<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-182/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015TJ0182</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:228">EU:T:2019:228</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20190409">9.4.2019</DATE> – Kawża T‑182/15</HT></P><P><HT TYPE="SC">Sopra Steria Group vs Il-Parlament</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190409">9 ta’ April 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi għal servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ sejħa għal offerti</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ servizzi tal-informatika lill-Parlament kif ukoll lill-istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Kunflitt ta’ interessi potenzjali</KEYWORD><KEYWORD>Ommissjoni ta’ provvista ta’ informazzjoni meħtieġa mill-awtorità kontraenti</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 107(1)(b) tar-regolament finanzjarju</KEYWORD><KEYWORD>Trasparenza</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 102(1) tar-regolament finanzjarju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑182/15,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Sopra Steria Group SA</HT> stabbilita f’Annecy-le-Vieux (Franza), irrappreżentata minn A. Verlinden, R. Martens u J. Joossen, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn B. Simon u L. Tapper Brandberg, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnut minn</P><P><HT TYPE="BOLD">CGI Luxembourg SA</HT>, stabbilita f’Bertrange (il-Lussemburgu),</P><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">Intrasoft International SA</HT>, stabbilita fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu),</P><P>irrappreżentati minn N. Korogiannakis, avukat,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament, meħudin fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PE/ITEC-ITS14 dwar il-provvista ta’ servizzi tal-informatika fil-Parlament kif ukoll f’istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni Ewropea, li jirrifjutaw l-offerti tal-konsorzji IBI IUS u STEEL, li kienet tagħmel parti minnhom ir-rikorrenti, għal-Lottijiet Nri 2 u 3,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín u I. Reine (Relatur), Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: C. Heeren, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20171003">3 ta’ Ottubru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi f’ismu stess u għan-nom ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni Ewropea, nieda stedina għal sottomissjoni għal sejħa għall-offerti PE/ITEC-ITS14, dwar provvista ta’ servizzi esterni tal-informatika (iktar ’il quddiem is- <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sejħa għal offerti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Is-sejħa għall-offerti kienet maqsuma fi tmien lottijiet. L-iskopijiet tal-Lottijiet Nri 2 sa 4 kienu ddefiniti kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Lott Nru 2: L-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi ta’ xandir tal-informazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>Lott Nru 3: Żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni tal-informazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>Lott Nru 4: Test tal-iżviluppi.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt għall-proċedura tas-sejħa għal offerti (iktar ’il quddiem l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt”) ipprevedew l-għoti ta’ kuntratti qafas multipli għal kull lott u mekkaniżmu ta’ kaskata għall-eżekuzzjoni tal-imsemmija kuntratti qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1.3 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kien jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Il-persuni li jagħmlu l-offerta jistgħu jissottomettu offerta għal lott wieħed jew iktar, bl-eċċezzjoni ta’ inkompatibbiltajiet debitament imsemmija fid-deskrizzjoni ta’ kull lott. L-offerti ppreżentati għal lottijiet inkompatibbli suġġetti għal ordni ta’ preferenza għandhom jiġu miċħuda.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1.4 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kien jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-operaturi ekonomiċi ma jistgħux jagħmlu parti minn iktar minn konsorzju li qed jippreżenta offerta, lanqas jiġu proposti bħala sottokuntratturi b’iktar minn offerent għall-istess lottijiet jew għal-lottijiet esklużivi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness II tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kien jipprevedi li l-preżentazzjoni ta’ offerta għal-Lott Nru 2 jew il-Lott Nru 3 kienet tinvolvi projbizzjoni għall-offerent li jissottometti, bħala kuntrattur wieħed, membru ta’ konsorzju jew sottokuntrattur, għal-Lott Nru 4 jew Lott Nru 6. Għal dak li jikkonċerna l-Lott Nru 4, l-istess projbizzjoni kienet prevista fir-rigward tal-Lottijiet Nri 2, 3 u 6.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ stqarrija għall-istampa tat-<DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE>, tħabbar li kienet prevista l-akkwist minn Sopra Group SA ta’ Groupe Steria SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, il-konsorzji IBI IUS u STEEL, inklużi iż-żewġ Sopra Group, rispettivament issottomettew offerti għal-Lott Nru 2 u l-Lott Nru 3. Fl-istess jum, il-konsorzju TEPting, inkluż Steria Benelux SA, sussidjarja ta’ Groupe Steria, ippreżenta offerta għal-Lott Nru 4.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fit-<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, il-konsorzju CGI-Intrasoft International, magħmul mill-intervenjenti, CGI Luxembourg SA, u Intrasoft International SA, ressaq ukoll offerta għal-Lot Nru 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-proċess, ir-rikorrenti, Sopra Steria Group SA, hija maħluqa mill-amalgamazzjoni ta’ Sopra Group ma’ entitajiet oħra, jiġifieri Groupe Steria, is-sussidjarja tagħha Steria SA u s-sussidjarja ta’ din tal-aħħar, Steria Benelux. Wara din l-amalgamazzjoni, Steria Benelux b’hekk saret sussidjarja indiretta ta’ Sopra Steria Group.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140626">26 ta’ Ġunju 2014</DATE>, Sopra Group bdiet l-akkwist ta’ Groupe Steria.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140714">14 ta’ Lulju 2014</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li ma topponix għal skambju pubbliku ta’ azzjonijiet bejn Sopra Group u Groupe Steria.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140806">6 ta’ Awwissu 2014</DATE>, Sopra Group ħabbar li l-kriterju ta’ proporzjon minimu ta’ ishma skambjati kien issodisfat u li 79.69 % tal-ishma suġġetti għat-tranżazzjoni kienu ġew akkwistati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>, Sopra Group akkwista 90.52 % tal-kapital u 89.41 % tad-drittijiet tal-vot ta’ Groupe Steria. Fl-istess jum, Sopra Group ingħata l-isem ġdid ta’ Sopra Steria Group.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20140918">18 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-Parlament informa lill-konsorzju STEEL li l-offerta tiegħu kienet ġiet ikklassifikata fl-ewwel pożizzjoni għal-Lott Nru 3 u li dan kien wieħed mill-offerenti rebbieħa ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-istess jum, il-Parlament informa lill-konsorzju CGI-Intrasoft International li l-offerta tiegħu kienet ġiet ikklassifikata fit-tieni pożizzjoni għal-Lott Nru 3 u li dan kien wieħed mill-offerenti rebbieħa ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20141030">30 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-Parlament informa lill-konsorzju IBI IUS li l-offerta tiegħu kienet ġiet ikklassifikata fit-tieni pożizzjoni għal-Lott Nru 2 u li dan kien wieħed mill-offerenti rebbieħa ta’ dan il-kuntratt. Huwa informa wkoll lill-konsorzju TEPting li l-offerta tiegħu kienet ġiet ikklassifikata fit-tieni pożizzjoni għal-Lott Nru 4 u li dan kien wieħed mill-offerenti rebbieħa ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-10 u t-<DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, il-konsorzji IBI IUS u TEPting rċevew iktar informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-offerti għal lottijiet li għalihom kienu ssottomettew talba għal informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Parlament ġie infurmat dwar il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni bejn Sopra Steria Group u Groupe Steria, fit-<DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, permezz tal-ittra tal-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20141114">14 ta’ Novembru 2014</DATE> u rreġistrat bin-numru tal-Kawża T-769/14, l-intervenjenti, li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom stess u f’isem u għan-nom tal-konsorzju CGI-Intrasoft International, ippreżentaw rikors intiż għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Parlament li tikklassifika l-offerta tagħhom fit-tieni pożizzjoni għal-Lott Nru 3 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Parlament li tikklassifika l-offerta tal-konsorzju STEEL fl-ewwel pożizzjoni għal dak il-lott u jagħtih il-kuntratt bħala l-offerent rebbieħ tal-ewwel grad fil-mekkaniżmu ta’ kaskata kif ukoll il-kundanna tal-Parlament għall-ħlas tad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ittri tal-Parlament tad-<DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, il-konsorzji IBI IUS, STEEL u TEPting ġew informati dwar is-sospensjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal-Lottijiet Nri 2 sa 4. L-imsemmija ittri spjegaw ir-raġuni għas-sospensjoni bil-mod segwenti: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[l]-għan ta’ din is-sospensjoni huwa li jiġi ddeterminat jekk l-informazzjoni addizzjonali riċevuta mill-Parlament [...] hija fondata u li tista’ taffettwa d-deċiżjoni ta’ għoti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20141121">21 ta’ Novembru 2014</DATE>, il-konsorzji IBI IUS u STEEL informaw lill-Parlament dwar il-proċess ta’ akkwist ta’ Groupe Steria minn Sopra Steria Group. Steria Benelux pprovdiet l-istess informazzjoni lill-Parlament, billi pproponiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>tirtira mill-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> għal-Lott Nru 4.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20141215">15 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-konsorzju TEPting li minnu kienet tifforma parti Steria Benelux, informa lill-Parlament dwar l-irtirar tal-offerta tiegħu ppreżentata fil-kuntest tal-Lott Nru 4. Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE>, il-Parlament aċċetta l-irtirar tal-offerta tal-imsemmi konsorzju għal dak il-lott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE>, peress li l-amalgamazzjoni bejn Sopra Steria Group u Groupe Steria ġiet kompletata, Sopra Steria Group żamm lil Steria Benelux għal 99.99 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tal-15 u l-<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-Parlament talab għal informazzjoni addizzjonali lill-konsorzji IBI IUS STEEL u TEPting kif ukoll lil Steria Benelux. Fil-fatt, huwa talab informazzjoni b’mod partikolari dwar is-sħubija ekonomika ta’ Steria Benelux għal Sopra Group fid-dawl tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni u ta’ projbizzjoni ta’ offerti għal lottijiet inkompatibbli, li seta’ joħloq sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-konsorzji IBI IUS u STEEL irrispondew għal din it-talba. B’ittri tat-<DATE ISO="20150123">23 ta’ Jannar 2015</DATE>, Sopra Steria Groupe u Steria Benelux pprovdew ukoll l-informazzjoni mitluba. F’dawn l-ittri, dawn l-erba’ entitajiet ċaħdu l-eżistenza ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interessi u, konsegwentement, ta’ ostakolu fir-rigward tagħhom għas-sottomissjoni ta’ offerti għal lottijiet inkompatibbli. Barra minn hekk, huma sostnew li l-informazzjoni kollha rilevanti kienet ġiet sottomessa fil-ħin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ ittri tat-<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE>, il-Parlament informa lill-konsorzji IBI IUS u STEEL bid-deċiżjonijiet tiegħu li jiċħad l-offerti tagħhom rispettivament għal-Lott Nru 2 u l-Lott Nru 3 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>deċiżjonijiet ikkontestati<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Fis-<DATE ISO="20150216">16 ta’ Frar 2015</DATE>, il-Parlament bagħat lir-rikorrenti dawn id-deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet ikkontestati huma bbażati, kull waħda minnhom, fuq l-istess żewġ motivi distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, is-sottomissjoni fl-istess waqt tal-offerti tal-konsorzji IBI IUS, STEEL u TEPting għal-lottijiet inkompatibbli kisret l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 158(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-<DATE ISO="20121029">29 ta’ Ottubru 2012</DATE> dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="362" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 362, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Regolament ta’ Delega<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), u l-Artikolu I.3 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. B’mod partikolari, il-Parlament ikkunsidra li, minħabba r-rikonċiljazzjoni bejn Sopra Group u Groupe Steria, ir-rikorrenti u Steria Benelux kienu saru l-istess operatur ekonomiku. Konsegwentement, il-konsorzji IBI IUS u STEEL, li r-rikorrenti kienet tagħmel parti minnhom, u TEPting li minnu Steria Benelux kienet tagħmel parti, kienu tefgħu l-offerti għal-lottijiet inkompatibbli, jiġifieri għal-Lottijiet Nri 2 u 3, minn naħa, u għal-Lott Nru 4, min-naħa l-oħra, minkejja l-projbizzjoni prevista fl-Artikolu I.3 tal-ispeċifikazzjoni tal-kuntratt. F’dan ir-rigward, sabiex jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti u Steria Benelux kienu jifformaw l-istess operatur ekonomiku, mill-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-Parlament għamel applikazzjoni ta’ preżunzjoni konfutabbli, li r-rikorrenti ma kinitx waqqgħet, li tipprovdi li ż-żamma minn kumpannija ta’ kważi 100 % tal-ishma ta’ kumpannija oħra, bħal f’dan il-każ, tippermetti għall-ewwel kumpannija li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tieni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-akkwiżizzjoni tal-kapital ta’ Groupe Steria minn Sopra Group ħolqot sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi li għandha tinġab għall-konjizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 107(1)(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 298, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Regolament Finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Fil-fatt, skont il-Parlament, peress li l-offerent rebbieħ għal-Lott Nru 4 kien mitlub sabiex jevalwa s-servizzi pprovduti fil-kuntest tal-Lottijiet Nri 2 u 3,<?PAGE NO="5"?> iż-żamma indiretta, fil-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>, mir-rikorrenti, membru tal-konsorzji IBI IUS u STEEL, ta’ 90.51 % tal-ishma ta’ Steria Benelux, membru tal-konsorzju TEPting, setgħet toħloq riskju ta’ parzjalità fl-eżekuzzjoni tal-Lott Nru 4 minn din tal-aħħar. L-irtirar tal-konsorzju TEPting minn dan tal-aħħar lott, fil-<DATE ISO="20141215">15 ta’ Diċembru 2014</DATE>, ma jerġax iqiegħed inkwistjoni din il-konstatazzjoni. Konsegwentement, il-Parlament ikkonkluda li r-rikorrenti kienet inżammet informata dwar it-tranżazzjoni ta’ amalgamazzjoni sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>. Għaldaqstant, huwa qies li r-rikorrenti, billi naqset milli tinformaha dwarha, kisret l-Artikolu 107(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju. Għalhekk, huwa ddeċieda li kien meħtieġ jerġa’ jeżamina l-offerti tal-konsorzji IBI IUS u STEEL mingħajr ma kkunsidra lir-rikorrenti bħala membru tal-imsemmi konsorzji. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa qies li l-offerti ta’ dawn il-konsorzji ma kinux jissodisfaw iktar ir-rekwiżiti ta’ kapaċitajiet tekniċi previsti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Parlament bagħat ukoll, fit-<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE>, ittra li tinforma lill-konsorzju CGI-Intrasoft International li d-deċiżjoni tiegħu li jikklassifika l-offerta tiegħu fit-tieni pożizzjoni għal-Lott Nru 3 u d-deċiżjoni tiegħu li jattribwixxi dan il-lott lill-konsorzju STEEL bħala l-offerent rebbieħ tal-ewwel grad fil-mekkaniżmu ta’ kaskata kienu ġew annullati u ssostitwiti b’deċiżjoni ġdida li tikklassifika l-offerta tal-konsorzju CGI-Intrasoft International fl-ewwel pożizzjoni għal dak il-lott. Fis-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE>, dan il-konsorzju tal-aħħar ffirma l-kuntratt qafas bħala l-offerent rebbieħ tal-ewwel grad fil-mekkaniżmu ta’ kaskata għall-istess lott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150707">7 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>CGI Luxembourg u Intrasoft International vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-769/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:540">EU:T:2015:540</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors fil-kawża li tat lok għal dan id-digriet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20150413">13 ta’ April 2015</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Parlament ippreżenta risposta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20150707">7 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20150921">21 ta’ Settembru 2015</DATE>, l-intervenjenti talbu, għan-nom tagħhom stess kif ukoll għal dak tal-Konsorzju CGI-Intrasoft International, li jintervjenu f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ippreżentat ir-replika fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20150930">30 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20151109">9 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-Parlament wera l-kunsens tiegħu fuq it-talba għal intervent tal-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20151110">10 ta’ Novembru 2015</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar it-talba għal intervent billi opponiet għal dan. Fl-osservazzjonijiet tagħha, ir-rikorrenti stiednet lill-Qorti Ġenerali sabiex titlob lill-Parlament jikkomunikalha l-ittri tal-20 u tas-<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, imsemmija fl-Anness 4.D. tat-talba għal intervent, li dan kien indirizza lill-intervenjenti kif ukoll l-ittra tal-<DATE ISO="20141125">25 ta’ Novembru 2014</DATE> tal-Parlament, kif imsemmi fl-Anness 4.C tat-talba għal intervent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Parlament ippreżenta il-kontroreplika fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20151202">2 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160307">7 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Sopra Steria Group vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-182/15</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:165">EU:T:2016:165</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-intervenjenti ġew ammessi li jintervjenu f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, l-intervenjenti ppreżentaw fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali n-nota ta’ intervent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160615">15 ta’ Ġunju 2016</DATE> tal-President tal-Qorti Ġenerali, minħabba t-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali, din il-kawża ġiet attribwita lil Imħallef Relatur ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160617">17 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-Parlament informa lill-Qorti Ġenerali li kien qed jirrinunzja d-dritt tiegħu li jippreżenta osservazzjonijiet dwar in-nota ta’ intervent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fuq in-noti ta’ intervent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali nbidlet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lir-Raba’ Awla, u din il-kawża ġiet, konsegwentement, assenjata lilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Qorti Ġenerali għamlet domandi bil-miktub lill-Parlament għal risposta waqt is-seduta. Barra minn hekk, l-ittri tal-20 u tas-<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE> li diġà jinsabu fil-proċess tal-kawża bħala l-Annessi 4.B u 4.C tat-talba għal intervent, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-Parlament biex jipprovdi l-ittra tal-<DATE ISO="20141125">25 ta’ Novembru 2014</DATE>. Il-Parlament irrisponda fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u r-risposti tagħhom għad-domandi magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20171003">3 ta’ Ottubru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara li minħabba dawn id-deċiżjonijiet kkontestati, il-kuntratt(i) konklużi mal-offerenti l-oħra huwa (huma) null(i) u bla effett;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-Parlament jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-intervenjenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi fuq l-ispejjeż skont ir-Regoli tal-Proċedura.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni kap tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali li tiddikjara li kwalunkwe kuntratt konkluż mal-offerenti oħra fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet ikkontestati huwa null u bla effett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, billi talbet lill-Qorti Ġenerali tiddeċiedi fuq il-konsegwenzi tal-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati, billi tiddikjara li l-kuntratti konklużi ma’ offerenti oħra fuq il-bażi ta’ dawn id-deċiżjonijiet huma nulli u bla effett, ir-rikorrenti tfittex li tikseb dikjarazzjoni fuq l-effetti<?PAGE NO="7"?> tas-sentenza preżenti, li tkun tikkostitwixxi wkoll ordni magħmula lill-Parlament fir-rigward tal-eżekuzzjoni tagħha. Issa, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-istħarriġ tagħha tal-legalità bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, li tagħmel dikjarazzjonijiet fid-dritt (ara, b’analoġija, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170705">5 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>EEB vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-448/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:503">EU:T:2017:503</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Minbarra dan, minn ġurisprudenza stabbilita sew, il-Qorti Ġenerali ma tistax tindirizza ordni lill-istituzzjonijiet jew tissostitwixxi lil dawn tal-aħħar fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE. Din il-limitazzjoni tal-istħarriġ ta’ legalità hija applikabbli fil-kontenzjuż kollu li l-Qorti Ġenerali tista’ tieħu konjizzjoni tiegħu (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Bay vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-302/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:390">EU:T:2017:390</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, id-digrieti tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961112">12 ta’ Novembru 1996</DATE>, <NAME.CASE>SDDDA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-47/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:164">EU:T:1996:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130506">6 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon vs ECDC</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-577/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:229">EU:T:2013:229</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, skont l-Artikolu 264 TFUE, il-Qorti Ġenerali tista’ biss tannulla l-att ikkontestat. Hija mbagħad l-istituzzjoni kkonċernata li għandha, skont l-Artikolu 266 TFUE, tieħu l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080312">12 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-345/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:67">EU:T:2008:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>It-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti għandu għaldaqstant jiġi ddikjarat inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed biss, maqsum f’żewġ partijiet. L-ewwel parti hija bbażata fuq ksur tal-kriterji ta’ esklużjoni previsti fl-Artikolu 107(1)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju, ksur tal-Artikolu 158(3) tar-Regolament ta’ Delega kif ukoll il-ksur mill-Parlament tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. It-tieni parti hija bbażata fuq ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif imsemmi fl-Artikolu 102(1) tar-Regolament Finanzjarju.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-ksur tal-kriterji ta’ esklużjoni previsti fl-Artikolu 107(1)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju, fuq il-ksur tal-Artikolu 158(3) tar-Regolament ta’ Delega kif ukoll fuq il-ksur mill-Parlament tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma konsegwenza tal-konklużjoni żbaljata tal-Parlament li Steria Benelux u hija kellhom jitqiesu bħala l-istess operatur ekonomiku, jew bħala parti mill-istess operatur ekonomiku, fid-dawl tal-klawżola ta’ nuqqas ta’ kompatibbiltà tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, fatt li wassal għal kunflitt ta’ interessi potenzjali bejn dawn l-entitajiet u li, konsegwentement, il-konsorzji IBI IUS u STEEL, li kienet tagħmel parti minnhom ir-rikorrenti, kisru l-projbizzjoni ta’ offerti għal lottijiet inkompatibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>B’mod partikolari, minn naħa, ir-rikorrenti tallega li ma kien jeżisti ebda kunflitt ta’ interessi potenzjali waqt it-tnedija tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti u lanqas fil-mument tal-preżentazzjoni tal-offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, fit-<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, jiġifieri fil-mument tal-preżentazzjoni tal-offerti, Steria Benelux, bħala membru tal-konsorzju TEPting u Sopra Group, bħala membru tal-konsorzji STEEL u IBI IUS, kienu entitajiet legali distinti mingħajr l-ebda rabta jew konnessjoni kummerċjali bejniethom. Hija ssostni li, f’dak il-mument, ma kien hemm l-ebda ċertezza dwar l-eżitu tal-proċess ta’ amalgamazzjoni, filwaqt li tfakkar li huwa biss fl-<DATE ISO="20140714">14 ta’ Lulju 2014</DATE> li l-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix skambju pubbliku ta’ azzjonijiet mniedi minn Sopra Group dwar l-azzjonijiet ta’ Groupe Steria.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-perijodu wara t-<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, ir-rikorrenti ssostni li l-Parlament għamel interpretazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ esklużjoni awtomatika previsti fl-Artikolu 107(1)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju, fl-Artikolu 158(3) tar-Regolament ta’ Delega u mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt billi applikat il-projbizzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-offerti għal lottijiet inkompatibbli l-ħin kollu matul il-proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, fi kwalunkwe każ, ma kienx hemm kunflitt ta’ interessi potenzjali waqt il-fażi ta’ evalwazzjoni tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti u wara n-notifika tad-deċiżjonijiet ta’ għoti rispettivament fit-<DATE ISO="20140918">18 ta’ Settembru 2014</DATE> għal-Lott Nru 3 u fit-<DATE ISO="20141030">30 ta’ Ottubru 2014</DATE> għal-Lottijiet Nri 2 u 4. L-istadji tal-amalgamazzjoni, li lanqas ma kienu għadhom tlestew fil-mument tad-deċiżjoni ta’ għoti, ma setgħu jinfluwenzaw bl-ebda mod il-preżentazzjoni tal-offerti, il-klassifikazzjoni tagħhom jew id-deċiżjoni ta’ għoti u, konsegwentement, bl-ebda mod ma setgħu joħolqu kunflitt ta’ interessi. L-ebda informazzjoni ma ġiet skambjata bejn il-kumpaniji, peress li dawn kienu jibqgħu kompetituri diretti sakemm l-akkwist ikun komplut, u dan huwa kkonfermat minn struzzjonijiet f’dan is-sens mibgħuta internament fit-<DATE ISO="20140423">23 ta’ April 2014</DATE> minn Sopra Group u Groupe Steria lill-impjegati tagħhom rispettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, barra minn hekk, li għandu jitqies l-irtirar tal-offerta tal-konsorzju TEPting għal-lott Nru 4, propost fil-<DATE ISO="20141215">15 ta’ Diċembru 2014</DATE> u aċċettat mill-Parlament fit-<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE>. Fil-fehma tagħha, dan l-irtirar juri b’mod ċar li l-konsorzji, li fosthom ir-rikorrenti u Steria Benelux kienu jagħmlu parti, ma kellhom l-ebda intenzjoni li jippreġudikaw il-kompetizzjoni jew jiksru l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u ssaħħaħ l-argument tagħha fuq in-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interessi, filwaqt li tfakkar li kunflitt ta’ interess ipotetiku qatt ma seta’ jieħu l-forma ta’ kunflitt ta’ interess reali, għax kien jidher ċar li TEPting ma kinitx ser teżegwixxi l-imsemmi lott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, l-okkorrenza ta’ amalgamazzjoni għandha tingħad mill-<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE> mingħajr l-ebda ċertezza dwar is-suċċess tagħha ma kienet eżistiet qabel dik id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess huwa muri wkoll mit-tnedija, fis-<DATE ISO="20150127">27 ta’ Jannar 2015</DATE> mill-Parlament, tal-proċedura nnegozjata PE/ITEC-NPE-15.8. L-għan ta’ din il-proċedura kien jikkoinċidi manifestament mas-servizzi koperti mil-Lott Nru 3. Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, ebda klawżola ta’ inkompatibbiltà ma kienet ġiet prevista. Barra minn hekk, il-Parlament kien stieden jipparteċipa fil-proċedura inkwistjoni offerenti diġà inkarigati bit-twettiq tas-servizzi marbuta mal-lottijiet għal sejħa għal offerti oħra, jiġifieri s-sejħa għall-offerti PE/ITEC-ITS08, li l-kuntratt kien diġà alloka. Issa, l-eżekuzzjoni tal-imsemmija provvisti hija inkompatibbli, billi ssegwi l-loġika tad-deċiżjonijiet ikkontestati, mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt fil-proċedura nnegozjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkritika lill-Parlament talli kkonkluda, mingħajr ma ddefinixxa l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jew stabbilixxa li ġestjoni konġunta kienet ġiet implementata, li, mis-<DATE ISO="20140806">6 ta’ Awwissu 2014</DATE> u, l-iktar tard, fil-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>, hija kienet tifforma parti mill-istess operatur ekonomiku ma’ Steria Benelux.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tallega li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ma jistax jiġi interpretat kif użat fid-dritt tal-kompetizzjoni, peress li dan il-kunċett fid-dritt tal-kompetizzjoni, ifittex għanijiet differenti minn dawk previsti mil-liġi tal-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, fin-nuqqas li tintwera l-applikabbiltà tagħha f’dan il-każ, il-Parlament ma jistax jirrikorri għall-preżunzjoni konfutabbli tad-dritt tal-kompetizzjoni li tgħid li l-kumpannija parent kienet teżerċita influwenza determinanti fuq is-sussidjarja tagħha. B’hekk, naqas mill-obbligu tiegħu li jinvestiga biex jistabbilixxi jekk kumpannija parent eżerċitat tali influwenza fuq is-sussidjarja tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ma kien hemm l-ebda unità ekonomika waħda u Steria Benelux kienet aġixxiet b’mod indipendenti, mingħajr ma kien hemm unità fil-komportament. Barra minn hekk, amministrazzjoni konġunta ma tistax tiġi pprovata. F’dan ir-rigward, il-preżenza tal-istess persuna fi ħdan il-bordijiet ta’ diretturi ta’ Steria Benelux u ta’ Sopra Steria Group ma tistabbilixxix li influwenza<?PAGE NO="9"?> determinanti jew kwalunkwe influwenza jew kienet eżerċitata awtomatikament jew setgħet tiġi preżunta. Konsegwentement, ir-rikorrenti u Steria tal-Benelux għandhom jitqiesu bħala entitajiet legali u operaturi ekonomiċi distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti ssostni li ebda kunflitt ta’ interessi potenzjali ma kienet teżisti u li, fi kwalunkwe każ, il-Parlament ġie debitament infurmat dwar il-proċess ta’ amalgamazzjoni. Hija tippreċiża li l-istedina għas-sottomissjoni għall-proċedura ta’ sejħa għal offerti kienet tipprojbixxi kwalunkwe kuntatt mal-Parlament matul il-proċedura, ħlief f’każijiet eċċezzjonali u taħt ċerti kundizzjonijiet imniżżla. Issa, fil-fehma tagħha, in-notifika ta’ intenzjoni ta’ amalgamazzjoni jew ta’ amalgamazzjoni imminenti ma kinitx tifforma parti minnhom. Barra minn hekk, hija ssostni li huwa biss matul ix-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014 li hija ħadet konjizzjoni dwar il-fatt li Steria Benelux kienet ipparteċipat fil-proċedura relattiva għal-Lott Nru 4. B’ittri tal-<DATE ISO="20141121">21 ta’ Novembru 2014</DATE>, il-konsorzji IBI IUS u STEEL kienu debitament informaw lill-Parlament dwar l-amalgamazzjoni imminenti wara li dan kien ikkuntattjahom, fid-<DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, dwar is-sospensjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. Fl-aħħar nett, fil-fehma tagħha, l-ewwel idea tal-amalgamazzjoni kienet ġiet mħabbra fi stqarrija għall-istampa tat-<DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE>. Għaldaqstant, skont l-obbligu tiegħu li jevalwa fid-dettall l-offerti u l-offerenti, il-Parlament kellu konjizzjoni tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni bejn Sopra Group u Groupe Steria.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-intervenjenti jikkontestaw l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif ġie indikat fil-punti 28 sa 30 iktar ’il fuq, id-deċiżjonijiet ikkontestati huma bbażati fuq żewġ motivi distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif ġie indikat fil-punt 29 iktar ’il fuq, fil-kuntest tal-ewwel motiv tad-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Parlament ikkunsidra li l-konsorzji IBI IUS u STEEL, li kienet tagħmel parti minnhom r-rikorrenti, u TEPting, li minnu Steria Benelux kienet tifforma parti, kienu tefgħu l-offerti għal-lottijiet inkompatibbli, bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 158(3) tar-Regolament ta’ Delega u għall-Artikolu I.3 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Issa, hekk kif jirriżulta mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, il-ksur tagħha jwassal għaċ-ċaħda tal-offerti, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi stabbilit ksur ieħor simultanjament. Konsegwentement, dan l-ewwel motiv, jekk jirriżulta, huwa biżżejjed sabiex jiġu miċħuda l-offerti tal-konsorzji IBI IUS u STEEL, li kienet tagħmel parti minnu r-rikorrenti, għal-Lottijiet Nri 2 u 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tieni motiv tad-deċiżjonijiet ikkontestati, kif espost fil-punt 30 iktar ’il fuq, ibbażat fuq in-nuqqas li tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 107(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jiġi osservat li dan il-motiv per se jwassal, skont il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għall-esklużjoni tal-offerent li żbalja l-għoti tal-kuntratt, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi stabbilit li hemm irregolaritajiet oħra. F’dan il-każ, kif ġie indikat fil-punt 30 iktar ’il fuq, il-Parlament ikkunsidra li kien hemm lok li r-rikorrenti tiġi eskluża mill-għoti tal-kuntratt minħabba ksur ta’ din id-dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju u ma tibqax titqies fl-evalwazzjoni tal-offerti tal-konsorzji IBI IUS u STEEL, u li, minħabba dan il-fatt, ma kinux għadhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kapaċitajiet tekniċi previsti mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u, konsegwentement, kellhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kull wieħed miż-żewġ motivi invokati mill-Parlament fid-deċiżjonijiet ikkontestati jiġġustifika, waħdu, li jiġu miċħuda l-offerti tal-konsorzji IBI IUS u STEEL, li kienet tagħmel parti minnhom ir-rikorrenti, għal-Lottijiet Nri 2 u 3.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti ma tikkontestax il-konklużjonijiet li ħa l-Parlament fil-kuntest tat-tieni motiv, fir-rigward tal-kriterju tal-kapaċitajiet tekniċi, huwa biżżejjed li l-applikazzjoni, minn dan tal-aħħar, mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 158(3) tar-Regolament ta’ Delega jew, alternattivament, l-Artikolu 107(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju tkun ħielsa minn żball biex l-ewwel parti tal-motiv uniku tkun miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tqis opportun li teżamina, fl-ewwel lok, it-tieni motiv li fuqu huma bbażati d-deċiżjonijiet ikkontestati, jiġifieri l-ksur tal-Artikolu 107(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fil-kuntest tat-tieni motiv tad-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Parlament ma jallegax li kienet teżisti sitwazzjoni reali ta’ kunflitt ta’ interessi jew ksur tal-Artikolu 107(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Kif jirriżulta mill-punti 31 sa 34 tal-imsemmija deċiżjonijiet, huwa jikkritika lir-rikorrenti biss talli ma infurmatux dwar sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi bi ksur tal-Artikolu 107(1) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 107(1) tar-Regolament Finanzjarju, huma esklużi mill-għoti ta’ kuntratt il-kandidati jew l-offerenti li, matul il-proċedura ta’ għoti ta’ dan il-kuntratt, ma pprovdewx l-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tiġi evalwata l-legalità tat-tieni motiv tad-deċiżjonijiet ikkontestati, fl-ewwel lok, għandu jiġi ddeterminat jekk kinuxx jeżisti, f’dan il-każ, elementi li jistgħu joħolqu sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi, anki fid-dawl tal-projbizzjoni prevista fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li ma jiġux issottomessi offerti għal lottijiet inkompatibbli. Fit-tieni lok, fl-affermattiv, ikun meħtieġ li jiġi eżaminat jekk, u jekk ikun il-każ, f’liema mument, ir-rikorrenti kienet obbligata tinforma lill-Parlament skont l-Artikolu 107(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ elementi li jistgħu joħolqu sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, l-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju, peress li għandu l-għan li jipprevjeni l-kunflitti ta’ interess, huwa intiż li jiggarantixxi l-indipendenza usa’ tal-offerenti fir-rigward ta’ intervenjenti oħra potenzjali, kemm minn perspettiva strutturali jew funzjonali (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060214">14 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>TEA-CEGOS <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-376/05 u T-383/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:47">EU:T:2006:47</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Hemm lok, barra minn hekk, li jiġi kkunsidrat li l-projbizzjoni ta’ offerti lill-istess operatur ekonomiku, direttament jew indirettament, għal-lottijiet inkompatibbli huwa intiż sabiex jiġi evitat li l-kompetizzjoni tkun distorta u jiġi implimentat il-kunċett ta’ sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess fis-sens tal-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070420">20 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>TEA-CEGOS u STG vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-189/06 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:242">EU:C:2007:242</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, skont il-Formola Nru 4(g) magħquda mal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, kunflitt ta’ interessi jista’ jkun ġej minn rabtiet ekonomiċi jew rabtiet oħra relevanti jew interessi komuni. Għandu jiġi rrilevat ukoll li, taħt it-taqsima dwar il-mezzi ta’ prova għall-kriterji ta’ esklużjoni ta’ l-Artikolu I.13.1 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, kien obbligatorju għal kull offerent li jiffirma u jibgħat din il-formola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fil-kuntest tas-sejħa għal offerti, il-kompiti tal-offerent rebbieħ tal-Lott Nru 4 jikkonsistu fl-evalwazzjoni tas-servizzi pprovduti għall-eżekuzzjoni tal-Lottijiet Nri 2 u 3. Il-projbizzjoni ta’ offerta għal lottijiet inkompatibbli, jiġifieri, minn naħa, għal-Lottijiet Nri 2 u 3 u, min-naħa l-oħra, għal-Lott Nru 4, li jirriżulta mill-Artikolu I.3 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt moqri flimkien mal-Anness II tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, tinsab f’dan il-kuntest.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, fil-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>, ir-rikorrenti kellha 90.52 % tal-kapital u 89.41 % tad-drittijiet tal-vot ta’ Groupe Steria u li, f’dak il-mument, Steria Benelux kienet kumpannija sussidjarja miżmuma 99.99 % minn Steria, hija stess miżmuma 100 % ta’ Groupe Steria.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-każ fejn, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tas-servizzi li jaqgħu taħt il-<BR/>Lott Nru 4, Steria Benelux kienet tasal sabiex tevalwa, bħala membru tal-konsorzju TEPting, is-servizzi pprovduti mir-rikorrenti b’eżekuzzjoni tal-Lottijiet Nri 2 u 3, l-eżekuzzjoni korretta tagħhom setgħet tiġi kompromessa, sa fejn hija setgħet kellha interess li tivvaluta b’mod parzjali s-servizzi pprovduti mir-rikorrenti minħabba r-rabtiet strutturali u interessi kondiviżi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Barra minn hekk, elementi oħra li jikkorroboraw l-eżistenza ta’ rabtiet rilevanti bejn ir-rikorrenti u l-kumpannija parent ta’ Steria Benelux jew ta’ interessi kondiviżi, skont il-Formola Nru 4 (g) mehmuża mal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kif josserva l-Parlament, l-istqarrijiet għall-istampa tat-8 ta’ April u tas-<DATE ISO="20140806">6 ta’ Awwissu 2014</DATE> ġew ippubblikati taħt iż-żewġ ismijiet ta’ Sopra Group u Groupe Steria billi ssemmi żewġ kuntatti separati, filwaqt li l-istqarrija għall-istampa tal-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE> kienet issemmi biss l-uniku kuntatt u li l-istqarrija għall-istampa tat-<DATE ISO="20141203">3 ta’ Diċembru 2014</DATE> kienet ippubblikata biss taħt l-isem wieħed ta’ Sopra Steria u semmiet biss kuntatt wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>, Sopra Group ingħatat l-isem ġdid ta’ Sopra Steria Group, skont l-impenji meħuda waqt l-assemblea ġenerali tar-rikorrenti tas-<DATE ISO="20140627">27 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li tibni fuq il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni u ta’ ħolqien ta’ interessi komuni bejn iż-żewġ entitajiet ekonomiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>It-tielet nett, fil-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-mandat ta’ amministratur ta’ Sopra Steria Group tal-President-Direttur Ġenerali ta’ Steria Benelux ħa effett, skont l-impenji meħuda waqt l-assemblea ġenerali tar-rikorrenti, u dan jikkostitwixxi indizju li jissuġġerixxi rabtiet rilevanti bejn ir-rikorrenti u Steria Benelux jew interessi komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li kien hemm biżżejjed elementi li jistgħu joħolqu sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi fis-sens tal-Formola Nru 4(g), mehmuża mal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kif ukoll il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 78 iktar ’il fuq, li kellhom jiġu kkunsidrati mill-Parlament fl-istadju tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt, anki jekk dan ir-riskju finalment ma seħħx minħabba l-irtirar tal-konsorzju TEPting tal-Lott Nru 4 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070418">18 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>Deloitte Business Advisory vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-195/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:107">EU:T:2007:107</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkonfutata mill-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-projbizzjoni li jiġu sottomessi offerti għal lottijiet inkompatibbli japplika biss fil-mument preċiż tas-sottomissjoni tal-offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif indikat mill-Parlament, il-projbizzjoni msemmija fil-punt 89 iktar ’il fuq, li l-ġustifikazzjoni tagħhom hija wkoll ispirata mill-għan li jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interessi, kienet intiża li tipprekludi li offerent, bi ksur ta’ din il-projbizzjoni, isir kontraenti, jew membru tal-konsorzji kontraenti simultanjament għal-Lottijiet Nri 2 jew 3, minn naħa, u għal-Lott Nru 4, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat li l-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni msemmija fil-punt 89 iktar ’il fuq biss fil-mument preċiż tas-sottomissjoni tal-offerti kienet iċċaħdu mill-effett utli tiegħu sa fejn dan l-għan jista’ jiġi evitat u għall-eżekuzzjoni tajba tal-kuntratt kompromessa (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021128">28 ta’ Novembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Scan Office Design vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-40/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:288">EU:T:2002:288</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>B &amp; S Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-222/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:837">EU:T:2014:837</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, l-effett utli ta’ din<?PAGE NO="12"?> il-projbizzjoni huwa assigurat biss jekk tkun applikabbli matul il-proċedura kollha bil-għan li wieħed jifhem kwalunkwe avveniment, anki wara s-sottomissjoni ta’ offerti li jwassal li operatur jingħata l-eżekuzzjoni tal-lottijiet inkompatibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Għalhekk hemm lok li jiġi konkluż li l-projbizzjoni msemmija fil-punt 89 iktar ’il fuq hija applikabbli matul il-proċedura kollha ta’ għoti ta’ kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa irrilevanti li r-rabtiet strutturali bejn ir-rikorrenti u Steria Benelux jew li l-interessi kondiviżi tagħhom jinħolqu wara l-mument tas-sottomissjoni tal-offerti. Dan jgħodd ukoll f’dak li jirrigwarda l-fatt li l-amalgamazzjoni bejn Sopra Group u Groupe Steria tlestiet biss fl-<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE>, sa fejn ġie stabbilit li r-rabtiet rilevanti bejn dawn l-entitajiet jistgħu joħolqu sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi li kienu jeżistu preċedentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li r-rikorrenti ma wrietx li l-istruzzjonijiet mibgħuta internament fit-<DATE ISO="20140423">23 ta’ April 2014</DATE> minn Sopra Group u Groupe Steria lill-impjegati tagħhom rispettivi kienu għadhom applikabbli wara l-akkwiżizzjoni ta’ 90.52 % tal-ishma ta’ din tal-aħħar fil-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dak li ntqal, hemm lok li jiġi konkluż li l-Parlament ma wettaqx żball meta kkunsidra li, mill-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>, kien hemm elementi li jistgħu joħolqu sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk, u, jekk ikun il-każ, minn liema mument, ir-rikorrenti kienet obbligata tinforma lill-Parlament skont l-Artikolu 107(1) (b) tar-Regolament Finanzjarju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-obbligu li tingħata l-informazzjoni meħtieġa mill-awtorità kontraenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Kif tfakkar fil-punt 76 iktar ’il fuq, jirriżulta mill-Artikolu 107(1) (b) tar-Regolament Finanzjarju li ma jistax jingħata kuntratt lil kandidati jew offerenti li, matul il-perijodu ta’ għoti ta’ dan il-kuntratt, ma pprovdewx l-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li, skont il-Formola Nru 4(h) mehmuża mal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, l-offerenti huma impenjati biex jinformaw lill-awtorità kontraenti bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi jew li tista’ tagħti lok għal dan. Kif indikat fil-paragrafu 80 iktar ’il fuq, l-offerenti kienu obbligati jiffirmaw u jibagħtu l-imsemmija formula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-obbligu ta’ informazzjoni inkwistjoni li jaqa’ fuq l-offerenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti jirrigwarda b’mod partikolari r-riskji li wieħed mill-membri tagħhom jinsab f’sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl tal-konklużjoni li saret fil-punt 95 iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, l-informazzjoni dwar il-proċedura ta’ rikonċiljazzjoni bejn l-appellanti u Groupe Steria, li tagħha Sopra Benelux kienet sussidjarja, għandha titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>informazzjoni meħtieġa mill-awtorità kontraenti bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ akkwist<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi konkluż li, skont l-Artikolu 107(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju, u kif jirriżulta wkoll mill-Formola Nru 4(h), mehmuża mal-ispeċifikazzjoni tal-kuntratt, kienet ir-rikorrenti li kellha, direttament jew permezz tal-konsorzji li kienet parti minnhom, li turi diliġenza u tinforma lill-Parlament fuq inizjattiva tagħha stess u mingħajr terminu mill-akkwist minn Sopra Group tal-ishma ta’ Groupe Steria, li tagħha Steria Benelux kienet sussidjarja, li sar fil-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>, sabiex tkun tista’ jkollha l-elementi kollha neċessarji sabiex tevalwa s-sitwazzjoni tar-rikorrenti u li tieħu miżuri xierqa, jekk ikun meħtieġ. Madankollu, il-Parlament ma ġiex infurmat mill-konsorzji IBI IUS u STEEL, li kienet tagħmel parti minnhom ir-rikorrenti,<?PAGE NO="13"?> bil-proċess ta’ akkwist ta’ Groupe Steria minn Sopra Group, għall-ewwel darba, ħlief fil-<DATE ISO="20141121">21 ta’ Novembru 2014</DATE>, wara l-aħbar tal-Parlament, fid-<DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, tas-sospensjoni tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt. Id-dewmien li bih dawn l-elementi ġew ipprovduti lill-Parlament, li huwa nieqes minn kull ġustifikazzjoni xierqa, ma jistax jiġi ammess, minkejja l-argumenti mressqa minnha quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>L-ewwel nett, din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata permezz tal-proposta tal-konsorzju TEPting, fil-<DATE ISO="20141215">15 ta’ Diċembru 2014</DATE>, li tirtira l-offerta tagħha għal-Lott Nru 4, sa fejn ir-rikorrenti kellha tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>, fil-mument fejn hija kellha 90.52 % tal-kapital u 89.41 % tad-drittijiet ta’ vot ta’ Groupe Steria. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fir-rigward tal-elementi fir-rigward ta’ membru ta’ konsorzju li jistgħu joħolqu sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi li ma ngħatawx minkejja li kienu meħtieġa mill-awtorità kontraenti, din tal-aħħar hija obbligata teskludi tali membru mill-għoti tal-kuntratt meta hija tikkonstata n-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-imsemmija informazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Flying Holding <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-91/12 u T-280/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:832">EU:T:2014:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-projbizzjoni li jiġi kkuntattjat il-Parlament matul il-proċedura li tinsab fl-istedina għall-offerti għall-proċedura ta’ sejħa għal offerti, huwa minnu li sar kuntatt bejn l-offerenti u l-Parlament huwa pprojbit ħlief f’każijiet eċċezzjonali elenkati f’din l-istedina. Madankollu, din il-projbizzjoni għandha tiġi interpretata b’mod raġonevoli. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jiġi evitat l-eżerċizzju ta’ kwalunkwe influwenza matul l-evalwazzjoni tal-offerti u l-emenda tal-offerti. Din il-konstatazzjoni tirriżulta mill-fatt li kull kuntatt għall-inizjattiva tal-offerenti wara l-ftuħ tal-offerti huwa projbit, filwaqt li dan ma huwiex il-każ tal-kuntatti mibdija mill-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Issa, informazzjoni bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, jiġifieri l-akkwist mir-rikorrenti ta’ ishma ta’ kumpannija li hija membru ta’ konsorzju li jkun għamel offerta għal lott inkompatibbli ma’ lottijiet oħra li għalihom l-konsorzji li kienet tagħmel parti minnhom kienu ssottomettew wkoll offerti, jirrilevaw kull evidenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ kuntatt mal-Parlament matul il-proċedura, iktar u iktar li l-imsemmija ċirkustanzi jikkonċernaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet ewlenin previsti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Kif huwa indikat fil-punt 98 iktar ’il fuq, kien ġie previst b’mod ċar fil-Formola Nru 4 mehmuża mal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, li kull sitwazzjoni li tista’ toħloq kunflitt ta’ interessi kellha tiġi ddikjarata mingħajr dewmien mill-offerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Għalhekk, kuntatt mal-Parlament li huwa intiż li jinformawh dwar l-eżistenza ta’ elementi li jistgħu joħolqu sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal riskju ta’ kunflitt ta’ interess li jikkonċerna membru ta’ diversi konsorzji ma kellhiex l-għan li tbiddel l-offerti sottomessi mill-imsemmija konsorzji għall-benefiċċju tagħhom u lanqas jinfluwenzaw il-Parlament fil-kuntest tal-evalwazzjoni konkreta tal-offerti. Għall-kuntrarju, din l-informazzjoni tippermetti ġustament lill-Parlament jevalwa, b’konjizzjoni tal-kwistjoni, jekk l-offerta tkun ikkonformat mar-rekwiżiti inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Minn dan isegwi li r-rikorrenti ma tistax validament tallega li kien impossibbli li tikkuntattja lill-Parlament minħabba l-projbizzjoni ta’ kuntatt matul il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-konsorzji IBI IUS u STEEL li kienet tagħmel parti minnhom informaw lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni fi żmien xieraq, għandu jiġi kkonstatat li huwa biss b’risposta għall-ittri tal-Parlament tad-<DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, dwar is-sospensjoni tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt, li dan kien ġie infurmat dwar il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni bejn Sopra Group u Groupe Steria, permezz tal-ittri tal-<DATE ISO="20141121">21 ta’ Novembru 2014</DATE> tal-konsorzji IBI IUS STEEL u ta’ Steria Benelux. Barra minn hekk, l-ittri tal-<DATE ISO="20141121">21 ta’ Novembru 2014</DATE> jippreċiżaw li din l-informazzjoni ngħatat biss minħabba l-fatt li l-konsorzji IBI IUS u STEEL u Steria Benelux kienu ġew informati b’mod informali li din ir-rikonċiljazzjoni kienet possibbilment fl-oriġini tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ma tistax validament issostni li l-konsorzji li kienet tagħmel parti minnhom aġixxew f’waqtu u fuq inizjattiva tagħhom stess sabiex jirrimedjaw in-nuqqas tagħhom li jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja lill-Parlament fiż-żmien meħtieġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti ssostni li kien biss matul ix-xhur ta’ Ottubru u Novembru li hija ħadet konjizzjoni dwar il-fatt li Steria Benelux kienet ipparteċipat fil-proċedura relattiva għal-Lott Nru 4. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tistax tiġġustifika n-nuqqas tagħha li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti minħabba n-nuqqas ta’ diliġenza meħtieġa min-naħa tiegħu. L-ommissjoni li tipprovdi din l-informazzjoni tirrigwarda kemm atti volontarji kif ukoll dawk li huma kommessi b’negliġenza (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Flying Holding <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-91/12 u T-280/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:832">EU:T:2014:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Il-ħames nett, fir-rigward tal-istqarrija għall-istampa tat-<DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE> li ħabbret l-eventwali amalgamazzjoni bejn Sopra Group u Groupe Steria kif ukoll l-allegat ksur tal-Parlament tal-obbligu tiegħu li jevalwa fid-dettall l-offerti u l-offerenti, jirriżulta b’mod ċar mill-Formola Nru 4(h), mehmuża mal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kif ukoll mill-kliem tal-Artikolu 107(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju li kien il-kompitu tar-rikorrenti li tinforma lill-Parlament bir-rikonċiljazzjoni bejn Sopra Group u Groupe Steria. Issa, l-imsemmija stqarrija għall-istampa ma ġietx maħsuba u lanqas ikkomunikat lill-Parlament mir-rikorrenti jew minn dawk tal-konsorzji li hija kienet tifforma parti minnhom. Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 106 iktar ’il fuq, dawn il-konsorzji informaw lill-Parlament bl-imsemmi rikonċiljazzjoni li biss fil-<DATE ISO="20141121">21 ta’ Novembru 2014</DATE>, b’risposta għall-ittri tal-Parlament tad-<DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan l-ilment tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Is-sitt nett, ir-rikorrenti ssostni li l-assenza ta’ riskju ta’ kunflitt ta’ interessi ma għandux jiġi rrapportat lill-awtorità kontraenti kien muri wkoll mit-tnedija, mill-Parlament, tal-proċedura nnegozjata PE/ITEC-NPE-15.8. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-għan ta’ din il-proċedura kien parzjalment simili għal dak tas-sejħa għal offerti fir-rigward tas-servizzi koperti mil-Lott Nru 3. Issa, skont ir-rikorrenti, dik il-proċedura nnegozjata ma pprevediet l-ebda klawżola ta’ inkompatibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, għalkemm il-proċedura nnegozjata tista’ tinbeda biss mill-awtorità kontraenti fil-preżenza ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi, bħal offerti irregolari jew mhux aċċettabbli ppreżentati b’risposta għal proċedura miftuħa u magħluqa qabel, previsti fl-Artikolu 135(1)(a) tar-Regolament ta’ Delega, jibqa’ l-fatt li din tikkostitwixxi proċedura awtonoma u distinta minn kull proċedura oħra ta’ għoti ta’ kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Direct Way u Direct Way Worldwide vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-126/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:819">EU:T:2015:819</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). B’hekk, skont il-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq, is-sejħa għal offerti u l-proċedura nnegozjata PE/ITEC-NPE-15.8 mhumiex marbuta. Minn dan isegwi li l-kundizzjonijiet previsti fil-kuntest ta’ din il-proċedura ma jistgħux jaffettwaw is-sejħa għall-offerti. Konsegwentement, ir-rikorrenti ma tistax validament tinvoka din il-proċedura sabiex turi li ma kien hemm ebda riskju ta’ kunflitt ta’ interessi f’dan il-każ u li ma kienx neċessarju li tinnotifika dan lill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Parlament ġustament eskluda lir-rikorrenti mill-għoti tal-kuntratt u, konsegwentement, ċaħad l-offerti tal-konsorzji IBI IUS u STEEL minħabba l-ksur tal-obbligu, bis-saħħa tal-Artikolu 107(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju, biex jipprovdulu l-informazzjoni dwar l-elementi li jistgħu joħolqu sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi fir-rigward tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li l-ewwel parti tal-motiv uniku għandha tiġi miċħuda mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi eżaminat l-ewwel motiv invokat fid-deċiżjonijiet ikkontestati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif imsemmi fl-Artikolu 102(1) tar-Regolament Finanzjarju</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, il-Parlament kiser l-Artikolu 102(1) tar-Regolament Finanzjarju, li jirriżulta minn ċertu numru ta’ konstatazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>L-ewwel nett, skont ir-rikorrenti, motivazzjoni dettaljata u investigazzjoni bir-reqqa huma meħtieġa iktar f’dan il-każ, peress li la l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u lanqas ir-Regolament Finanzjarju ma kienu jipprevedu esklużjoni awtomatika f’każ ta’ eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi potenzjali. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 142 tar-Regolament ta’ Delega, il-Parlament kien obbligat li jivvaluta s-sitwazzjoni b’rispett għall-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konsorzji IBI IUS u STEEL sabu, mehmuża mal-ittri indirizzati lilhom mill-Parlament, fit-<DATE ISO="20140918">18 ta’ Settembru 2014</DATE> u fit-<DATE ISO="20141030">30 ta’ Ottubru 2014</DATE> rispettivament, żewġ kopji tal-kuntratti biex jiffirmaw u jibagħtulu. Hija tqies li huma għamlu dan b’fiduċja li l-Parlament kien eżamina bir-reqqa l-offerti. Konsegwentement, fil-fehma tagħha, il-Parlament kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti żżid li, skont l-Artikolu I.13 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u l-Artikolu 107(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament kellu jevalwa jekk ċerti offerenti kellhom jiġu esklużi. Għaldaqstant, billi ta l-kuntratti lill-konsorzji IBI IUS u STEEL, il-Parlament ikkonferma l-assenza ta’ kull kunflitt ta’ interessi fid-dawl tal-obbligu li kien jaqa’ fuqu li jwettaq eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni. B’hekk, il-Parlament kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba li huwa kkonferma, fl-ewwel lok, in-nuqqas ta’ kwalunkwe raġuni għall-esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti tenfasizza li, fil-<DATE ISO="20141215">15 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-konsorzju TEPting ppropona li jirtira l-offerta tiegħu għal-Lott Nru 4 u li l-Parlament, b’ittra tad-<DATE ISO="20150209">9 ta’ Frar 2015</DATE>, talbu japprova estensjoni tal-perijodu ta’ validità ta’ din l-offerta sat-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE>. Madankollu, fit-<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE>, il-Parlament aċċetta dan l-irtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>B’hekk, mhux biss il-Parlament aċċetta l-irtirar tal-offerta tal-konsorzju TEPting wara terminu eċċessivament twil, iżda wkoll adotta d-deċiżjonijiet ikkontestati billi jitħalla jgħaddi terminu eċċessivament twil wara n-notifika tad-deċiżjonijiet ta’ sospensjoni tad-<DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>. Għaldaqstant, kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-ipoteżi fejn ikun hemm ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, il-Parlament kellu jieħu, bħal deċiżjonijiet dwar il-Lottijiet Nri 2 u 3, deċiżjoni dwar l-esklużjoni tal-konsorzju TEPting għal-Lott Nru 4 minflok ma jaċċetta l-proposta tiegħu ta’ rtirar tal-offerta li huwa kien issottometta għal dan il-lott tal-aħħar. Skont ir-rikorrenti, dawn huma deċiżjonijiet inkonsistenti liema fatt jikser il-prinċipju ta’ trasparenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti ssostni li, bit-tnedija tal-proċedura nnegozjata PE/ITEC-NPE-15.8, il-Parlament ħoloq b’mod attiv kunflitt ta’ interessi potenzjali, filwaqt li, fl-istess ħin, kien eskluda l-konsorzji IBI IUS u STEEL mill-għoti tal-kuntratt minħabba kunflitt ta’ interessi simili, u dan jikkostitwixxi ksur manifest tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament Finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-intervenjenti jikkontestaw l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 102(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-kuntratti pubbliċi kollha li huma ffinanzjati totalment jew parzjalment mill-baġit għandhom jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tal-ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni u l-prinċipju ta’ trasparenza, li essenzjalment għandu l-għan li jiggarantixxi l-assenza ta’ riskju ta’ favoritiżmu u ta’ arbitrarjetà min-naħa tal-awtorità kontraenti, jimplika li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet kollha tal-proċedura tal-għoti jkunu fformulati b’mod ċar, preċiż u inekwivoku fl-avviż<?PAGE NO="16"?> ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-498/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:831">EU:T:2014:831</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0119">119</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110922">22 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-86/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:515">EU:T:2011:515</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntest ta’ din il-parti, ir-rikorrenti tqajjem ċertu numru ta’ argumenti li diġà ġew invokati insostenn tal-ewwel parti tal-motiv uniku, b’mod partikolari l-argumenti bbażati fuq in-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interessi potenzjali, l-obbligu tal-Parlament li jevalwa bir-reqqa l-offerti u l-offerenti kif ukoll in-nuqqas ta’ kull kunflitt ta’ interessi minħabba t-tnedija, mill-Parlament, tal-proċedura nnegozjata PE/ITEC-NPE-15.8, u li ġew miċħuda bħala infondati fil-punti 95, 109 u 112 iktar ’il fuq. Dawn l-argumenti għandhom jiġu miċħuda għall-istess raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>It-tieni nett, f’dak li jirrigwarda l-esklużjoni awtomatika tar-rikorrenti mill-għoti tal-kuntratt minħabba n-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti, għandu jiġi kkonstatat li, kif tfakkar fil-punt 102 iktar ’il fuq, il-Parlament ma kellu ebda għażla ħlief li jimplimenta l-Artikolu 107(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju u li jeskludi l-membru tal-konsorzju li żbalja l-għoti tal-kuntratt, hekk kif ikkonstata in-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-imsemmija informazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Flying Holding <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-91/12 u T-280/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:832">EU:T:2014:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Jekk il-Parlament ma kienx applika din il-miżura, huwa seta’ raġonevolment jiġi kkritikat bi trattament favorevoli għall-benefiċċju tal-konsorzji li kienet tagħmel parti minnhom r-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti ma tistax issostni validament li, billi attribwixxa l-Lott Nru 2 lill-konsorzju IBI IUS u l-Lott Nru 3 lill-konsorzju STEEL, il-Parlament ikkonferma li l-ebda irregolarità ma ġiet kommessa. Fil-fatt, il-Parlament aġixxa abbażi tal-informazzjoni mhux kompluta pprovduta u ma biddilx id-deċiżjoni tiegħu biss fuq il-bażi ta’ informazzjoni addizzjonali sussegwenti li, kif huwa indikat fil-punt 101 hawn fuq, ir-rikorrenti kienet obbligata tipprovdi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, f’dak li jikkonċerna n-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-esklużjoni tal-konsorzju TEPting u l-ksur allegat tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li dan ippropona li jirtira l-offerta tiegħu għal-Lott Nru 4 u li din il-proposta ġiet aċċettata mill-Parlament. Għaldaqstant, dan l-argument ma għandux jiġi milqugħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Il-ħames nett, il-Parlament indika espliċitament fl-ittri tiegħu tad-<DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE> li l-proċedura fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti ġiet sospiża biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa. Konsegwentement, ir-rikorrenti ma tistax issostni li kellha l-impressjoni li l-proċedura kellha tkompli normalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Is-sitt nett, hija ma tistax tikkritika lill-Parlament talli ħalla terminu eċċessivament twil qabel ma adotta d-deċiżjonijiet ikkontestati. F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li l-Parlament irċieva l-informazzjoni rilevanti fit-<DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE> min-naħa tal-intervenjenti u ssospenda l-proċedura sebat ijiem iktar tard. F’inqas minn tliet xhur mis-sospensjoni tal-proċedura, il-Parlament wettaq l-investigazzjoni li kienet tikkonċerna ċertu numru ta’ operaturi ekonomiċi u adotta l-imsemmija deċiżjonijiet. Barra minn hekk, f’dan il-każ, il-fatt li r-rikorrenti jew il-konsorzji IBI IUS u STEEL, li kienet tagħmel parti minnhom, ma pprovdewx l-informazzjoni meħtieġa fil-ħin utli taqqal il-kompitu tal-Parlament. Konsegwentement, l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tieni parti tal-motiv uniku għandu jiġi miċħud u, għaldaqstant, ir-rikors kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Parlament, skont it-talbiet ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura jirriżulta li l-Qorti Ġenerali tista’ tordna li intervenjent, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. F’dan il-każ, hemm lok li jiġi deċiż li l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sopra Steria Group SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">CGI Luxembourg SA u Intrasoft International SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Reine</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid-<DATE ISO="20190409">9 ta’ April 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="18"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà tat-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-ksur tal-kriterji ta’ esklużjoni previsti fl-Artikolu 107(1)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju, fuq il-ksur tal-Artikolu 158(3) tar-Regolament ta’ Delega kif ukoll fuq il-ksur mill-Parlament tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Osservazzjonijiet preliminari</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-eżistenza ta’ elementi li jistgħu joħolqu sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-obbligu li tingħata l-informazzjoni meħtieġa mill-awtorità kontraenti</ITEM.CONT><ITEM.REF>12</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif imsemmi fl-Artikolu 102(1) tar-Regolament Finanzjarju</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>17</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>