|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4962 |
9.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12146 — OEP / KBR / BRIS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4962)
1.
Fid-29 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
OEP Capital Advisors, L.P. (“OEP”, l-Istati Uniti), |
|
— |
KBR, Inc. (“KBR”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Brown & Root Industrial Services Holdings, LLC (“BRIS”, l-Istati Uniti), li bħalissa huma kkontrollati b’mod konġunt minn KBR u Bernhard Capital Partners Management, L.P. |
OEP u KBR jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ BRIS.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
L-OEP hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq is-setturi industrijali, tal-kura tas-saħħa u tat-teknoloġija fl-Amerka ta’ Fuq u fl-Ewropa, |
|
— |
KBR hija fornitur globali tat-teknoloġija, l-inġinerija integrata, l-akkwist, it-twassil tal-kostruzzjoni, u l-operazzjonijiet u s-servizzi ta’ manutenzjoni. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ BRIS huma li ġejjin: l-appoġġ lill-klijenti fit-tranżizzjoni lejn sorsi alternattivi ta’ enerġija u fjuwil, il-forniment ta’ firxa sħiħa ta’ servizzi industrijali, kif ukoll servizz ta’ speċjalità ieħor. Il-BRIS topera madwar l-Amerka ta’ Fuq.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12146 — OEP / KBR / BRIS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4962/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)