza Handlbauer, (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punti 40 u 43).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet hija att istruttorju ittra fejn il-Kummissjoni kkomunikat lill-benefiċjarju ta’ għajnuna Komunitarja fis-settur tas-sajd it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment, peress li r-riżorsi tas-sajd tal-pajjiż terz indikat fid-deċiżjoni tal-konċessjoni tal-għajnuna ma kinux ġew sfruttati għall-perijodu ta’ żmien twil biżżejjed<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20041202">2 ta’ Diċembru 2004</DATE>, José Marti Peix vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-226/03 P" PAGE.ECR="I-11421" YEAR="2004">C-226/03 P, Ġabra p. I-11421</REF.DOC.ECR>, punt 30).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Abbażi tal-formulazzjoni tat-tielet domanda preliminari kif ukoll tal-ispjegazzjonijiet ulterjuri mogħtija fit-talba għal deċiżjoni preliminari, jista’ jiġi preżunt illi l-verbali tal-inkjesta inkwistjoni nġabu għall-attenzjoni tal-SGS Belgium matul l-inkjesta relattiva. Fil-fehma tiegħi, il-qorti tar-rinviju għandha tevalwa, b’konformità mal-ġurisprudenza hawn fuq imsemmija, jekk il-verbali tal-inkjesta kkontestati kinux konkreti biżżejjed u l-SGS Belgium setgħetx tirrealizza li kien ingħata bidu għal investigazzjoni fil-konfront tagħha minħabba ċ-ċertifikat tal-<DATE ISO="19971104">4 ta’ Novembru 1997</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Kuntrarju għal dak li jidher li qiegħda ssostni l-SGS Belgium, ma naħsibx li teżisti problema minħabba l-fatt li d-dokumenti ma humiex verbali ta’ inkjesta ta’ BIRB.<?PAGE NO="I-10783"?> Il-fatt li Stat Membru jkun assenja lil awtorità waħda pjuttost milli lil diversi awtoritajiet il-kompetenza biex jiġu adottati atti ta’ natura istruttorja jew li jkun maħsub biex jittieħdu proċeduri legali kontra irregolarità ma jistax, minnu nnifsu, ipoġġu fid-dubju l-klassifikazzjoni tal-miżuri rispettivi bħala atti ta’ natura istruttorja jew li jkun maħsub biex jittieħdu proċeduri legali kontra irregolarità. Madankollu tista’ tkun meħtieġa evalwazzjoni differenti ladarba l-awtorità li tittrasmetti l-verbali ta’ awtorità oħra lill-persuna inkwistjoni, toħloq f’dan tal-aħħar l-impressjoni li, mill-perspettiva tiegħu, ma jeżistux indizji suffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ittra reġistrata tal-<DATE ISO="19990421">21 ta’ April 1999</DATE> mibgħuta minn BIRB lil SGS Belgium, li permezz tagħha ġiet mitluba tippreżenta dokumenti oħrajn biex tipprova t-tqegħid fis-suq, hemm ħafna raġunijiet, fil-fehma tiegħi, favur l-argument illi din hija tal-inqas att istruttorju. Anki f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju għandha madankollu teżamina l-kontenut eżatt biex tistabbilixxi jekk minn din l-ittra jirriżultax li l-BIRB kienet qiegħda tiddubita mill-korrettezza taċ-ċertifikat tal-<DATE ISO="19971104">4 ta’ Novembru 1997</DATE>, u mhux per eżempju sempliċement illimitat ruħha biex tikkompleta d-dokumentazzjoni tagħha. Skont l-espożizzjoni tal-fatti mill-qorti tar-rinviju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara hawn fuq, punt 16.</P></NOTE>, bl-ittra reġistrata inkwistjoni barra dan ġie kkomunikat lil SGS Belgium l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Ispettorat Ekonomiku. F’dan ir-rigward jgħodd dak kollu li ġie espost fiż-żewġ punti preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ittra reġistrata tal-<DATE ISO="20020205">5 ta’ Frar 2002</DATE> mibgħuta mill-BIRB lil SGS Belgium, li permezz tagħha ġiet applikata sanzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>konformi mal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 3665/87<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, ma għandi ebda dubju dwar il-fatt li din hija att li huwa parti minn proċeduri legali kontra l-irregolarità, li seta’ jinterrompi l-preskrizzjoni. Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li mill-ittra reġistrata tirriżulta b’mod ċar ir-raġuni għall-applikazzjoni tas-sanzjoni. Jista’ forsi jkun sorprendenti li ma kinitx l-SGS Belgium li rrikorriet quddiem il-qrati Belġjani bl-iskop li tiddefendi ruħha fir-rigward ta’ din is-sanzjoni. Waqt is-smigħ, il-Gvern Belġjan sostna f’dan ir-rigward li d-deċiżjoni dwar is-sanzjoni amministrattiva minnha nnifisha ma setgħetx tiġi eżegwita. Ladarba d-destinatarju ta’ din is-sanzjoni qed jirrifjuta li jħallas, il-Gvern Belġjan għandu, bl-iskop li jesegwixxi s-sanzjoni, jiftaħ kawża biex jistabbilixxi somma xierqa fil-kuntest tal-ammont mitlub. Indipendentement minn din il-forma proċedurali, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju enfasizzat ripetutatment li bl-ittra reġistrata ġiet applikata sanzjoni fir-rigward tal-SGS Belgium, u din tal-aħħar ġiet mitluba tersaq għal ħlas tal-istess. Għalhekk huwa evidenti li għandna quddiemna att li huwa parti minn proċeduri legali kontra l-irregolarità.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10784"?><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Subordinatament, għalhekk qiegħed nipproponi li t-tielet domanda preliminari għandha tingħata risposta fis-sens li l-ittra reġistrata tal-awtorità amministrattiva nazzjonali kompetenti, li permezz tagħha ġiet applikata sanzjoni għal fatt deskritt fl-ittra reġistrata nnifisha, tista’ tiġi kkunsidrata bħala att istruttorju li huwa parti minn proċeduri legali kontra l-irregolarità fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, qiegħed nissuġġerixxi tingħata risposta fit-termini li ġejjin għad-domandi preliminari magħmula mill-Hof van Beroep te Antwerpen:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, ma għandhomx minnhom infushom effett dirett fis-sens li dawn jistgħu jservu ta’ bażi legali awtonoma għall-applikazzjoni ta’ sanzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Kumpannija speċjalizzata fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza u rikonoxxuta mill-Istat Membru fejn ikunu saru l-formalitajiet tad-dwana għall-esportazzjoni (f’dan il-każ: il-Belġju), li tkun ħarġet ċertifikat tal-ħatt mhux korrett fis-sens tal-Artikolu 18(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) tal-Kummissjoni Nru 3665, tas-<DATE ISO="19871127">27 ta’ Novembru 1987</DATE>, rigward modalitajiet komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 2945/94, tat-<DATE ISO="19941202">2 ta’ Diċembru 1994</DATE>, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala operatur ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 1(2) u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament<?PAGE NO="I-10785"?> Nru 2988/95, ladarba qed tiġi applikata sanzjoni fil-konfront tagħha abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet flimkien mal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 3665/87. Huwa veru li din tista’ tiġi kkunsidrata bħala persuna li pparteċipat fit-twettiq tal-irregolarità, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2988/95; madankollu, din id-dispożizzjoni, anki flimkien mal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 3665/87, ma toffri ebda bażi legali suffiċjenti biex tiġi applikata sanzjoni fil-konfront tagħha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Ittra reġistrata tal-awtorità amministrattiva nazzjonali kompetenti, li permezz tagħha tiġi applikata sanzjoni għal fatt deskritt fid-dettall fl-ittra reġistrata nnifisha, tista’ tiġi kkunsidrata bħala att istruttorju bħala parti minn proċeduri legali kontra l-irregolarità fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3(1), tar-Regolament Nru 2988/95.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>