|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2386 |
28.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2386
tas-27 ta’ Novembru 2025
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007 (2), il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Ukrajna (“il-miżuri oriġinali”). |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2010 (3), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija ta’ Since Hardware (Guangzhou) Co, produttur esportatur Ċiniż ta’ twavel għall-mogħdija. L-investigazzjonijiet li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se jissejħu “l-investigazzjonijiet oriġinali”. |
|
(3) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 77/2010 (4), il-Kunsill emenda l-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(4) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 270/2010 (5), il-Kunsill emenda l-miżuri wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 805/2010 (6), il-Kunsill impona mill-ġdid dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija ta’ Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd, Foshan, produttur esportatur Ċiniż ta’ twavel għall-mogħdija, biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-141/08 P (7). |
|
(6) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 987/2012 (8), il-Kunsill impona mill-ġdid dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, immanifatturati minn Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd, biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża T-274/07 (9). |
|
(7) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 695/2013 (10), il-Kunsill estenda l-miżuri għal 5 snin oħra fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u ħassar il-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mill-Ukrajna, wara rieżami ta’ skadenza f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u rieżami interim f’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(8) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1662 (11), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”). |
|
(9) |
Id-dazji anti-dumping fis-seħħ bħalissa għandhom rati li jvarjaw bejn 18,1 % u 39,6 % fuq importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi fil-kampjun u rata ta’ dazju ta’ 42,3 % għall-kumpaniji l-oħrajn kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(10) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar l-iskadenza imminenti (12), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(11) |
It-talba għal rieżami tressqet fid-29 ta’ Ġunju 2024 minn 5 produtturi tal-Unjoni (Afer FUTE - Fábrica de Utilidades de Tubo S.A., Brabantia Latvia SIA, Colombo New Scal SpA, Rörets Polska Sp. z o.o. u Sonecol Indústria Metalurgica de Utilidades Domésticas S.A.) (“l-applikanti”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku (“it-talba”). It-talba għal rieżami kienet imsejsa fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni ta’ dumping u f’rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(12) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienu jeżistu provi suffiċjenti għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fl-1 ta’ Ottubru 2024 il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “iċ-Ċina” jew “ir-RPĊ”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
1.4. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu kkunsidrat
|
(13) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(14) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikanti, lil produtturi oħra tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-importaturi, lill-utenti, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jieħdu sehem. |
|
(15) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fi proċedimenti kummerċjali. |
1.6. Kampjunar
|
(16) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(17) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tar-rappreżentattività f’termini ta’ volum ta’ produzzjoni u bejgħ tal-prodott simili. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni, li jirrappreżentaw aktar minn 55 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni u żgura firxa ġeografika tajba. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma kellha kummenti u l-Kummissjoni għalhekk ikkonfermat li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun b’mod provviżorju finalment intgħażlu biex jiffurmaw parti mill-kampjun definittiv. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
Kampjunar tal-importaturi
|
(18) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(19) |
L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx neċessarju. |
Kampjunar tal-produtturi fir-RPĊ
|
(20) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħrufa kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur u lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi biex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(21) |
L-ebda produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx neċessarju. |
|
(22) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fi proċedimenti kummerċjali. |
1.7. Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika
|
(23) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(24) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-importaturi mhux relatati u lill-utenti. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (14) fil-jum tal-bidu. |
|
(25) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu biss mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: Produtturi tal-Unjoni:
|
1.8. Proċedura sussegwenti
|
(27) |
Fid-19 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(28) |
Ma wasal l-ebda kumment li jikkontesta s-sejbiet tal-Kummissjoni. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(29) |
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami ta’ skadenza huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjonijiet oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri t-twavel għall-mogħdija, kemm jekk bis-saqajn jew mingħajrhom, b’wiċċ jew le minn fejn joħroġ il-fwar u/jew is-sħana u/jew l-arja, inklużi twavel għall-kmiem, u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u fejn tisserraħ il-ħadida (“il-prodott taħt rieżami”). |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(30) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda ex 3924 90 00 , ex 4421 99 99 , ex 7323 93 00 , ex 7323 99 00 , ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 (kodiċijiet TARIC 3924 90 00 10, 4421 99 99 10, 7323 93 00 10, 7323 99 00 10, 8516 79 70 10 u 8516 90 00 51). |
2.3. Prodott simili
|
(31) |
Kif stabbilit fl-investigazzjonijiet oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(32) |
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
|
(33) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, komplew l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija miċ-Ċina. Skont id-data rrapportata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)”), l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija mir-RPĊ ammontaw għal madwar 6 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ 11 % matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti (15). F’termini assoluti, il-volum tal-importazzjonijiet kien sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u kellu xejra ta’ żieda matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(34) |
Kif imsemmi fil-premessa (21), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi fiċ-Ċina ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, fis-16 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u tibbaża s-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u dannu fir-rigward tal-esportaturi/produtturi fir-RPĊ fuq il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew asserzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku mill-GTĊ. |
|
(35) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba u l-istatistika bbażata fuq il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat sorsi oħra ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħall-Bank Dinji, il-Global Trade Atlas (“GTA”, Global Trade Atlas) u l-bażijiet tad-data ta’ Orbis Bureau van Dijk (“Orbis”) u l-istatistika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”, International Labour Organisation). Il-Kummissjoni bbażat ukoll fuq is-sejbiet tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti kif ukoll fuq is-sejbiet tal-investigazzjonijiet anti-dumping dwar l-istess prodott mibdija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti u tar-Renju Unit. |
3.2. Dumping
3.2.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(36) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nediet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(37) |
Sabiex tikseb informazzjoni li qieset neċessarja għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, fid-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni nnotifikat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Ma wasal l-ebda kumment jew asserzjoni rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(38) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija kienet għażlet b’mod provviżorju lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi oħra possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(39) |
Fid-19 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha ta’ produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija li jintużaw fil-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija (in-“Nota tal-FOP”). Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni u t-talba, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar in-Nota tal-FOP. |
3.2.1.1.
|
(40) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(41) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “(f)il-każ li jiġi determinat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A” (Selling, General and Administrative)). |
|
(42) |
Kif huwa spjegat ulterjorment hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1.1.1.
|
(43) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza fil-fajl biex tiddeċiedi jekk kienx hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ, li jagħmlu l-użu tal-prezzijiet u tal-kostijiet domestiċi mhux xieraq f’dak il-pajjiż. Dik l-analiżi kopriet l-elementi evidenzjarji li ġejjin dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(44) |
L-ewwel nett, l-evidenza li tinsab fit-talba kienet tinkludi l-elementi li ġejjin li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(45) |
L-applikanti rrimarkaw li s-suq inkwistjoni huwa servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika tal-awtoritajiet Ċiniżi. L-applikanti nnotaw li tali influwenza tinvolvi mhux biss is-suq tal-prodott taħt rieżami iżda wkoll is-suq tal-materja prima ewlenija (jiġifieri l-azzar). Skont l-applikanti, dan jinkiseb mill-GTĊ permezz ta’ żewġ mezzi ewlenin, wieħed jinvolvi t-tfassil mill-ġdid tal-istruttura korporattiva tas-settur, u l-ieħor l-eżerċizzju ta’ kontroll fuq il-maniġment u l-persunal ta’ SOEs individwali (16). |
|
(46) |
L-applikanti ħadu nota tas-sejbiet tal-Kummissjoni fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, u ddikjaraw li l-fornituri tal-komponenti ewlenin tal-prodott ikkonċernat huma proprjetà tal-Istat Ċiniż. Fit-talba, l-applikanti mhux biss innotaw li l-produtturi tat-twavel għall-mogħdija, bħal Hardware (Guangzhou) Co. Ltd, iżommu rabtiet stretti mal-Partit Komunista Ċiniż (CCP, Chinese Communist Party) (17), iżda rreferew ukoll, kif stabbilit fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, għall-influwenza tas-CCP fuq il-fornituri ta’ komponenti ewlenin tal-prodott taħt rieżami (18). |
|
(47) |
L-applikanti enfasizzaw ukoll li l-preżenza tal-Istat fid-ditti tippermettilu jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. Huma rreferew għas-sejbiet tal-Kummissjoni fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, filwaqt li ddikjaraw li dan jinkiseb permezz tal-preżenza ta’ ċelloli tas-CCP kemm fl-intrapriżi pubbliċi kif ukoll f’dawk privati (19). Il-prezzijiet u l-kostijiet huma influwenzati permezz ta’ diversi strumenti bħaż-żieda jew it-tnaqqis artifiċjali tal-livell tal-provvista tal-materja prima jew permezz ta’ mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet (20). |
|
(48) |
Barra minn hekk, l-applikanti indikaw li l-politiki jew il-miżuri pubbliċi jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew inkella jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. F’dak ir-rigward l-applikanti nnotaw li “Il-politiki Ċiniżi huma intervenzjonisti b’mod ċar”. B’mod partikolari, l-applikanti semmew miżuri ta’ politika bħal Made in China 2025, “li tistabbilixxi l-għan li tippromwovi l-industrija tal-manifattura, [...] u tidentifika s-sussidji fuq l-imgħax fuq is-self bħala tip ta’ appoġġ finanzjarju li għandu jiġi pprovdut lill-intrapriżi”, filwaqt li ddikjaraw ukoll li “il-banek u selliefa oħra suppost jappoġġaw dawn il-politiki billi jagħtu self lil kumpaniji attivi f’setturi bħal dawn” (21). |
|
(49) |
L-applikanti nnotaw li s-settur tal-prodott taħt rieżami huwa influwenzat ħafna mill-miżuri ta’ politika dwar l-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-manifattura tat-twavel għall-mogħdija. Fir-rigward ta’ dan, l-applikanti nnotaw il-“kontroll ġenerali tal-gvern li jipprevjeni l-forzi tas-suq ħieles milli jipprevalu fis-settur tal-azzar” (22). |
|
(50) |
Barra minn hekk, l-applikanti sostnew in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġi dwar il-falliment, tad-dritt tal-kumpaniji jew tal-liġi tal-proprjetà. L-applikanti rreferew għas-sejbiet tal-Kummissjoni fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, li jiddikjaraw li “is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa soġġett għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġi dwar il-falliment u tal-liġi tal-proprjetà” (23). |
|
(51) |
L-applikanti rrimarkaw ukoll id-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-prodott taħt rieżami u tal-materja prima tiegħu fiċ-Ċina, filwaqt li għamlu referenza għar-rieżami ta’ skadenza preċedenti li kien stabbilixxa li “il-kostijiet tal-pagi kienu b’distorsjoni fis-settur tal-manifattura tat-twavel għall-mogħdija u fis-setturi tal-komponenti ewlenin tiegħu” (24). |
|
(52) |
Fl-aħħar nett, l-applikanti nnotaw li l-aċċess għal finanzjament huwa distort favur il-produtturi tal-prodott taħt rieżami. B’mod partikolari, skont l-applikanti, “il-funzjonament tas-sistema finanzjarja huwa kkaratterizzat mill-preżenza tal-Istat, kemm min-naħa tat-teħid u tal-għoti b’self kif ukoll min-nuqqas ta’ mekkaniżmi normali tas-suq bħal proċeduri effettivi u trasparenti ta’ falliment u ta’ ħruġ mis-suq” (25). |
|
(53) |
It-tieni, f’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-prodott taħt rieżami jew is-settur tal-azzar – l-azzar huwa l-materja prima prinċipali użata għall-manifattura tat-twavel għall-mogħdija – fir-RPĊ (26), il-Kummissjoni sabet li kienu preżenti distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (27). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (28), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku (29). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-forniment tal-materja prima u tal-inputs, għandhom ukoll effett distorsiv addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fl-ixprunar tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (30). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u tal-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod speċjali meta jinżammu ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (31). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku (32), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital mill-atturi korporattivi fir-RPĊ (33). |
|
(54) |
It-tielet, fl-aktar rieżami ta’ skadenza reċenti dwar il-prodott taħt rieżami (34), il-Kummissjoni kkonkludiet li kienu preżenti distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma taf bl-ebda bidla strutturali kbira fir-RPĊ b’mod ġenerali u/jew fis-settur rilevanti b’mod partikolari li tista’ taffettwa dik il-konklużjoni. |
|
(55) |
Ir-raba’, evidenza addizzjonali disponibbli fir-Rapport, imħejji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti anke matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(56) |
Il-ħames, f’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
|
(57) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u dawk lavorattivi, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.1.1.2.
|
(58) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(59) |
Kif spjegat fil-premessa (39), il-Kummissjoni ħarġet nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: in-nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tad-19 ta’ Mejju 2025, jiġifieri n-Nota tal-FOP. Din in-nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti tal-kriterji rilevanti. Fin-Nota tal-FOP, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
|
(60) |
Fin-Nota tal-FOP, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala l-pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri hija kklassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami. |
|
(61) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiż identifikat f’dik in-nota. |
|
(62) |
Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa d-data rilevanti kollha disponibbli fil-fajl għall-fatturi ta’ produzzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv potenzjali u nnotat dan li ġej:
|
|
(63) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bin-Nota tal-FOP li għandha l-ħsieb li tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. |
|
(64) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(65) |
Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(66) |
Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
|
(67) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(68) |
Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati f’dan ir-rigward. |
|
(69) |
Fin-Nota tal-FOP, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produttur esportatur u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(70) |
Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se tuża TURKSTAT biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni (38). Fir-rigward tal-enerġija, l-investigazzjoni preċedenti wriet li l-elettriku u l-gass naturali kkunsmati matul il-proċess tal-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija huma insinifikanti. Għalhekk, għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, il-kost tal-enerġija se jerġa’ jitqies bħala negliġibbli (39). |
|
(71) |
Meta titqies l-informazzjoni inkluża fit-talba, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.2.1.1.3.
|
(72) |
Tavla għall-mogħdija hija ġeneralment biċċa dejqa u ċatta ta’ injam jew metall protetta b’kopertura protetta mis-sħana u ta’ spiss ikollha saqajn li jistgħu jingħalqu, li fuqha jistgħu jiġu mgħoddija ħwejjeġ jew bjankerija. Skont id-definizzjoni tal-prodott taħt rieżami kopert minn din l-investigazzjoni, din tista’ tinkludi wkoll wiċċ minn fejn joħroġ il-fwar, wiċċ minn fejn toħroġ is-sħana, wiċċ minn fejn toħroġ l-arja, twavel għall-kmiem u partijiet oħra. Il-materja prima ewlenija li tintuża fit-twavel għall-mogħdija hija l-metall, primarjament l-azzar (folja tal-metall, tubi, wajer). Materja prima oħra li tintuża fil-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija tinkludi żebgħa/kisi, partijiet tal-plastik, fowm u drapp. |
|
(73) |
L-istruttura tal-kost tvarja skont it-tip tat-tavla li tkun qiegħda tiġi prodotta, jiġifieri twavel ta’ livell għoli jinkludu tipi differenti ta’ materjal meta mqabbla mat-twavel ta’ livell bażiku. Il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq it-talba għal rieżami sabiex tispeċifika l-fatturi ta’ produzzjoni użati għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija. Kif issemma hawn fuq, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma pprovdiet xi kumment f’dan ir-rigward. |
|
(74) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata fuq l-għatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-pajjiż rappreżentattiv, billi hija kkonkludiet fil-premessi (43) sa (57) li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqa’ rappreżentattiv. |
|
(75) |
Normalment, ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jiżdiedu l-prezzijiet tat-trasport domestiku wkoll. Madankollu, meta jitqiesu s-sejbiet ta’ dumping fil-premessi (87) sa (89) kif ukoll tan-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejbien tal-firxa eżatta tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Aġġustamenti bħal dawn jirriżultaw biss f’żieda fil-valur normali u konsegwentement f’marġni ta’ dumping ogħla. |
3.2.1.1.4.
|
(76) |
L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli tal-2022 għall-kost lavorattiv medju fis-settur tal-azzar tal-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi, komunement imsejħa NACE, li tinkludi l-kostijiet lavorattivi fis-settur tal-manifattura tal-azzar, jiġifieri l-kodiċi C-259 tan-NACE Manifattura ta’ prodotti tal-metall ffabbrikati oħra (42). |
3.2.1.1.5.
|
(77) |
Skont it-talba għal rieżami, l-enerġija (l-elettriku u l-gass naturali) li tiġi kkunsmata matul il-proċess tal-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija hija insinifikanti. Dan ġie kkonfermat mis-sejbiet tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, li ma ġewx ikkontestati fl-investigazzjoni attwali. Billi l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda informazzjoni li tikkontradixxi dawn is-sejbiet, dawn ġew aċċettati u għalhekk, għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, il-kostijiet tal-enerġija tqiesu bħala negliġibbli. |
3.2.1.1.6.
|
(78) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(79) |
Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-applikanti, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet lavorattivi u tal-manifattura totali. Imbagħad, dan il-persentaġġ ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura, skont il-mudell prodott. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għall-produtturi Torok tat-twavel għall-mogħdija, il-kostijiet u l-profitt tal-SG&A ġew iddeterminati abbażi tal-informazzjoni li nstabet fl-istatistika settorjali ppubblikata mill-Bank Ċentrali tat-Turkija, jiġifieri fuq l-aħħar statistika disponibbli (2023) għal C-259 Manifattura ta’ prodotti tal-metall ffabbrikati oħra. |
3.2.1.1.7.
|
(80) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi/produtturi esportaturi Ċiniżi, ma setax jiġi stabbilit liema mudelli tat-twavel għall-mogħdija kienu prodotti fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-applikanti identifikaw sitt mudelli ta’ twavel għall-mogħdija inklużi twavel għall-mogħdija ta’ livell baxx u għoli. Il-valur normali ġie stabbilit għal dawn il-mudelli skont il-metodoloġija spjegata fil-premessi (81) sa (83) hawn taħt. |
|
(81) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija. |
|
(82) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt kif innotat fil-premessa (78). Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni:
|
|
(83) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(84) |
Minħabba l-fatt li l-ebda produttur esportatur Ċiniż ma kkoopera u konsegwentement il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni dwar it-taħlita tal-prodott la għan-naħa domestika u lanqas għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll valur normali għall-pajjiż kollu billi ħadet medja tal-valuri normali għal kull tip ta’ prodott. |
3.2.1.2.
|
(85) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni għall-importazzjonijiet kollha kienet ibbażata fuq il-fatti disponibbli. Il-prezz tal-esportazzjoni kien ibbażat fuq informazzjoni mill-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) u aġġustat għal-livell frank abbord (“FOB”) billi tnaqqas l-immaniġġjar u l-merkanzija mill-oċeani abbażi tal-evidenza pprovduta fit-talba għal rieżami (43). Bħal fil-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6), il-volumi tal-importazzjoni huma rrapportati f’kg, il-Kummissjoni kkonvertiet iċ-ċifri f’biċċiet (unitajiet) billi użat it-tabella ta’ korrelazzjoni li ġiet stabbilita fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti (44) msemmi fil-premessa (8). |
|
(86) |
Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni dettaljata dwar it-taħlita tal-prodott minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, u ċ-ċifri mill-bażi tad-data 14(6) jinkludu t-twavel għall-mogħdija kollha mingħajr ma jiddistingwu t-tipi. Konsegwentement, il-Kummissjoni użat ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni, skont it-tip ta’ prodott, mill-offerti u l-kwotazzjonijiet ipprovduti fit-talba (45), aġġustati għal-livell FOB fuq l-istess bażi tad-data mill-bażi tad-data 14(6). It-talba ma kellha l-ebda evidenza ta’ kostijiet tat-trasport intern fiċ-Ċina, u għalhekk użat il-prezz frank abbord bħala indikatur għall-prezz mill-fabbrika. Meta wieħed iqis is-sejba tad-dumping fil-premessi (87) sa (89) kif ukoll in-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejba ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli biex jinstab il-kobor eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-tnaqqis tat-trasport domestiku ma kienx neċessarju peress li jirriżulta biss fi tnaqqis fil-prezz tal-esportazzjoni u konsegwentement f’marġni tad-dumping ogħla. |
3.2.1.3.
|
(87) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum medju għall-pajjiż kollu stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq. Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ aktar minn 10 %. |
|
(88) |
Il-Kummissjoni qabblet ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni abbażi tat-talba għal rieżami mal-valuri normali stabbiliti għat-tipi ta’ prodotti korrispondenti kif stabbiliti matul din l-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, ivarjaw minn 37 % sa 104 % skont it-tip ta’ prodott. |
|
(89) |
Għalhekk ġie konkluż li d-dumping kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING
|
(90) |
Wara s-sejbiet tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jitħassru. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
4.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina
|
(91) |
L-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi Ċiniżi ma pprovda xi informazzjoni fir-rigward tal-kapaċità tal-produzzjoni reali fiċ-Ċina. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar it-twavel għall-mogħdija speċifikament, bħal statistika jew studji dwar is-suq u għalhekk is-sejbiet kellhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami u s-sejbiet tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, bħala informazzjoni disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(92) |
Skont l-informazzjoni fit-talba, il-produtturi Ċiniżi għandhom kapaċità tal-produzzjoni żejda (46). L-evidenza pprovduta mill-applikanti fit-talba kienet ibbażata fuq ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti u kkonfermata mill-konklużjonijiet tal-aħħar rapport tal-ITC tal-Istati Uniti minn Awwissu 2021 (it-tielet rieżami tal-ordni tad-dazju anti-dumping). Dan tal-aħħar juri li l-produtturi Ċiniżi għandhom il-kapaċità li jkomplu jżidu l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, billi jittrasferixxu l-produzzjoni bejn il-linji ta’ produzzjoni eżistenti skont id-domanda. Id-data dwar l-esportazzjoni użata fir-rapport tal-ITC tal-Istati Uniti diġà wriet li bejn l-2015 u l-2020 il-produtturi Ċiniżi kienu l-akbar esportaturi globali ta’ għamara oħra tal-metall, li tinkludi twavel għall-mogħdija u prodotti oħra fl-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti. Dawn kienu jirrappreżentaw bejn 46 % u 56 % tal-esportazzjonijiet globali ta’ dawn il-prodotti (47). Barra minn hekk, skont l-applikanti u abbażi tal-aħħar Rapport, din il-kapaċità żejda ġejja mill-appoġġ distorsiv mill-GTĊ u l-kapaċitajiet żejda għall-input ewlieni, jiġifieri l-azzar. |
|
(93) |
Abbażi tas-sejbiet fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, li ma ġewx ikkontestati fl-investigazzjoni attwali, il-produtturi Ċiniżi jistgħu faċilment jinstallaw kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali minħabba li l-proċess tal-manifattura huwa prinċipalment ibbażat fuq il-manodopera. Barra minn hekk, il-produtturi Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija jipproduċu wkoll prodotti oħra tal-metall f’linji tal-produzzjoni li jistgħu jintużaw faċilment għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija. Dan jippermetti lill-produtturi Ċiniżi jżidu l-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija billi jittrasferixxu l-produzzjoni bejn il-linji tal-produzzjoni eżistenti skont id-domanda. Tali żieda fil-kapaċità ma tirrikjedi l-ebda investiment jew ħila importanti u l-bidla bejn prodotti differenti hija għalhekk faċli. L-investigazzjoni kurrenti ma żvelat l-ebda informazzjoni li tpoġġi f’dubju dawn is-sejbiet. |
|
(94) |
Abbażi ta’ dan, ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti kkonkluda li hemm kapaċitajiet tal-produzzjoni għoljin disponibbli fir-RPĊ, li jkopru mill-inqas kważi 100 % tal-konsum fl-UE, li jistgħu jiżdiedu faċilment saħansitra aktar (48). L-investigazzjoni kurrenti ma żvelat l-ebda informazzjoni li tpoġġi f’dubju dawn is-sejbiet. |
4.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(95) |
L-analiżi dwar l-esportazzjonijiet Ċiniżi żvelat li, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, is-suq tal-UE jibqa’ wieħed mill-aktar swieq tal-esportazzjoni importanti għall-produtturi Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija. |
|
(96) |
Dan ġie kkonfermat mill-fatt li s-sehem mis-suq Ċiniż matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien għadu 6 % minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Dan jindika b’mod ċar li l-UE tibqa’ suq attraenti għall-produtturi Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija u li l-importazzjonijiet mir-RPĊ x’aktarx jiżdiedu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(97) |
F’Awwissu 2021, fil-qafas tat-tielet rieżami ta’ estinzjoni tal-Istati Uniti (49), wara l-ewwel (50) u t-tieni rieżami ta’ estinzjoni (51) li rriżultaw mill-investigazzjoni anti-dumping oriġinali mibdija fl-2003 u li imponew dazji anti-dumping fuq it-twavel għall-mogħdija mir-RPĊ li jvarjaw minn 9,47 % sa 157,68 %, id-Dipartiment tal-Kummerċ (“DOC”, Department of Commerce) tal-Istati Uniti nnotifika l-kontinwazzjoni tal-ordni tad-dazju anti-dumping fuq it-twavel għall-mogħdija miċ-Ċina għal 5 snin oħra. |
|
(98) |
Minbarra dawk id-dazji, mill-24 ta’ Settembru 2018, it-twavel għall-mogħdija importati miċ-Ċina kienu soġġetti għal dazju ad valorem ieħor ta’ 10 % fl-Istati Uniti, li kompla jiżdied għal dazju ad valorem ta’ 25 % mill-10 ta’ Mejju 2019 (52). |
|
(99) |
Wara rieżami mibdul taċ-ċirkostanzi tal-ordni tad-dazju anti-dumping rigward l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija mir-RPĊ li oriġinarjament tnieda fl-2022, fid-19 ta’ April 2023 id-DOC tal-Istati Uniti ddetermina li ma jirrevokax l-ordni li timponi tali dazji (53). |
|
(100) |
Bl-istess mod fir-Renju Unit, it-Trade Remedy Authority (“TRA”) tar-Renju Unit iddeterminat li d-dazji anti-dumping tal-UE fuq it-twavel għall-mogħdija li joriġinaw miċ-Ċina kellhom ikunu soġġetti għal tranżizzjoni. Għalhekk, id-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija fl-UE, jiġifieri dawk applikabbli bħalissa fl-UE, ġew imposti permezz ta’ tranżizzjoni għall-importazzjonijiet Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija fir-Renju Unit ukoll (54). |
|
(101) |
Dawn il-miżuri fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit jillimitaw is-swieq tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi, u dan jagħmilha probabbli li dawn iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. |
4.3. Konklużjoni
|
(102) |
Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif stabbilit fil-premessi (87) sa (89) u dwar l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet jekk il-miżuri jiskadu kif spjegat fil-premessi (91) sa (101), il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping. |
5. DANNU
5.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(103) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn 11-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(104) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 3,7 miljun biċċa. Il-Kummissjoni stabbiliet din iċ-ċifra abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, li ġiet kontroverifikata mad-data vverifikata tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (17), il-produtturi tal-Unjoni ntgħażlu fil-kampjun li jirrappreżenta 55 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
5.2. Konsum tal-Unjoni
|
(105) |
Il-konsum fl-UE ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-importazzjoni kif irreġistrat fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6) u l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-UE kif ippreżentati mill-applikant. Dawn il-volumi tal-bejgħ ġew kontroverifikati u aġġornati fejn kien neċessarju fir-rigward tal-informazzjoni vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Bħal fil-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6), il-volumi tal-importazzjoni huma rrapportati f’kg, il-Kummissjoni kkonvertiet iċ-ċifri, jekk meħtieġ, f’biċċiet (unitajiet) billi użat it-tabella ta’ korrelazzjoni li ġiet stabbilita fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti (55) msemmi fil-premessa (8). |
|
(106) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Il-konsum tal-Unjoni (biċċiet)
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(107) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum fl-UE naqas bi 12 %. Il-parti ewlenija ta’ dan it-tnaqqis seħħet bejn l-2020 u l-2022. It-tnaqqis mill-2021 sal-2023 seħħ matul perjodu ta’ żieda fil-prezzijiet sabiex tiġi koperta ż-żieda f’daqqa tal-kostijiet tal-materjal tal-input, prinċipalment l-azzar, wara t-tifqigħa tal-gwerra fl-Ukrajna (56). Il-konsum reġa’ żdied bi ftit fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mas-sena sħiħa tal-2023. |
5.2.1. Importazzjonijiet fl-UE mir-RPĊ
|
(108) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Volum tal-importazzjoni (biċċiet) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(109) |
Bejn l-2020 u l-2022 l-importazzjonijiet naqsu b’45 %, iżda sussegwentement reġgħu żdiedu, inkluż fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali tul il-perjodu kkunsidrat dawn naqsu b’35 %. Madankollu, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqa’ relattivament stabbli u naqas minn 7 % fl-2020 għal 5 % fl-2021 iżda reġa’ żdied għal 6 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalkemm il-kwantitajiet totali tal-importazzjonijiet naqsu, u dan jirrifletti wkoll ix-xejra tal-konsum tal-Unjoni kif deskritt fil-premessa (107), is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqa’ konsegwenzjali matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
|
(110) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar it-tipi ta’ prodotti importati mir-RPĊ. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset il-kodiċijiet doganali TARIC differenti li taħthom ġew irreġistrati l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ, kif stabbilit fil-premessa (30). Abbażi ta’ dan, matul il-perjodu kkunsidrat, bejn 80 % u 95 % tat-twavel għall-mogħdija importati mir-RPĊ kienu magħmula mill-azzar (TARIC 7323 93 00 10 u 7323 99 00 10) (57). Fost dawn, il-volum tal-importazzjoni bl-użu tal-kodiċi TARIC rilevanti għall-azzar inossidabbli (7323 93 00 10) żdied matul il-perjodu kkunsidrat minn 19 % tal-volum totali tal-importazzjoni fl-2020 għal 36 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel ma’ tnaqqis minn 75 % għal 59 % tal-volumi totali tal-importazzjoni għall-kodiċi TARIC li jkopri azzar ieħor (7323 99 00 10). |
5.2.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ ikkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(111) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ kellu jiġi stabbilit abbażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) u bl-użu tal-istess tabella ta’ korrelazzjoni kif stabbilit fil-premessa (105). It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet meta mqabbel mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġie stabbilit filwaqt li tqieset l-informazzjoni ppreżentata mill-applikanti u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(112) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/biċċa)
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(113) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedu b’56 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kwantitajiet tal-importazzjoni żdiedu b’mod partikolari għat-tipi ta’ prodotti li jużaw l-azzar inossidabbli koperti mill-kodiċi SA 7323 93 00 (TARIC 7323 93 00 10) li jrendu prezzijiet ogħla mit-tipi ta’ prodotti importati taħt 7323 99 00 (TARIC 7323 99 00 10). Il-kwantitajiet tal-importazzjoni ta’ dawn tal-aħħar naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, kif muri fil-premessa (110). |
|
(114) |
Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz medju ponderat tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li ntalab lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-UE, aġġustat għal-livell tal-prezz mill-fabbrika (jiġifieri esklużi l-kostijiet tat-trasport fl-UE u wara tnaqqis tal-iskontijiet u r-ribassi), tqabbel fuq bażi ta’ tip b’tip mal-prezz medju ponderat korrispondenti tal-importazzjonijiet kif stabbilit hawn fuq fil-premessa (111), fuq bażi CIF, u mbagħad ġie inkluż id-dazju doganali u anti-dumping. |
|
(115) |
It-tqabbil wera li, meta mogħtija bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi kważi 4 %. Meta jitnaqqas id-dazju anti-dumping stabbilit, il-marġni tat-twaqqigħ ammonta għal 26 %. |
5.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ
|
(116) |
L-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ kienu prinċipalment mit-Turkija, mill-Ukrajna u mill-Indja. |
|
(117) |
Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(118) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha mhux soġġetti għall-miżuri meħuda fl-intier tagħhom kien ta’ madwar 1,8 miljun biċċa fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jfisser sehem mis-suq ta’ 35 %. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-importazzjonijiet ġew mit-Turkija u mill-Ukrajna. Matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha mhux soġġetti għall-miżuri naqas minn 41 % fl-2020 għal 32 % fl-2023 qabel ma reġa’ żdied bi ftit sa 35 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(119) |
L-importazzjonijiet mit-Turkija baqgħu ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u varjaw bejn 0,9 u 1,1 miljun biċċa fis-sena. L-importazzjonijiet totali ammontaw għal 1,1 miljun fl-2020 u 1,0 miljun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(120) |
B’kuntrast ma’ dan, l-importazzjonijiet mill-Ukrajna naqsu minn 1,0 miljun għal 0,5 miljun biċċa fl-2023. L-akbar tnaqqis seħħ minn 1,0 miljun fl-2021 għal inqas minn 0,6 miljun biċċa fl-2022 li jirrifletti t-tifqigħa tal-gwerra fl-Ukrajna. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet mill-Ukrajna reġgħu bdew jiżdiedu. |
|
(121) |
L-importazzjonijiet mill-Indja baqgħu relattivament stabbli, b’madwar 0,2 miljun biċċa fis-sena matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kien baxx, u naqas minn 0,2 miljun biċċa għal 0,1 miljun biċċa matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(122) |
F’termini ta’ sehem mis-suq, ix-xejriet deskritti hawn fuq isarrfu f’żieda ta’ punt perċentwali wieħed, minn 18 % fl-2020 għal 19 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, għat-Turkija u fi tnaqqis minn 17 % tas-sehem mis-suq fl-2020 għal 12 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-Ukrajna. Is-sehem mis-suq tal-Indja baqa’ stabbli għal madwar 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi terzi li jifdal naqas minn 3 % fl-2020 għal 2 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(123) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mit-Turkija żdied minn EUR 9/biċċa fl-2020 għal EUR 11,6/biċċa fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Matul l-istess perjodu, il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna żdied bi ftit minn EUR 11/biċċa għal EUR 14/biċċa, filwaqt li l-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Indja żdied minn EUR 8,99 għal EUR 19,36/biċċa. |
5.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.4.1. Kummenti ġenerali
|
(124) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(125) |
Kif imsemmi fil-premessa (17), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(126) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fil-kwestjonarju ppreżentat mill-applikanti kif ukoll tad-data li tinsab fil-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(127) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività. |
|
(128) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti. |
5.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
5.4.2.1.
|
(129) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(130) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u żdiedet biss fl-2022 b’6 % li tammonta għal 4,0 miljun biċċa, iżda naqset fl-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami fejn laħqet livelli simili bħal fl-2020. L-ogħla livell ta’ produzzjoni fis-sena 2022 segwa l-evoluzzjoni tal-volum tal-bejgħ li qiegħed jiġi ppreżentat fit-taqsima li ġejja. Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet l-istess matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
5.4.2.2.
|
(131) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq (biċċiet)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(132) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE baqa’ bażikament stabbli bi fluttwazzjonijiet żgħar matul il-perjodu kkunsidrat. Wara żieda minn 3,2 miljun fl-2021 għal 3,4 miljun biċċa fl-2022, il-volum tal-bejgħ reġa’ naqas għal 3,3 miljun fl-2023 u, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kien madwar l-istess livell bħal fis-sena 2020 li jammonta għal 3,2 miljun biċċa. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni segwa x-xejra tal-bejgħ, żdied fl-2022 u fl-2023 u reġa’ naqas matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, b’mod ġenerali, żdied bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(133) |
Filwaqt li l-volum tal-bejgħ baqa’ madwar l-istess livell matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-UE żdied b’9 punti perċentwali għal 59 %. Dan huwa spjegat mill-konsum ġenerali tal-Unjoni li qiegħed jonqos bi ftit, kif deskritt fil-premessa (107). |
5.4.2.3.
|
(134) |
Il-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-Industrija tal-Unjoni baqgħu stabbli filwaqt li l-konsum kien qiegħed jonqos bi ftit, u dan irriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni baqgħu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Fuq din il-bażi, jista’ jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni żammet iżda ma żiditx il-pożizzjoni tagħha f’termini ta’ produzzjoni u bejgħ f’suq li kien qiegħed jonqos ftit matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.4.2.4.
|
(135) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(136) |
L-impjiegi, filwaqt li varjaw bi ftit, baqgħu ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod aktar speċifiku, kien hemm tnaqqis fl-impjiegi mill-2020 sal-2021 segwit minn żieda fis-sena 2022 għal-livell massimu. Sussegwentement, l-għadd ta’ impjegati reġa’ naqas għall-istess livell bħal fl-2020, li jirrifletti wkoll il-volumi aktar baxxi ta’ produzzjoni u bejgħ fis-sena 2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mas-sena 2022. |
|
(137) |
Il-produttività, imkejla bħala output (biċċiet) għal kull persuna impjegata fis-sena, baqgħet pjuttost stabbli bi flutwazzjonijiet żgħar. Mill-2020, din żdiedet bi ftit fl-2022 u reġgħet naqset għal-livell tal-2020 fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5.4.2.5.
|
(138) |
Id-dumping kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami f’livell materjali. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi komplew ukoll iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(139) |
Fl-istess ħin, minkejja l-miżuri anti-dumping stabbiliti, il-livell ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina baqa’ materjali u jirrappreżenta bejn 5 % u 7 % tas-sehem mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-impatt tad-daqs tal-marġni tad-dumping reali miċ-Ċina fuq l-industrija tal-Unjoni ppersista u ma jistax jitqies bħala negliġibbli. |
|
(140) |
Madankollu, minkejja l-fatt li kien għad hemm dumping għall-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu turi li l-miżuri stabbiliti kellhom effett ta’ protezzjoni u impatt pożittiv ġenerali fuq l-industrija tal-Unjoni. |
5.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
5.4.3.1.
|
(141) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/biċċa)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(142) |
Il-prezzijiet medji żdiedu bi 33 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Din iż-żieda ssegwi ż-żieda qawwija fil-kostijiet tal-produzzjoni, jiġifieri għall-aktar materjal ta’ input importanti, l-azzar, bħala konsegwenza tat-tifqigħa tal-gwerra fl-Ukrajna (58). L-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-prezzijiet, anke fil-kuntest ta’ żieda ġenerali fl-inflazzjoni fl-UE kkawżata mill-interruzzjoni tal-ktajjen tal-provvista bħala konsegwenza tat-tifqigħa tal-gwerra fl-Ukrajna. Madankollu, din ix-xejra ta’ żidiet fil-prezzijiet wara ż-żieda fil-kostijiet tal-materjal tal-input intemmet matul is-sena 2023. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-industrija tal-Unjoni ma komplietx tgħolli l-livell tal-prezzijiet anke f’kuntest ta’ żieda fl-importazzjonijiet kif stabbilit fil-premessi (109) u (118). Il-prezzijiet saħansitra naqsu bi ftit meta mqabbla mas-sena 2023. |
5.4.3.2.
|
(143) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(144) |
Il-kostijiet lavorattivi medji żdiedu b’mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod ġenerali b’madwar 30 %. Din iż-żieda tirrifletti x-xejra ġenerali fl-UE b’żieda fil-pagi nominali sabiex jirrispondu għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja inkluż tal-kostijiet tal-enerġija, speċjalment wara t-tifqigħa tal-gwerra fl-Ukrajna (59). |
5.4.3.3.
|
(145) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(146) |
Il-livell tal-istokks espress bħala perċentwal tal-volum tal-produzzjoni baqa’ ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat b’żieda fl-istokk tal-għeluq minn 3 % fl-2022 għal 4 % fl-2023. |
5.4.3.4.
|
(147) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(148) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lill-klijenti mhux relatati fl-UE bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni varjat. L-ewwel żdiedet bejn l-2020 u l-2021 minn 3,69 % għal 4,61 %, imbagħad naqset fl-2022 għal 3,27 % u reġgħet żdiedet fl-2023 għal 6,85 %. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-profittabbiltà naqset bi ftit għal 6,52 %. B’mod ġenerali, il-profittabbiltà żdiedet minn 3,69 % fl-2020 għal 6,52 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li rrappreżenta żieda ta’ 2,83 punti perċentwali. Minkejja x-xejra ta’ żieda, il-livell ta’ profitti ma laħaqx il-profitt fil-mira li tqies adegwat għal din l-industrija fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti (jiġifieri 7,0 %) (60), ħlief fl-2023 fejn il-livelli ta’ profittabbiltà kienu qrib dan il-livell limitu. Dan huwa prinċipalment dovut għaż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, kif stabbilit fil-premessa (142), li kienet aktar evidenti mill-2020 sal-2022 miż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-istess perjodu. Fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, din ix-xejra treġġgħet lura, u l-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu b’mod aktar malajr mill-kostijiet, u dan kien rifless ukoll fil-profittabbiltà ta’ dawn is-snin li żdiedet b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-2022. |
|
(149) |
Il-fluss tal-flus nett mill-attivitajiet operatorji jsegwi l-istess xejra bħall-profittabbiltà. Il-fluss tal-flus nett naqas bejn l-2020 u l-2022, u b’mod speċjali bejn l-2021 u l-2022. Dan seħħ matul perjodu ta’ żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ, iżda wkoll żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. Mill-2023 ’il quddiem, il-fluss tal-flus nett tjieb u kien ukoll sostanzjalment ogħla milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(150) |
B’mod ġenerali, l-ammont ta’ investiment annwali naqas b’madwar nofs bejn l-2020 u l-2022. Wara dan it-tnaqqis qawwi, il-livelli ta’ investiment irkupraw fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li baqgħu f’livelli relattivament baxxi. Għalhekk, meta mqabbel mal-2020, kien għad hemm tnaqqis ta’ 43 %. Fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, il-Kummissjoni osservat li l-ammonti għoljin ta’ investiment annwali kienu preċeduti minn rati għoljin ta’ profitt (61). Dan huwa kkonfermat fir-rieżami ta’ skadenza kurrenti. Ir-rati baxxi ta’ profitt fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat kienu segwiti minn tnaqqis fl-ammont ta’ investimenti annwali, li wassal għal tnaqqis sinifikanti fl-attivitajiet ta’ investiment tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(151) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Bejn l-2020 u l-2022, il-perċentwal żdied bil-valur kontabilistiku nett tal-investiment jonqos filwaqt li l-profitti baqgħu stabbli. Mill-2023 ’il quddiem, ir-rati ta’ redditu fuq l-investiment kienu l-ogħla, fejn l-ammonti ta’ investiment annwali kienu qegħdin jiżdiedu. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi u lesta li żżid l-investimenti, ladarba l-profittabbiltà kienet għolja biżżejjed. |
5.5. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(152) |
L-indikaturi ewlenin tad-dannu, bħas-sehem mis-suq, il-prezzijiet tal-bejgħ kif ukoll il-profittabbiltà u indikaturi finanzjarji oħra bħall-investiment urew xejra pożittiva. L-ebda wieħed mill-indikaturi tad-dannu ma wera xejriet negattivi sinifikanti. Madankollu, il-profittabbiltà baqgħet ferm taħt il-profitt fil-mira ta’ 7 % sal-2022 u laħqet biss madwar dan il-limitu fl-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(153) |
Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha kienet limitata minħabba l-kompetizzjoni inġusta tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, żdiedu fil-volum matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bi prezzijiet li jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni. Bħala tali, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha b’mod suffiċjenti biex tikkumpensa għaż-żieda fil-kost tal-produzzjoni li seħħet matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(154) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma ddeterjoratx matul il-perjodu kkunsidrat u li l-miżuri kienu effettivi sa ċertu punt, b’mod partikolari, f’sitwazzjoni ta’ żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, u servew bħala xibka ta’ sikurezza li ppreveniet żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina li ppermettew lill-industrija tal-Unjoni tagħmel xi profitti u ma tagħmilx telf. |
|
(155) |
Għalhekk qiegħed jitqies li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbet l-ebda dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, minħabba ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat, il-livell baxx ta’ investimenti u l-profittabbiltà li, għalkemm qegħdin jiżdiedu, baqgħu taħt il-profitt fil-mira, jista’ jitqies li l-industrija tal-Unjoni għad għandha bżonn iż-żmien biex tikkonsolida l-iżvilupp pożittiv tagħha u għalhekk għadha f’sitwazzjoni vulnerabbli. |
|
(156) |
B’mod ġenerali, abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbet l-ebda dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5.6. Probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu
5.6.1. Kumment preliminari
|
(157) |
Minħabba s-sejbiet u l-konklużjonijiet deskritti fil-premessi (152) sa (156), il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni eżaminat l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċitajiet ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-UE, l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-livelli probabbli tal-prezzijiet għall-UE jekk il-miżuri jitħassru u l-effett ta’ importazzjonijiet futuri fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
5.6.2. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(158) |
Kif stabbilit fil-premessi (91) sa (94) abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-produtturi Ċiniżi tat-twavel għall-mogħdija għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti u huma kapaċi jżidu aktar il-kapaċità tal-produzzjoni. |
5.6.3. L-attraenza tas-suq tal-UE
|
(159) |
Kif stabbilit fil-premessi (95) sa (101), is-suq tal-Unjoni baqa’ attraenti għall-importazzjonijiet Ċiniżi kif muri mill-fatt li xorta daħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 6 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami minkejja l-miżuri fis-seħħ. |
|
(160) |
Filwaqt li l-kwantità ġenerali tal-importazzjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat, kif imsemmi fil-premessa (108), il-kwantità tal-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija tal-azzar inossidabbli żdiedu, li wassal għal prezzijiet ogħla minn tipi ta’ prodotti oħrajn, kif indikat fil-premessa (110) u (113). Din ix-xejra ta’ żieda fl-importazzjonijiet hija mistennija li taċċellera f’każ li l-miżuri jitħassru. L-azzar inossidabbli huwa preċiżament qasam fejn il-produtturi fir-RPĊ igawdu vantaġġ fuq il-kompetituri barranin minħabba intervent persistenti tal-gvern, kif diġà ġie rrimarkat fir-Rapport. |
5.6.4. L-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-livell probabbli tal-prezzijiet għall-UE
|
(161) |
Għal-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, tqies li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu diġà qegħdin iwaqqgħu il-prezz tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz mingħajr ma tqiesu l-miżuri anti-dumping ammonta għal 26 % li tqies bħala stima raġonevoli tal-livelli futuri possibbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi jekk il-miżuri jitħassru. |
5.6.5. Impatt fuq l-industrija tal-Unjoni
|
(162) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-industrija tal-Unjoni se tiffaċċja żieda importanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi, li se jwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Jekk f’tentattiv biex tibqa’ profittabbli, l-industrija tal-Unjoni żżomm il-livelli tal-prezzijiet kurrenti tagħha, x’aktarx li titlef il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq malajr, anke fil-każ ta’ żieda fil-konsum. It-telf tal-volum tal-bejgħ iwassal għal rati aktar baxxi tal-użu tal-kapaċità u għal żieda fil-kost medju tal-produzzjoni. Dan imbagħad iwassal għal deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u għal tnaqqis fil-profittabbiltà tagħha li kienet diġà taħt il-profitt fil-mira matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(163) |
Inkella, jekk l-industrija tal-Unjoni tipprova tqabbel il-livelli aktar baxxi tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet f’tentattiv biex iżżomm il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha, dan ikollu impatt negattiv immedjat fuq il-livell ta’ profittabbiltà tagħha li bħalissa għadu taħt il-profitt fil-mira. Ikun hemm ukoll effett negattiv fuq l-investimenti li fi kwalunkwe każ ma kinux irkupraw kompletament matul il-perjodu kkunsidrat kif ukoll impatt negattiv fuq l-indikaturi finanzjarji tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni jkollha impatt serju fuq il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni għall-iżvilupp ulterjuri tagħha. Fl-aħħar mill-aħħar, dan iwassal għal tnaqqis fil-volum tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq u għat-telf ta’ impjiegi fis-suq tal-Unjoni. |
5.6.6. Konklużjoni
|
(164) |
Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
|
(165) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi, tal-bejjiegħa bl-imnut, tal-konsumaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
|
(166) |
Il-Kummissjoni tfakkar li, fl-investigazzjonijiet preċedenti, tqies li l-adozzjoni jew iż-żamma tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li din l-investigazzjoni hija rieżami, u b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu stabbiliti, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping kurrenti. Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma huwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari. |
6.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(167) |
Kif stabbilit fil-premessi (162) u (163), l-investigazzjoni wriet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx ikollha effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, il-kontinwazzjoni tal-miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm jew saħansitra żżid il-livelli tal-prezzijiet kurrenti tagħha u tilħaq marġnijiet ta’ profitt sostenibbli, u b’hekk jiġu evitati perjodi ta’ deterjorament finanzjarju. Dan jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkompli u żżid l-investimenti tagħha u b’hekk iżżomm u tiżviluppa l-pożizzjoni tagħha fis-suq tal-UE. |
|
(168) |
Għalhekk, ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. L-interess tal-importaturi mhux relatati, tal-bejjiegħa bl-imnut u l-interess tal-konsumaturi (unitajiet domestiċi)
|
(169) |
L-ebda importatur mhux relatat ma kkoopera fl-investigazzjoni. L-ebda waħda mill-partijiet interessati potenzjali l-oħra ma ppreżentat lilha nnifisha matul l-investigazzjoni. Bħal fl-investigazzjoni preċedenti, l-ebda parti li tirrappreżenta l-interessi tal-utenti aħħarin, bħal assoċjazzjonijiet ta’ konsumaturi, ma ppreżentat lilha nnifisha jew ikkooperat fl-investigazzjoni. |
|
(170) |
Abbażi tas-sejbiet tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi jew l-utenti li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. Ir-rieżami kurrenti ma żvela l-ebda informazzjoni li tikkontesta dawn is-sejbiet. |
|
(171) |
Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa (116), l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mhux soġġetti għal dazji anti-dumping ammontaw għal madwar terz tas-sehem mis-suq tal-Unjoni u kkontribwew għall-kompetizzjoni fil-prezzijiet u għall-għażla tal-provvista fis-suq. Għalhekk, ġie konkluż li ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ affettwaw b’mod konsiderevoli l-importaturi tal-prodott taħt rieżami jew lil partijiet interessati oħra. |
6.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(172) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti ta’ interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ. |
7. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(173) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija miċ-Ċina. |
|
(174) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. |
|
(175) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(176) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(177) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għal rieżami li joriġina miċ-Ċina u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw fiċ-Ċina”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(178) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (62). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(179) |
L-istatistika tat-twavel għall-mogħdija spiss tiġi espressa f’biċċiet. Madankollu, ma teżisti l-ebda unità supplimentari bħal din għat-twavel għall-mogħdija speċifikati fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (63). Għalhekk huwa neċessarju li jiġi previst li mhux biss il-piż f’kg jew tunnellati iżda wkoll l-għadd ta’ biċċiet għall-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija jrid jiddaħħal fid-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Hemm bżonn li jiġu indikati l-biċċiet għall-kodiċijiet TARIC 3924 90 00 10, 4421 99 99 10, 7323 93 00 10, 7323 99 00 10, 8516 79 70 10 u 8516 90 00 51. |
|
(180) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(181) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (64) meta jkollu jiġi rimborżat ammont fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(182) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda ex 3924 90 00 , ex 4421 99 99 , ex 7323 93 00 , ex 7323 99 00 , ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 (kodiċijiet TARIC 3924 90 00 10, 4421 99 99 10, 7323 93 00 10, 7323 99 00 10, 8516 79 70 10 u 8516 90 00 51) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Foshan City Gaoming Lihe Daily Necessities Co. Ltd, Foshan |
34,9 |
A782 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Guangzhou Power Team Houseware Co. Ltd, Guangzhou |
39,6 |
A783 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd, Guangzhou |
35,8 |
A784 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Guangdong Wireking Household Supplies Co. Ltd, Foshan |
18,1 |
A785 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd, Quzhou |
26,5 |
A786 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Greenwood Houseware (Zhuhai) Ltd, Guangdong |
22,7 |
A953 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
42,3 |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum f’kilogrammi u l-għadd ta’ biċċiet) tat-twavel għall-mogħdija mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fir-rigward tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, l-għadd ta’ biċċiet tal-prodotti importati għandu jiddaħħal fl-entrata rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni.
L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta’ kull xahar, jinfurmaw lill-Kummissjoni bin-numru ta’ biċċiet importati taħt il-kodiċijiet TARIC 3924 90 00 10, 4421 99 99 10, 7323 93 00 10, 7323 99 00 10, 8516 79 70 10 u 8516 90 00 51.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007 tat-23 ta’ April 2007 li jimponi dazju definittiv anti-dumping u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Ukrajna (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/452/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1243/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina prodotti minn Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2010/1243/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 77/2010 tad-19 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw inter alia, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 24, 28.1.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2010/77/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 270/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2010/270/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 805/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, immanifatturati minn Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd., Foshan (ĠU L 242, 15.9.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2010/805/oj).
(7) Is-Sentenza tal-Qorti (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009, Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, C-141/08 P, ECLI:EU:C:2009:598.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 987/2012 tat-22 ta’ Ottubru 2012 li jimponi mill-ġdid dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ twavel tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, manifatturati minn Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd (ĠU L 297, 26.10.2012, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/987/oj).
(9) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2011, Zhejiang Harmonic Hardware Products vs Il-Kunsill, Kawża T-274/07 (ĠU C 223, 22.9.2007, p. 15, CELEX: 62007TA0274).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 695/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jħassar l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mill-Ukraina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 198, 23.7.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/695/oj).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, C/2019/6902 (ĠU L 252, 2.10.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1662/oj).
(12) Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C, C/2024/788, 16.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/788/oj).
(13) Notifika ta’ tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/5916, 1.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5916/oj).
(14) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2752.
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662.
(16) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet tad-Difiża tal-Kummerċ (“ Ir-Rapport ”), l-10 ta’ April 2024, SWD(2024) 91 final – it-Taqsima 5.5, p. 120.
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662, il-premessa (64).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662, il-premessa (60).
(19) Ir-Rapport – it-Taqsima 3.3.2, p. 47.
(20) Ir-Rapport – it-Taqsima 12.10, p. 357.
(21) Ir-Rapport – it-Taqsima 11.2.2, p. 299.
(22) Ir-Rapport – it-Taqsima 14.8, p. 416.
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662, il-premessa (81).
(24) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662, il-premessa (84).
(25) Ir-Rapport – it-Taqsima 6.8, p. 181.
(26) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666 tas-6 ta’ Ġunju 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1666/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100 tal-11 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1444/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2068/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/191/oj.
(27) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa (76); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (66); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (58); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (80); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa (208).
(28) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa (60); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (45); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (38); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (64); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa (192).
(29) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessi (66) sa (68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (58); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (40); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (66); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessi (193) u (194). Filwaqt li d-dritt li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat jaħtru u jneħħu membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies bħala li jirrifletti d-drittijiet tas-sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont id-dritt tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ l-asserzjonijiet tiegħu li jikkontrolla deċiżjonijiet tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem tikber biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fid-deċiżjonijiet tan-negozju fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli japplikaw b’mod ġenerali għall-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(30) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessi (61) sa (65); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (59); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (43); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessi (195) sa (201).
(31) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (62); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (52); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (74); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa (202).
(32) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa (72); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (45); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (33); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (75); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa (203).
(33) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa (73); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa (64); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa (54); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (76); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa (204).
(34) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662, il-premessi (99) u (100).
(35) World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(36) Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.
(37) https://www.tuik.gov.tr/.
(38) Turkish Statistical Institute (TURKSTAT).
(39) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662, il-premessa (127).
(40) http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.
(41) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(42) NACE Rev. 2 - Statistical classification of economic activities - Products Manuals and Guidelines - Eurostat.
(43) Talba għal rieżami, it-taqsima 6.2.
(44) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662, il-premessa (134).
(45) Talba għal rieżami, it-taqsima 6.2. u l-annessi 8 u 9.
(46) Talba, it-taqsima 8.3.
(47) P. I-20, Investigation No. 731-TA-1047 (Third Review), Ironing Tables and Certain Parts Thereof from China, Awwissu 2021, disponibbli fuq https://www.usitc.gov/publications/701_731/pub5221.pdf.
(48) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662, il-premessa (197).
(49) Ironing tables and certain parts thereof from China; Inv. No. 731-TA-1047 (Third Review): https://ids.usitc.gov/case/1585/investigation/5133 (aċċessat l-aħħar fis-26 ta’ Ġunju 2025).
(50) Ironing tables and certain parts thereof from China; Inv. No. 731-TA-1047 (Review): https://ids.usitc.gov/case/1585/investigation/2972, u 2010-15631.pdf (aċċessati l-aħħar fis-26 ta’ Ġunju 2025).
(51) Ironing tables and certain parts thereof from China; Inv. No. 731-TA-1047 (Second Review): https://ids.usitc.gov/case/1585/investigation/4271, u 2016-05172.pdf (aċċessati l-aħħar fis-26 ta’ Ġunju 2025).
(52) US International Trade Commission, Investigation No. 731- TA-1047 (Third Review), Ironing Tables and Certain Parts Thereof from China, Awwissu 2021, disponibbli hawn: pub5221.pdf (aċċessat l-aħħar fis-26 ta’ Ġunju 2025).
(53) Federal Register / Vol. 88, Nru 75 / l-Erbgħa, 19 ta’ April 2023, disponibbli hawn: https://www.govinfo.gov/content/pkg/FR-2023-04-19/pdf/2023-08232.pdf (aċċessat l-aħħar fis-26 ta’ Ġunju 2025).
(54) Notice of determination 2020/35: anti-dumping duty on ironing boards originating in the People’s Republic of China, disponibbli hawn: Notice of determination 2020/35: anti-dumping duty on ironing boards originating in the People’s Republic of China - GOV.UK. Id-dazji anti-dumping li jirriżultaw mir-Regolament preċedenti dwar ir-rieżami ta’ skadenza u li mbagħad ġew ittrasferiti lejn ir-Renju Unit kellhom jiskadu fit-3 ta’ Ottubru 2024. Skont in-Notifika tal-Bidu tar-Rieżami tat-Tranżizzjoni Nru TD0063, “Anti-Dumping duty on ironing boards originating in the People’s Republic of China (PRC) Initiation of a Transition Review of Anti-Dumping Measure”, it-Trade Remedy Authority (“TRA”) tar-Renju Unit bdiet rieżami tat-tranżizzjoni fit-30 ta’ Settembru 2024, disponibbli hawn: https://www.trade-remedies.service.gov.uk/public/case/TD0063/submission/1c3d51b7-04e4-4b1f-b546-5c1760ffbb0b/.
(55) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662, il-premessa (134).
(56) Talba, il-paragrafu 98.
(57) Talba, il-paragrafu 14.
(58) Talba, il-paragrafu 98.
(59) Labour market and wage developments in Europe 2024 - l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, p. 47.
(60) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662, il-premessa (194).
(61) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1662, il-premessa (188).
(62) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(63) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2522 tat-23 ta’ Settembru 2024 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L, 2024/2522, 31.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2522/oj).
(64) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2386/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)