10.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 8/2


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10859 — TRAFIGURA / ECOBAT RESOURCES STOLBERG)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 8/02)

1.   

Fit-22 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Trafigura Group Pte Limited (“Trafigura”, Singapore);

—

Ecobat Resources Stolberg GmbH (“ERS”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata minn Ecobat LLC (“Ecobat”, il-Ġermanja).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

Trafigura takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ ERS kollha kemm hi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Trafigura hija negozjant indipendenti tal-komoditajiet, li tispeċjalizza fis-swieq taż-żejt, tal-minerali u tal-metalli fil-livell globali.

—

L-ERS għandha faċilità tat-tidwib taċ-ċomb fi Stolberg, il-Ġermanja li tipproduċi l-metall taċ-ċomb, kif ukoll metalli bażiċi u prezzjużi oħra inklużi l-fidda doré u l-aċidu sulfuriku, irkuprati bħala prodotti sekondarji tal-proċess tat-tidwib taċ-ċomb.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Il-Każ M.10859 — TRAFIGURA / ECOBAT RESOURCES STOLBERG

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).