<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑24/12</NO.CASE><NO.CASE>C‑27/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0024</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1385">EU:C:2014:1385</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20140605">5.6.2014</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C‑24/12 U C‑27/12</P><P>X U TBG</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas ta’ dividendi minn Stat Membru lejn territorju extra-Ewropew tal-istess Stat</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Arranġamenti speċjali UE-PTEE</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑24/12 u C‑27/12,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal domanda preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjizi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20111223">23 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja rispettivament fit-18 u fid-<DATE ISO="20120119">19 ta’ Jannar 2012</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">X BV</HT> (C‑24/12),</P><P><HT TYPE="BOLD">TBG Limited</HT> (C‑27/12)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Financiën,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, C. G. Fernlund (Relatur), A. Ó Caoimh, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20131023">23 ta’ Ottubru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal TBG Limited, minn B. J. Rubbens, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn B. Koopman u C. Wissels, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Christie, bħala aġent, assistit minn S. Ford, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Mölls u W. Roels, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw il-kwistjoni jekk ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-moviment liberu tal-kapital, bħall-Artikolu 56 KE, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu miżura ta’ Stat Membru li tista’ tostakola l-moviment tal-kapital bejn dan l-Istat Membru u l-pajjiż u t-territorji extra-Ewropew (PTEE) tal-Istat Membru inkwistjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>PTEE tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn rispettivament X BV u TBG Limited, u l-iStaatssecretaris van Financiën fir-rigward ta’ taxxa miġbura fil-Pajjiżi l-Baxxi fuq id-dividendi mħallsa minn kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi lill-kumpanniji parent tagħhom stabbiliti fl-Antilli Olandiżi, meta tali ħlas ta’ dividendi lil kumpannija stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi jew fi Stat Membru ieħor huwa eżentat.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Antilli Olandiżi huma msemmija fil-lista li tinsab fl-Anness II tat-Trattat KE, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Pajjiżi u territorji extra-ewropej li għalihom [j]applika[w i]d-dispożizzjoni[jiet] tar-raba’ parti tat-trattat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-Raba’ parti tat-Trattat KE, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji extra-ewropej<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tinkludi l-Artikoli 182 KE sa 188 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 187 KE jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-Kunsill, b’mod unanimu, għandu, abbażi ta’ l-esperjenza akkwistata taħt l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji mal-Komunità u tal-prinċipji mniżżla f’dan it-Trattat, jistabbilixxi disposizzjonijiet dwar ir-regoli dettaljati u l-proċedura għall-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji mal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-Artikolu 187 KE, il-Kunsill ripetutament adotta regoli preċiżi sabiex l-arranġamenti speċjali għall-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-PTEE jitwettqu u sabiex l-għanijiet tal-assoċjazzjoni jintlaħqu.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, il-leġiżlazzjoni applikabbli kienet id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, tas-<DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 319, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Deċiżjoni PTEE<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessa 6 tad-Deċiżjoni PTEE tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għalkemm mhumiex pajjiżi terzi, il-PTLHB [PTEE] ma jiffurmawx parti mis-suq waħdieni u jridu jikkonformaw ma’ l-obbligazzjonijiet imposti fuq pajjiżi terzi rigward kummerċ, prinċipalment regoli ta’ oriġini, livelli stabbiliti ta’ saħħa u saħħa tal-pjanti u miżuri ta’ salvagward.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-premessa 16 ta’ din id-deċiżjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Id-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat u l-leġislazzjoni li toħroġ minnhom ma japplikawx awtomatikament għall-PTLHB [PTEE], minbarra dispożizzjonijiet espressi għall-kuntrarju. Prodotti ta’ PTLHB importati fil-Komunità jridu madankollu jikkonformaw mar-regoli tal-Komunità fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tad-Deċiżjoni PTEE, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ħlasijiet korrenti u movimenti ta’ kapital<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="047.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-PTLHB [PTEE] m’għandhom jimponu l-ebda restrizzjoni fuq xi ħlasijiet f’munita korrenti konvertibbli liberalment fuq il-kont kurrenti ta’ bilanċ ta’ ħlasijiet bejn residenti tal-Komunità u tal-PTLHB;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>rigward transazzonijiet fuq il-kont kapitali ta’ bilanċ ta’ ħlasijiet, l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-PTLHB m’għandhom jimponu l-ebda restrizzjoni fuq il-moviment liberu ta’ kapital għal investimenti diretti f’kumpanijiet iffurmati bi qbil mal-liġijiet ta’ l-Istat Membru, pajjiż jew territorju tal-lqugħ u biex jiġi żgurat li l-assi ffurmati minn dan l-investiment u kull qligħ li joħroġ minnu jkun jista’ jiġi realizzat u miġjub lura fil-pajjiż (repatriated).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="047.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Komunità, l-Istati Membri u l-PTLHB għandhom jiġu ntitolati sabiex jieħdu l-miżuri riferiti mutatis mutandis fl-Artikoli 57, 58, 59, 60 u 301 tat-Trattat bi qbil mal-kondizzjonijiet preskritti li jinsabu fihom. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 55(2) tad-Deċiżjoni PTEE, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Klawsola tat-taxxa carve-out<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Xejn f’din id-Deċiżjoni ma tista’ titqies li tipprevjeni l-adozzjoni jew l-infurzar ta’ xi miżura mmirata lejn il-prevenzjoni biex jiġu evitati jew il-frodi ta’ taxxi skont id-dispożizzjonijiet tat-taxxa ta’ ftehimijiet biex tiġi evitata tassazzjoni doppja jew arranġamenti oħra tat-taxxa, jew leġislazzjoni fiskali domestika fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-ordinament ġuridiku tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa stabbilit fl-Istatut tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Statuut voor het Koninkrijk der Nederlanden). Matul is-snin fiskali rilevanti fil-kawżi prinċipali, jiġifieri 2005 u 2006, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Koninkrijk der Nederlanden) kien magħmul minn tliet entitajiet, jiġifieri l-Pajjiżi l-Baxxi (Nederland), l-Antilli Olandiżi (Nederlandse Antillen) u Aruba.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-relazzjonijiet fiskali bejn dawn it-tliet entitajiet kienu rregolati mir-regoli tat-tassazzjoni għar-Renju (Belastingregeling voor het Koninkrijk, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>BRK<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). Fil-limiti stabbiliti mill-BRK, kull entità tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandha setgħat fiskali awtonomi.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) u (2) tal-BRK, dwar it-tassazzjoni tad-dividendi mħallsa fuq ishma, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dividendi riċevuti minn abitant ta’ pajjiż u dovuti minn persuna ġuridika stabbilita f’pajjiż ieħor huma taxxabbli fl-ewwel pajjiż.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-pajjiż ta’ stabbiliment tal-persuna ġuridika li għandha tħallas id-dividendi jimponi li tinżamm taxxa fuq id-dividendi, il-paragrafu 1 iħalli din it-tip ta’ taxxa intatta sakemm ir-rata ma taqbiżx il-15 %.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Sal-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, l-Artikolu 11(3) tal-BRK kien jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Taħt kundizzjonijiet li għandhom jiġu ppreċiżati iktar ’il quddiem sabiex tiġi żgurata applikazzjoni ġusta ta’ dan l-artikolu kemm fil-għan u fl-ispirtu tiegħu, ir-rata ta’ taxxa msemmija fil-paragrafu 2 ma taqbiżx 7.5 % jekk id-dividendi jiġu riċevuti minn kumpannija li l-kapital tagħha huwa maqsum kollu kemm huwa jew parzjalment f’azzjonijiet u li hija stabbilita fil-pajjiż l-ieħor u li hija azzjonista ta’ mill-inqas kwart tal-kapital azzjonarju mħallas mill-kumpannija li għandha tħallas id-dividendi. Taħt kundizzjonijiet li għandhom jiġu ppreċiżati iktar ’il quddiem sabiex tiġi żgurata applikazzjoni ġusta ta’<?PAGE NO="4"?> dan l-artikolu kemm fil-għan u fl-ispirtu tiegħu, ir-rata madankollu ma taqbiżx 5 % fil-każ imsemmi fis-sentenza preċedenti jekk, fil-pajjiż ta’ stabbiliment tal-kumpanija li tirċievi d-dividendi, id-dividendi huma suġġetti għal taxxa fuq il-profitt b’rata ta’ mill-inqas 5.5 %.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Għalhekk, sal-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, id-dividendi mħallsa fuq ishma, imħallsa mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpannija stabbilita fl-Antilli Olandiżi, bis-saħħa tal-Artikolu 11(3) tal-BRK, kienu suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn fil-Pajjiżi l-Baxxi, ta’ 7.5 % jew ta’ 5 %.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Antilli Olandiżi, skont l-Artikoli 8A, 8B, 14 u 14A (ta’ dik li kienet) l-ordinanza nazzjonali fuq it-tassazzjoni tal-profitti (Landsverordening op de winstbelasting), min-naħa tagħhom kienu jiġbru taxxa fuq il-profitt b’rata minima ta’ 2.4 % sa 3 %, jew b’rata massima ta’ 5.5 %.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-Antilli Olandiżi teżisti l-possibbiltà ta’ tnaqqis, skont id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>deċiżjonijiet tal-Antilli Olandiżi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jiġifieri arranġamenti individwali mogħtija mill-awtorità tat-taxxa kompetenti tal-Antilli Olandiżi, tal-profitt taxxabbli fuq l-ispejjeż kemm jekk reali jew le, u b’mod partikolari tal-interessi fuq self fil-kuntest tad-determinazzjoni għall-ġbir tat-taxxa tal-Antilli Olandiżi fuq il-profitt.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Minbarra d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>deċiżjonijiet tal-Antilli Olandiżi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, il-piż tat-taxxa kkombinat li jirriżulta mit-taxxa Olandiża fuq id-dividendi u mit-taxxa tal-Antilli Olandiżi fuq il-profitt, jilħaq madwar 10 %.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, l-Artikolu 11(3) tal-BRK (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Artikolu 11(3) tal-BRK emendat<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) ġie emendat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[…] B’deroga miż-żewġ sentenzi preċedenti, id-dividendi riċevuti minn kumpannija stabbilita fl-Antilli Olandiżi u dovuti minn kumpannija stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi huma suġġetti għall-arranġamenti li ġejja:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-rata ta’ taxxa msemmija fil-paragrafu 2 ma jaqbiżx 8.3 % jekk id-dividendi jiġu riċevuti minn kumpannija li l-kapital tagħha huwa maqsum kollu kemm huwa jew parzjalment f’azzjonijiet u li hija azzjonista ta’ mill-inqas kwart tal-kapital azzjonarju mħallas mill-kumpannija li għandha tħallas id-dividendi u jekk, fl-Antilli Olandiżi, it-taxxa msemmija fil-paragrafu 2 ma tiġix ikkunsidrata, uffiċjalment jew fil-fatt, b’tali mod li l-piż tat-taxxa effettiv fuq id-dividendi skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-paragrafu 1 minn naħa u l-paragrafi 2 u 3 min-naħa l-oħra, huwa inqas minn 8.3 %;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ammont li jikkorrispondi għat-taxxa hekk kif imħallsa għandha tiġi trażmessa immedjatament lill-awtoritajiet tal-Antilli Olandiżi mingħajr kundizzjonijiet oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, id-dividendi mħallsa fuq ishma, imħallsa mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpannija stabbilita fl-Antilli Olandiżi, huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn miġbura fil-Pajjiżi l-Baxxi, ta’ 8.3 %. Madankollu, it-taxxa hekk kif miġbura hija kollha kemm hija mħallsa fl-Antilli Olandiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikoli 8A, 8B, 14 u 14A (ta’ dik li kienet) l-ordinanza nazzjonali fuq it-tassazzjoni tal-profitti tħassru fl-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>. Id-dividendi mħallsa fuq ishma fis-sussidjarji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi għaldaqstant ġew eżentati mit-taxxa fl-Antilli Olandiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda d-dividendi mħallsa minn kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi lill-kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi jew fi Stat Membru ieħor, bis-saħħa tal-Artikoli 4 u 4a tal-Liġi tal-1965 fuq it-tassazzjoni tad-dividendi (Wet op de dividendbelasting 1965), tali dividendi huma eżentati mit-taxxa f’ras il-għajn jekk jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, tali eżenzjoni ma tingħatax għad-dividendi mħallsa minn kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi lill-kumpanniji stabbiliti fl-Antilli Olandiżi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-Kawża C‑24/12, X BV hija kumpannija rregolata taħt id-dritt Olandiż stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi. L-azzjonijiet kollha li jirrappreżentaw il-kapital ta’ din huma miżmuma minn Stichting A van aandelen X BV. Iċ-ċertifikati tal-ishma maħruġa jinżammu mill-kumpannija B NV stabbilita fl-Antilli Olandiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20050627">27 ta’ Ġunju 2005</DATE>, X BV ħarġet dividend ta’ EUR 5 000 000 lill-kumpannija B NV. Dan il-ħruġ ta lok għal taxxa fuq id-dividendi ta’ 8.3 %, jiġifieri EUR 415 000, li nżamm u tħallas b’mod konformi mal-Artikolu 11(3) tal-BRK emendat.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>X BV ippreżentat ilment kontra din it-taxxa li l-iStaatssecretaris van Financiën ċaħad. Hija ppreżentat rikors kontra ċ-ċaħda ta’ dan l-ilment quddiem ir-Rechtbank Haarlem li ddikjarat ir-rikors infondat. X BV appellat quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam li kkonfermat id-deċiżjoni tar-Rechtbank Haarlem. X BV ippreżentat appell ta’ kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju kontra d-deċiżjoni tal-Gerechtshof te Amsterdam.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-Kawża C‑27/12, Hollandsche-Amerikaansche Beleggingsmaatschappij Holland-American Investment Corporation NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>HAIC<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) hija kumpannija rregolata taħt il-liġi tal-Pajjiżi l-Baxxi, sussidjarja 100 % ta’ TBG Holding NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>TBG Holding<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), kumpannija rregolata taħt id-dritt tal-Antilli Olandiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060901">1 ta’ Settembru 2006</DATE>, HAIC ħarġet dividend ta’ EUR 376 369 430 lil TBG Holding. Dan il-ħruġ ta lok għal taxxa fuq id-dividendi ta’ 8.3 %, jiġifieri EUR 31 238 663, li nżamm u tħallas b’mod konformi mal-Artikolu 11(3) tal-BRK emendat.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Kemm HAIC kif ukoll TBG Holding ippreżentaw ilmenti kontra din it-taxxa li l-iStaatssecretaris van Financiën ċaħad. Huma ppreżentaw rikorsi kontra ċ-ċaħda ta’ dan l-ilment quddiem ir-Rechtbank Haarlem li għaqdet dawn ir-rikorsi u ddikjarathom infondati. HAIC u TBG ippreżentaw appell quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam li kkonfermat id-deċiżjoni tar-Rechtbank Haarlem.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>TBG Limited, li assumiet id-drittijiet u l-obbligi ta’ HAIC u ta’ TBG Holding, ippreżentat appell ta’ kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju kontra d-deċiżjoni tal-Gerechtshof te Amsterdam.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li l-kwistjonijiet quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam, essenzjalment kienu dwar il-kwistjoni jekk taxxa fuq id-dividend bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża hijiex kuntrarja għall-moviment liberu tal-kapital skont l-Artikolu 56 KE. Il-Gerechtshof te Amsterdam kienet tal-fehma li l-Artikolu 56 KE ma kienx japplika fis-sens ġenerali għall-PTEE. Fid-dawl tad-Deċiżjoni PTEE, ir-relazzjoni bejn il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Antilli Olandiżi kellha titqies li hija sitwazzjoni interna fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni u għalhekk, il-kwistjoni kienet irregolata esklużivament mill-BRK u mil-Liġi tal-1965 fuq it-tassazzjoni tad-dividendi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-Artikolu 56 KE jipprojbixxi kull restrizzjoni fuq il-movimenti ta’ kapital bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. Hija tosserva li, fis-sentenza Prunus u Polonium (C‑384/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:276">EU:C:2011:276</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 20, li, fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali illimitat ta’ din id-dispożizzjoni, din tapplika b’mod neċessarju għal movimenti tal-kapital lejn u mill-PTEE, u, fil-punti 30 u 31, li l-PTEE jibbenefikaw mil-liberalizzazzjoni tal-movimenti tal-kapital, stabbilit fl-Artikolu 56 KE fil-kwalità tagħhom ta’ Stati terzi peress li t-Trattat UE, fil-verżjoni preċedenti għat-Trattat ta’ Lisbona, u t-Trattat KE, ma fihom ebda riferiment espliċitu għall-movimenti ta’ kapital bejn l-Istati Membri u l-PTEE.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju madankollu tistaqsi dwar l-applikabbiltà tas-sentenza Prunus u Polonium (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:276">EU:C:2011:276</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) fil-kwistjonijiet quddiemha, peress li, f’din is-sentenza, ma kienx hemm involut movimenti ta’ kapital bejn Stat Membru u l-PTEE tiegħu stess.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tosserva li jista’ jiġi dedott minn din is-sentenza li l-PTEE, għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital, għandu ġeneralment ikun ikklassifikat bħala pajjiż terz u ttrattat bħal dawn. Madankollu, huwa wkoll possibbli, fil-fehma tagħha, li wieħed jargumenta li l-libertajiet previsti mit-Trattat KE, bħala prinċipju, ma japplikawx għal movimenti ta’ kapital li jseħħu kollha kemm huma fi ħdan ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, li tiegħu l-Pajjiżi l-Baxxi u l-Antilli Olandiżi huma parti.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-każ fejn il-movimenti inkwistjoni jaqgħu taħt il-moviment liberu tal-kapital, din il-qorti tistaqsi jekk iż-żamma tal-Artikolu 57(1) KE, li jikkostitwixxi klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, hijiex applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li l-istorja leġiżlattiva tal-liġi li temenda l-BRK turi li l-miżura hija intiża sabiex teħles lill-Antilli Olandiżi mir-reputazzjoni ta’ refuġju fiskali filwaqt li jinżamm l-istess livell tal-piż tat-taxxa attwalment eżistenti fuq id-dividendi relatati ma sehem li jitqassam mill-Pajjiżi l-Baxxi lejn l-Antilli Olandiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Hija tqis li l-emenda magħmula lill-BRK mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE> ma tinkludi l-ebda restrizzjoni ġdida, hija biss ir-rata tat-taxxa fuq id-dividendi li żdiedet minn dik id-data. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija tistaqsi jekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm żieda fis-sens tal-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, għandhiex esklużivament tittieħed inkunsiderazzjoni ż-żieda fit-taxxa f’ras il-għajn mill-Pajjiżi l-Baxxi, meta mqabbel mal-<DATE ISO="19931231">31 ta’ Diċembru 1993</DATE>, jew jekk għandux ukoll jittieħed inkunsiderazzjoni tal-bdil fit-taxxa fuq il-profitti mill-Antilli Olandiżi, jiġifieri l-eżenzjoni mogħtija minn dawn tal-aħħar. Favur din it-tieni soluzzjoni hemm il-fatt li t-taxxa f’ras il-għajn miġbura mill-Pajjiżi l-Baxxi għandha, bis-saħħa tal-Artikolu 11(3) tal-BRK emendat, titħallas lill-Antilli Olandiżi u l-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jiġbru t-taxxa għall-Antilli Olandiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-każ fejn hemm bżonn jittieħed inkunsiderazzjoni l-piż tat-taxxa globali fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Antilli Olandiżi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk għandhomx ukoll jittieħdu inkunsiderazzjoni d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>deċiżjonijiet tal-Antilli Olandiżi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Kontra tali kunsiderazzjoni hemm il-fatt li dan jista’ jkollu konsegwenzi differenti fuq il-piż tat-taxxa ta’ kull persuna taxxabbli skont iċ-ċirkustanzi tal-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, li huma fformulati f’termini identiċi fil-Kawżi C‑24/12 u C‑27/12:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1)</NO.P><TXT>PTEE [Pajjiż u territorju extra-Ewropej] ta’ Stat Membru jista’ jiġi kklassifikat bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 56 KE […], f’liema każ l-Artikolu 56 KE jista’ jiġi invokat għall-movimenti ta’ kapital bejn Stat Membru u l-PTEE tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ewwel domanda titwieġeb fl-affermattiv, għandha, fil-kawża preżenti fejn, mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, it-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi marbuta ma’ sehem iddistribwiti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi lill-kumpannija parent tagħha stabbilita fl-Antilli Olandiżi żdiedet meta mqabbla mal-1993 minn 7.5 % jew [ta’] 5 % għal 8.3 %, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx żieda għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 57(1) KE […] tittieħed inkunsiderazzjoni biss iż-żieda f’ras il-għajn tal-Pajjiżi l-Baxxi jew għandha tittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-kuntest taż-żieda tat-taxxa f’ras il-għajn tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-awtoritajiet tal-Antilli Olandiżi stabbilixxew mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE> eżenzjoni għad-dividendi marbuta ma’ sehem riċevuti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, filwaqt illi qabel dawn id-dividendi kienu jifformaw parti mid-dħul intaxxat bir-rata ta’ 2.4, [ta’] 3 jew [ta’] 5 %?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ li għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni t-tnaqqis tat-taxxa fl-Antilli Olandiżi mwettaq permezz tal-eżenzjoni tal-ishma, imsemmija iktar ’il fuq fil-punti 2(a), għandhom l-iskemi tal-Antilli Olandiżi intiżi għall-fażi ta’ applikazzjoni, jiġifieri f’din il-kawża r-ruling tal-Antilli Olandiżi, li kienu possibbilment wasslu għall-fatt li qabel l-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, u diġà fl-1993, kien hemm tnaqqis sostanzjali fir-rata ta’ taxxa ta’ 8.3 % effettivament dovuta fuq id-dividendi riċevuti minn sussidjarja stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, jittieħdu wkoll inkunsiderazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20120227">27 ta’ Frar 2012</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna li l-Kawżi C‑24/12 u C‑27/12 jingħaqdu għall-finijiet tal-proċeduri bil-miktub u orali, kif ukoll għas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tfittex li tistabbilixxi jekk ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-moviment liberu tal-kapital, bħall-Artikolu 56 KE, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu miżura ta’ Stat Membru li tista’ tostakola l-moviment tal-kapital bejn dan l-Istat Membru u l-PTEE tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jingħad li, b’mod konformi mal-Artikolu 299(3) KE, il-PTEE mniżżla fil-lista fl-Anness II tat-Trattat KE huma s-suġġett tal-arranġamenti speċjali għall-assoċjazzjoni stabbiliti fir-raba’ parti ta’ dan, jiġifieri l-Artikoli 182 KE sa 188 KE, li d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri tagħhom huma stabbiliti, skont l-Artikolu 187 KE, permezz ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Antilli Olandiżi, li, taħt il-Kostituzzjoni Olandiża, jikkostitwixxu wieħed mit-tliet entitajiet tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, huwa f’din il-lista u għalhekk huwa s-suġġett tal-arranġamenti speċjali għall-assoċjazzjoni stabbiliti fir-raba’ parti tat-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ dawn l-arranġamenti speċjali bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha l-konsegwenza li d-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat KE, jiġifieri dawk li ma humiex parti mir-raba’ parti ta’ dan it-trattat, ma humiex applikabbli għall-PTEE jekk ma jiġix speċifikat espliċitament (sentenzi Leplat, C‑260/90, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:66">EU:C:1992:66</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 10; Eman u Sevinger, C‑300/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:545">EU:C:2006:545</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46, kif ukoll Prunus u Polonium (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:276">EU:C:2011:276</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din ir-raba’ parti tat-Trattat, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm tinkludi ċerti dispożizzjonijiet dwar, kemm il-moviment liberu tal-merkanzija, jiġifieri l-Artikoli 184 KE u 185 KE, kif ukoll dik tal-ħaddiema, jiġifieri l-Artikolu 186 KE, il-libertà ta’ stabbiliment, jiġifieri l-Artikolu 183(5) KE, ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni dwar il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-Deċiżjoni PTEE, adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 187 KE biex jimplementaw il-pjan ta’ assoċjazzjoni, din fl-Artikolu 47(1) tindika liema restrizzjonijiet fuq il-ħlas u fuq il-moviment liberu tal-kapital huma pprojbiti bejn l-Unjoni u l-PTEE.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Billi ssir referenza għall-bilanċ tal-ħlasijiet u billi tiġi pprojbita, minn naħa, kull restrizzjoni fuq xi ħlasijiet f’munita kurrenti konvertibbli liberalment fuq il-kont kurrenti ta’ din, u, min-naħa l-oħra, restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu ta’ kapital marbuta ma’ investimenti f’kumpanniji u li jirrigwardaw tranżazzjonijiet fuq il-kont kapitali ta’ dan il-bilanċ, l-Artikolu 47(1) tad-Deċiżjoni PTEE għandu portata partikolarment wiesgħa, li tqarreb lejn il-portata tal-Artikolu 56 KE f’relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi (ara, f’dan ir-rigward u dwar l-Artikolu 63 TFUE, is-sentenzi Prunus u Polonium, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:276">EU:C:2011:276</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 29 sa 31).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, billi b’mod partikolari tipprojbixxi r-restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ ishma f’kumpanniji u permezz tal-fatt li b’dan jirriżulta li l-profitti huma miġjuba lura fil-pajjiż, l-Artikolu 47(1)(b) tad-Deċiżjoni PTEE jipprojbixxi, fost restrizzjonijiet oħrajn, dawk tal-ħlas ta’ dividendi bejn l-Unjoni u l-PTEE, bħall-projbizzjoni ta’ tali miżuri stabbiliti fl-Artikolu 56 KE f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 45 ta’ din is-sentenza u minħabba l-fatt li la r-raba’ parti tat-Trattat KE u lanqas id-Deċiżjoni PTEE, adottata bis-saħħa ta’ din il-parti tat-Trattat, ma jagħmlu referenza speċifika għall-Artikolu 56 KE, id-domanda magħmula għandha tiġi eżaminata mil-lat tal-Artikolu 47(1), u għandu jiġi vverifikat jekk il-portata ta’ din id-dispożizzjoni hijiex speċifikata jew limitata minn regoli oħra tal-arranġamenti speċjali li fuqhom hija bbażata l-assoċjazzjoni UE-PTEE.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif ġie enfasizzat b’mod partikolari mill-Gvern tar-Renju, Unit matul il-liberalizzazzjoni, għall-assoċjazzjoni UE-PTEE, tal-movimenti tal-kapital, ingħatat attenzjoni partikolari lill-fatt li numru ta’ PTEE huma kkunsidrati bħala refuġji fiskali. Għalhekk, id-Deċiżjoni PTEE, fl-Artikolu 55 tagħha, tinkludi klawżola ta’ eċċezzjoni speċifikament intiża għall-prevenzjoni tal-evażjoni fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 55(2), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>xejn [fid-Deċiżjoni PTEE] ma tista’ titqies li tipprevjeni l-adozzjoni jew l-infurzar ta’ xi miżura mmirata lejn il-prevenzjoni biex jiġu evitati […] taxxi skont id-dispożizzjonijiet tat-taxxa ta’ […] leġislazzjoni fiskali domestika fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Miżura fiskali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skont id-deskrizzjoni tal-istorja leġiżlattiva u tal-għan tagħha li huma pprovduti mill-qorti tar-rinviju, hija intiża sabiex tipprevjeni flussi kapitali eċċessivi lejn l-Antilli Olandiżi u tiġġieled kontra l-attrazzjoni lejn dan il-PTEE bħala refuġju fiskali, jirriżulta mill-klawżola ta’ eżenzjoni fiskali ċċitata iktar ’il fuq u konsegwentement tibqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 47(1) tad-Deċiżjoni PTEE, bil-kundizzjoni li din tfittex li tilħaq dan l-għan b’mod effettiv u proporzjonat, li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dak li ntqal iktar ’il fuq u mingħajr ma jkun hemm bżonn li tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar sa fejn ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-PTEE japplikaw bejn Stat Membru u l-PTEE tiegħu stess, li r-risposta għall-ewwel domanda magħmula għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix miżura fiskali ta’ Stat Membru li tostakola, billi tfittex b’mod effettiv u proporzjonat l-għan li tiġġieled l-evażjoni fiskali, il-movimenti tal-kapital bejn dan l-Istat Membru u l-PTEE tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija lill-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix miżura fiskali ta’ Stat Membru li tostakola, billi tfittex b’mod effettiv u proporzjonat l-għan li tiġġieled l-evażjoni fiskali, il-movimenti tal-kapital bejn dan l-Istat Membru u l-pajjiż u t-territorju extra-Ewropew tiegħu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>