|
16.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/49 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9804 — Saudi Aramco Development/Baker Hughes/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 123/14)
1.
Fit-3 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Saudi Aramco Development Company (“SADCO”, l-Arabja Sawdija), |
|
— |
Baker Hughes Company (“BHC”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Kumpanija joint venture maħluqa ġdida (il-“JV Proposta”, l-Arabja Sawdija). |
Saudi Aramco Development Company (“SADCO”, l-Arabja Sawdija) u Baker Hughes Company (“BHC”, l-Istati Uniti tal-Amerka) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ kumpanija joint venture li għad trid tinħoloq (il-“JV Proposta”, l-Arabja Sawdija).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. SADCO u BHC għandhom il-ħsieb li kull waħda minnhom tixtri 50 % tal-kapital tal-ishma tal-JV Proposta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SADCO: esplorazzjoni, produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u, f’livell inqas, produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti raffinati u petrokimiċi; |
|
— |
BHC: provvista ta’ prodotti integrati mill-bjar taż-żejt u servizzi għall-iżvilupp upstream, midstream u downstream taż-żejt u l-gass. |
|
— |
il-JV Proposta: produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mhux metalliċi/composite biex jintużaw f’applikazzjonijiet taż-żejt u l-gass. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9804 — Saudi Aramco Development/Baker Hughes/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).