|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2264 |
9.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 115/2023
tat-28 ta’ April 2023
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2264]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/897 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-inklużjoni ta’ verifika tal-konformità bbażata fuq ir-riskju fl-Anness I u l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti għall-protezzjoni ambjentali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/570 tat-28 ta’ Jannar 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u għall-prodotti, għall-parts u għall-apparati ajrunawtiċi mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ bdoti ta’ pajjiżi terzi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1058 tas-27 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/945 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ żewġ klassijiet ġodda tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1234 tad-9 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 139/2014 fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn organizzazzjonijiet responsabbli mill-forniment ta’ servizzi ta’ mmaniġġar tar-rampa (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1974 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1975 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-operazzjonijiet bl-ajru għall-gliders u l-electronic flight bags (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(10) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/27 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/133 tat-28 ta’ Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(12) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/430 tat-18 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel il-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġenji tal-ajru ħfief (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(13) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (13) għandu jiġi inkorpora fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(14) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1170 tat-8 ta’ Lulju 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (14) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(15) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383 tat-8 ta’ Lulju 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b’rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (15) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(16) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1384 tal-24 ta’ Lulju 2019 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 965/2012 u (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-użu tal-inġenji tal-ajru elenkati fuq ċertifikat ta’ operatur tal-ajru għal operazzjonijiet mhux kummerċjali u operazzjonijiet speċjalizzati, l-istabbiliment ta’ rekwiżiti operattivi għat-twettiq ta’ titjiriet ta’ kontroll tal-manutenzjoni, l-istabbiliment ta’ regoli dwar operazzjonijiet mhux kummerċjali b’ekwipaġġ tal-kabina mnaqqas abbord u l-introduzzjoni ta’ aġġornamenti editorjali dwar ir-rekwiżiti tal-operazzjonijiet bl-ajru (16), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 230, 6.9.2019, p. 10, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(17) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1387 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kalkoli tal-prestazzjoni tal-inżul ta’ ajruplan u l-istandards għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway, l-aġġornament ta’ ċertu tagħmir u rekwiżiti tas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru u l-operazzjonijiet mingħajr approvazzjoni operattiva fuq distanza estiża (17) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(18) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1747 tal-15 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward ta’ rekwiżiti tekniċi għal ċerti liċenzji u ċertifikati tal-ekwipaġġi tat-titjir, regoli dwar l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-awtoritajiet kompetenti (18) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(19) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2153 tas-16 ta’ Diċembru 2019 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 319/2014 (19) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(20) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/208 tal-14 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (20) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(21) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/270 tal-25 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward ta’ miżuri tranżizzjonali għall-organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għall-avjazzjoni ġenerali u għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u li jikkoreġi dak ir-Regolament (21) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(22) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/357 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/395 fir-rigward tal-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja (22) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(23) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/358 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 fir-rigward tal-liċenzji tal-bdoti tal-gliders (23) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(24) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/359 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(25) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/639 tat-12 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward ta’ xenarji standard għal operazzjonijiet eżegwiti fil-linja viżwali tal-vista jew lil hinn minnha (25) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(26) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/746 tal-4 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward tal-posponiment tad-dati ta’ applikazzjoni ta’ ċerti miżuri fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (26) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(27) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159 tal-5 ta’ Awwissu 2020. li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1321/2014 u (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ġodda tal-ajrunavigabbiltà (27) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(28) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1176 tas-7 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1387 fir-rigward tal-posponiment tad-dati ta’ applikazzjoni ta’ ċerti miżuri fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (28) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(29) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2153 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 (29) li huwa integrat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(30) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 66ne (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011):
|
|
2. |
Jiżdiedu l-inċiżi u s-subinċiż li ġejjin fil-punt 66nf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012):
|
|
3. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66nh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014):
|
|
4. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 66ni (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640): “, kif emendata bi:
|
|
5. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 66nk (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395): “, kif emendata bi:
|
|
6. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 66p (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012):
|
|
7. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014):
|
|
8. |
It-test tal-punt 66s (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014) jinbidel b’dan li ġej:
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw skont l-adattamenti li ġejjin: Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 3(6): ‘Tali dispożizzjonijiet dedikati li jappartjenu għat-tariffi għal kompiti ta’ ċertifikazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ ftehim bilaterali bejn l-Unjoni u pajjiż terz għandhom jiġu replikati fil-ftehimiet bilaterali li Stat tal-EFTA jista’ jikkonkludi mal-istess pajjiżi li magħhom l-Unjoni diġà għandha ftehim.’ ” |
|
9. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 66wg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009):
|
|
10. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 66zb (ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2019/897, (UE) 2019/945, (UE) 2020/570, (UE) 2020/723, (UE) 2020/1058 u (UE) 2020/1234, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1974, (UE) 2018/1975, (UE) 2018/1976, (UE) 2019/27, (UE) 2019/133, (UE) 2019/430, (UE) 2019/947, (UE) 2019/1170, (UE) 2019/1383, (UE) 2019/1384, kif rettifikati permezz tal-ĠU L 230, 6.9.2019, p. 10, (UE) 2019/1387, (UE) 2019/1747, (UE) 2019/2153, (UE) 2020/208, (UE) 2020/270, (UE) 2020/357, (UE) 2020/358, (UE) 2020/359, (UE) 2020/639, (UE) 2020/746, (UE) 2020/1159 u (UE) 2020/1176 bil-lingwa Iżlaandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2023 tat-28 ta’ April 2023 (30), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(2) ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1.
(3) ĠU L 132, 27.4.2020, p. 1.
(5) ĠU L 232, 20.7.2020, p. 1.
(6) ĠU L 282, 31.8.2020, p. 1.
(7) ĠU L 326, 20.12.2018, p. 1.
(8) ĠU L 326, 20.12.2018, p. 53.
(9) ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64.
(11) ĠU L 25, 29.1.2019, p. 14.
(12) ĠU L 75, 19.3.2019, p. 66.
(13) ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45.
(14) ĠU L 183, 9.7.2019, p. 6.
(15) ĠU L 228, 4.9.2019, p. 1.
(16) ĠU L 228, 4.9.2019, p. 106.
(17) ĠU L 229, 5.9.2019, p. 1.
(18) ĠU L 268, 22.10.2019, p. 23.
(19) ĠU L 327, 17.12.2019, p. 36.
(20) ĠU L 43, 17.2.2020, p. 72.
(21) ĠU L 56, 27.2.2020, p. 20.
(22) ĠU L 67, 5.3.2020, p. 34.
(23) ĠU L 67, 5.3.2020, p. 57.
(24) ĠU L 67, 5.3.2020, p. 82.
(25) ĠU L 150, 13.5.2020, p. 1.
(26) ĠU L 176, 5.6.2020, p. 13.
(27) ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14.
(28) ĠU L 259, 10.8.2020, p. 10.
(29) ĠU L 93, 28.3.2014, p. 58.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(30) ĠU L, 2023/2294, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2294/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2264/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)