15.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 448/64


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2231

tad-9 ta’ Diċembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport fir-rigward tal-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tat-Trasport għall-2022

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 u l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (‘TKT’) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/392 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2019.

(2)

Skont l-Artikolu 35 tat-TKT, il-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport (‘il-Kumitat ta’ Tmexxija’) għandu jadotta l-baġit tal-Komunità tat-Trasport kull sena. L-Artikolu 35 tat-TKT jagħti s-setgħa wkoll lill-Kumitat ta’ Tmexxija li jadotta deċiżjonijiet li jispeċifikaw il-proċedura għall-implimentazzjoni tal-baġit.

(3)

Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni dwar il-baġit tal-Komunità tat-Trasport għall-2022 waqt il-laqgħa tiegħu f’Diċembru 2021.

(4)

Il-baġit propost tal-Komunità tat-Trasport għall-2022 huwa meħtieġ għall-funzjonament xieraq tal-korpi tal-Komunità tat-Trasport. Huwa jkopri l-kostijiet għar-riżorsi umani, l-ivvjaġġar, it-tagħmir u s-software tal-IT, kif ukoll il-kostijiet operazzjonali bħal l-istudji, l-assistenza teknika u l-organizzazzjoni ta’ konferenzi u laqgħat.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Tmexxija, peress li tali deċiżjoni hija neċessarja għall-funzjonament tas-Segretarjat Permanenti tal-Komunità tat-Trasport, u ser tkun vinkolanti għall-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport fir-rigward tal-baġit tal-Komunità tat-Trasport għas-sena 2022 għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali (2).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. HOJS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/392 tal-4 ta’ Marzu 2019 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (ĠU L 71, 13.3.2019, p. 1).

(2)  Ara d-dokument ST 14006/21 fuq http://register.consilium.europa.eu