<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑398/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0398</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1057">EU:C:2014:1057</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20140605">5.6.2014</DATE> — KAWŻA C‑398/12</P><P>M</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 54</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ne bis in idem</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Digriet mogħti minn qorti ta’ Stat kontraenti li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri quddiem qorti ta’ ġudizzju minħabba insuffiċjenza ta’ provi</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà ta’ ftuħ mill-ġdid tal-inkjesta ġudizzjarja f’każ li jinstabu provi ġodda</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ persuna li għaliha <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>inqata’ b’mod finali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Prosekuzzjoni kriminali fi Stat Membru ieħor kontraenti kontra l-istess persuna u għall-istess fatt</KEYWORD><KEYWORD>Estinzjoni tal-proċeduri kriminali u applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ne bis in idem</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑398/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 35 UE, imressqa mit-Tribunale di Fermo (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120711">11 ta’ Lulju 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20120829">29 ta’ Awwissu 2012</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">M,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, K. Lenaerts, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Imħallef tar-Raba’ Awla, M. Safjan, J. Malenovský u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Q u R, minn C. Taormina, u L. V. Mascioli, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne u C. Pochet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Schillemans, M. de Ree, C. Wissels u B. Koopman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, M. Arciszewski u M. Szpunar, kif ukoll minn M. Szwarc, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svizzeru, minn D. Klingele, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Moro u R. Troosters, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20140206">6 ta’ Frar 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, tal-<DATE ISO="19850614">14 ta’ Ġunju 1985</DATE>, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9), iffirmata f’Schengen fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>KIFS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura kriminali mibdija fl-Italja kontra M, fuq il-bażi tal-istess fatti bħal dawk li kienu s-suġġett ta’ istruttorja parallela fil-Belġju, talli wettaq, bejn Mejju 2001 u Frar 2004, fuq it-territorju ta’ dan l-Istat tal-aħħar, vjolenzi sesswali fuq il-persuna ta’ wild minorenni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) tinkludi f’anness il-Protokoll Nru 7, iffirmat fi Strasbourg fit-<DATE ISO="19841122">22 ta’ Novembru 1984</DATE> u rratifikat minn 25 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Protokoll Nru 7 għall-KEDB<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li l-Artikolu 4 tiegħu intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Id-dritt li persuna ma tiġix ipproċessata jew ikkastigata darbtejn<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħadd ma jista’ jkun ipproċessat jew jerġa’ jiġi kkastigat għal darb’oħra fi proċedimenti kriminali taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istess Stat għal xi reat li dwaru jkun diġà ġie finalment liberat jew misjub ħati skond il-liġi u l-proċedura penali ta’ dak l-Istat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti ma għandhomx iżommu milli l-każ jerġa’ jinfetaħ skont il-liġi u l-proċcedura penali ta’ l-Istat in kwistjoni, jekk ikun hemm provi ta’ xi fatti ġodda jew li jkunu għadhom kif ġew żvelati, jew inkella jekk ikun ħemm xi vizzju fondamentali fil-proċedimenti ta’ qabel, li jista’ jkollhom effett fuq kif jiżvolġi l-każ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ebda deroga minn dan l-artikolu ma għandha ssir taħt l-Artikolu 15 tal-[KEDB].<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Id-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-ebda persuna ma tista’ terġa’ tkun ipproċessata jew ikkundannata għal reat li għalih tkun diġà instabet mhux ħatja jew ikkundannata fl-Unjoni b’sentenza li daħlet in ġudikat skond il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Protokoll (Nru 19) Dwar l-Acquis ta’ Schengen</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Protokoll (Nru 19) Dwar l-Acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat ta’ Lisbona (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="290" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 83, p. 290</REF.DOC.OJ>) jistabbilixxi, fl-Artikoli 1 u 2 tiegħu, li r-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Taljana jidhru fost l-Istati Membri li għalihom għandu japplika l-acquis ta’ Schengen.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji</P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) u (3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness mat-Trattat FUE, is-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jibqgħu l-istess, għall-ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-aħħar trattat, fir-rigward tal-atti tal-Unjoni li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi trattat, inkluż fejn dawn ġew aċċettati taħt l-Artikolu 35(2) tal-imsemmi Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-dikjarazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 35(2) UE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fl-<DATE ISO="19990501">1 ta’ Mejju 1999</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="56" DATE.PUB="1999">ĠU L 114, p. 56</REF.DOC.OJ>) jirriżulta li r-Repubblika Taljana għamlet dikjarazzjoni skont l-Artikolu 35(2) UE, li permezz tagħha dan l-Istat Membru aċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti deċiżjonijiet preliminari skont il-modalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 35(3)(b) UE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-KIFS</P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Jagħmel parti mill-acquis ta’ Schengen, b’mod partikolari, il-KIFS. It-Titolu III tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Pulizija u Sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jinkludi Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Skont l-Artikolu 54 tal-KIFS, li jidher f’dan il-Kapitolu 3:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Persuna li l-każ tagħha jkun inqata’ b’mod finali f’Parti Kontraenti waħda ma tistax tiġi mixlija f’Parti Kontraenti oħra għall-istess azzjonijiet sakemm, jekk tkun ġiet imposta penali, din tkun ġiet infurzata, tkun fil-fatt fil-proċess li tiġi infurzata jew ma tkunx tista’ tiġi infurzata iżjed taħt il-liġijiet tal-Parti Kontraenti fejn tkun ingħatat is-sentenza.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 128 tal-Code d’instruction criminelle Belġjan (il-Kodiċi ta’ Investigazzjoni Kriminali: iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>KIK<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) jgħid li meta ssir talba għal persuna li tkun investigata biex tintbagħat biex titqiegħed taħt att tal-akkuża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[j]ekk l-awla ta’ smigħ preliminari [Chambre de Conseil] tikkonkludi li l-fatti ma juru ebda delitt, reat jew kontravenzjoni, jew li ma hemmx fatti u/jew provi kontra l-akkużat, hija għandha tiddikjara li l-proċeduri ma għandhomx jissoktaw<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 246 tal-KIK jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Meta l-awla tal-att tal-akkuża [Chambre de mises en accusation] tkun iddeċidiet li ma jkunx hemm lok li l-każ jintbagħat għal kawża kriminali, l-akkużat jista’ ma jiġix iġġudikat sussegwentement abbażi tal-istess fatti, sakemm ma jkunx hemm fatti u/jew provi ġodda.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 247 tal-KIK jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Dikjarazzjonijiet ta’ xhieda, dokumenti u proċessi verbal li ma kinux possibbli li jkunu sottomessi għal eżami mill-awla tal-att tal-akkuża, u li jkunu jistgħu jew isaħħu l-provi li l-awla tal-att tal-akkuża tkun sabet dgħajfin wisq, jew li jippreżentaw il-fatti b’modi ġodda li jkunu utli biex tkun stabbilita l-verità, jitqiesu bħala fatti u/jew provi ġodda.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Mill-proċess jirriżulta li, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) tal-Belġju rriteniet li l-Artikoli 246 u 247 tal-KIK japplikaw mhux biss għal deċiżjonijiet tal-awla tal-att tal-akkuża li jipprovdu li l-każ ma jitkompliex f’kawża kriminali, iżda wkoll għall-istanzi kollha li fihom qrati tal-istruttorja, inkluża l-awla ta’ smigħ preliminari, ikunu għalqu investigazzjoni b’deċiżjoni li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Jekk jiġu żvelati fatti u/jew provi ġodda, l-Artikolu 248 tal-KIK jitlob li l-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja rilevanti jew il-maġistrat inkwirenti jibagħtu kopji tad-dokumenti u/jew tal-materjal ta’ provi minnufih lill-avukat ġenerali quddiem il-qorti tal-appell, li jista’ jitlob lill-president tal-awla tal-att tal-akkuża biex jaħtar l-imħallef li quddiemu jkollha ssir istruttorja ġdida fuq talba tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 604 tal-Kodiċi Kriminali Taljan jgħid li atti ta’ vjolenza sesswali mwettqa minn ċittadini Taljani jistgħu jinġiebu quddiem qorti kriminali fl-Italja anki jekk ikunu twettqu barra l-pajjiż.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>M, ċittadin Taljan li għandu r-residenza tiegħu fil-Belġju, kien is-suġġett ta’ tfittxijiet kriminali b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ diversi atti ta’ vjolenza sesswali jew, atti illegali ta’ natura sesswali, li fosthom l-attakk indiċenti fuq il-persuna ta’ minorenni ta’ inqas minn sittax-il sena, wara sensiela ta’ rapporti magħmulin fl-2004 minn Q, il-mara ta’ ibnu.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Kien allegat li bejn Mejju 2001 u Frar 2004, M kien wettaq dawk l-atti fil-Belġju kontra n-neputija tiegħu, N, imwielda fid-<DATE ISO="19990429">29 ta’ April 1999</DATE>, bil-kompliċità ta’ ibnu O, li huwa missier ta’ N.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara investigazzjoni li matulha ġew miġbura u eżaminati diversi mezzi ta’ prova, fil-<DATE ISO="20081215">15 ta’ Diċembru 2008</DATE>, l-awla tas-smigħ preliminari tat-tribunal de première instance de Mons (il-qorti tal-ewwel istanza ta’ Mons) iddeċidiet b’digriet li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri quddiem qorti ta’ ġudizzju minħabba l-insuffiċjenza ta’ provi (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>digriet li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-awla tal-att tal-akkuża tal-cour d’appel de Mons (il-Qorti tal-Appell ta’ Mons) (il-Belġju) ikkonfermat dan id-digriet li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20090421">21 ta’ April 2009</DATE>. L-appell ippreżentat kontra din is-sentenza ġie miċħud mill-Cour de cassation (il-Belġju) b’sentenza tat-<DATE ISO="20091202">2 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-istess waqt li kienet qegħda ssir l-investigazzjoni fit-territorju Belġjan, wara li kien sar rapport minn Q lill-pulizija Taljana fit-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, kienu nfetħu proċeduri kriminali kontra M, li kienu msejsin fuq l-istess fatti bħal dawk imsemmija fil-punti 15 u 16 ta’ din is-sentenza, quddiem it-Tribunale di Fermo.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20081219">19 ta’ Diċembru 2008</DATE>, wara li saret investigazzjoni li kienet, essenzjalment, bħall-investigazzjoni li kienet saret fil-Belġju, il-maġistrat inkwirenti tat-Tribunale di Fermo bagħat lil M biex ikun iġġudikat mill-formazzjoni kulleġġjali ta’ dik l-istess qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Waqt is-smigħ li sar fid-<DATE ISO="20091209">9 ta’ Diċembru 2009</DATE> quddiem it-Tribunale di Fermo, M invoka l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> minħabba s-sentenza tat-<DATE ISO="20091202">2 ta’ Diċembru 2009</DATE> tal-Cour de cassation.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-prosekuzzjoni u l-avukati ta’ Q, filwaqt li rrikonoxxew l-identità tal-fatti li kienu s-suġġett tal-investigazzjoni kemm fil-Belġju kif ukoll fl-Italja, ikkontestaw l-eżistenza ta’ ġudizzju fil-mertu li għandu awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u, f’dan ir-rigward, sostnew li d-digriet li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri tal-<DATE ISO="20081215">15 ta’ Diċembru 2008</DATE> ma kienx jostakola l-ftuħ mill-ġdid sussegwenti tal-proċeduri fuq preżentazzjoni ta’ provi ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li l-imsemmi digriet li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri jipprekludi li persuna li tkun investigata tintbagħat biex titqiegħed taħt att tal-akkuża, sakemm ma jitressqux provi ġodda kontra tagħha, bħal dawk iddefiniti fl-Artikolu 247 tal-KIK.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva wkoll li, skont id-dritt Belġjan, il-ftuħ mill-ġdid tal-inkjesta ġudizzjarja f’każ li jisseħħew provi ġodda jista’ jseħħ biss fuq talba tal-prosekutur pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale di Fermo ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Sentenza definittiva li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri mogħtija minn [qorti ta’] Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, firmatarju tal-KIFS, wara kumpilazzjoni twila fil-kuntest ta’ investigazzjoni magħmula fil-kuntast ta’ proċedura li tista’ tkun is-suġġett ta’ ftuħ mill-ġdid fil-każ ta’ produzzjoni ta’ provi ġodda, tipprekludi l-ftuħ jew l-iżvolġiment ta’ proċeduri dwar l-istess fatti u fil-konfront tal-istess persuna fi Stat Membru ieħor?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 54 tal-KIFS għandux jiġi interpretat fis-sens li digriet li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri quddiem qorti tal-ġudizzju li jipprekludi, fl-Istat kontraenti fejn dan id-digriet ingħata, tfittxijiet ġodda għall-istess fatti kontra l-persuna li bbenefikat mill-imsemmi digriet, sakemm ma jitressqux provi ġodda kontra din tal-aħħar, għandu jiġi kkunsidrat bħala deċiżjoni li hija ġudizzju definittiv, fis-sens ta’ dan l-artikolu, li b’hekk tostakola azzjonijiet ġodda fil-konfront tal-istess persuna u dwar l-istess fatti fi Stat ieħor kontraenti.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Mit-termini nfushom tal-Artikolu 54 tal-KIFS jirriżulta li ebda persuna ma tista’ tiġi mixlija fi Stat kontraenti għall-istess fatti bħal dawk li fir-rigward tagħhom il-każ tagħha jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>inqata’ b’mod finali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fl-ewwel Stat kontraenti.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk deċiżjoni ġudizzjarja tikkostitwixxix deċiżjoni li tiġġudika persuna b’mod definittiv, fis-sens ta’ dan l-artikolu, għandu jiġi żgurat li din id-deċiżjoni tkun ingħatat wara evalwazzjoni tal-mertu tal-każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Miraglia, C‑469/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:156">EU:C:2005:156</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għal dan l-iskop, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li deċiżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat kontraenti, li biha akkużat ikun ġie lliberat b’mod definittiv minħabba nuqqas ta’ provi għandha tiġi kkunsidrata bħala li hija bbażata fuq tali evalwazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza van Straaten, C‑150/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:614">EU:C:2006:614</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li digriet li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri mogħti wara investigazzjoni li matulha jkunu ġew miġbura u eżaminati diversi mezzi ta’ prova għandu jiġi kkunsidrat li huwa s-suġġett ta’ evalwazzjoni tal-mertu, fis-sens tas-sentenza Miraglia (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:156">EU:C:2005:156</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sa fejn jimplika deċiżjoni finali dwar in-natura insuffiċjenti ta’ dawn il-provi u jeskludi kull possibbiltà li l-kawża terġa’ tinfetaħ fuq il-bażi tal-istess sensiela ta’ indizji.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sabiex il-każ tal-persuna kkonċernata jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>inqata’ b’mod finali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, għall-fatti allegati kontriha, fis-sens tal-Artikolu 54 tal-KIFS, l-azzjoni kriminali għandha tkun ġiet estinta b’mod finali, b’mod li d-deċiżjoni inkwistjoni tagħti lok, fl-Istat kontraenti fejn hija ttieħdet, għall-protezzjoni mogħtija mill-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Turanský, C‑491/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:768">EU:C:2008:768</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 32 kif ukoll 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, deċiżjoni li, skont id-dritt tal-ewwel Stat kontraenti li jkun beda proċeduri kriminali kontra persuna, ma ġġibx magħha l-estinzjoni definittiva tal-azzjoni kriminali fuq livell nazzjonali ma jistax ikollha l-effett, bħala regola, li tikkostitwixxi ostakolu proċedurali għall-eventwali teħid jew tkomplija ta’ proċeduri kriminali, fir-rigward tal-istess fatti, kontra din il-persuna fi Stat kontraenti ieħor (sentenza Turanský, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:768">EU:C:2008:768</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, wara s-sentenza mogħtija mill-Cour de cassation fit-<DATE ISO="20091202">2 ta’ Diċembru 2009</DATE>, id-digriet li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri kiseb forza ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata.</HT> Għaldaqstant, l-azzjoni kriminali għandha tiġi kkunsidrata bħala estinta, li b’hekk tostakola, fit-territorju tar-Renju tal-Belġju, azzjonijiet ġodda kriminali fil-konfront ta’ M u għall-istess fatti u fuq il-bażi tal-istess sensiela ta’ provi bħal dawk li ġew eżaminati fil-kuntest tal-proċeduri li taw lok għal dan id-digriet. Fil-fatt, l-Artikoli 246 sa 248 tal-KIK jipprovdu, essenzjalment, li l-proċeduri jistgħu jerġgħu jinfetħu biss fuq il-bażi ta’ provi ġodda, jiġifieri, b’mod partikolari, provi li ma jkunux għadhom ġew suġġetti għal eżami mill-awla tal-att tal-akkuża u li jistgħu jbiddlu d-deċiżjoni tagħha li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ġġudikat fil-punt 40 tas-sentenza tagħha Bourquain (C‑297/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:708">EU:C:2008:708</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dwar sentenza mogħtija <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT>, il-fatt biss li dawn il-proċeduri kriminali kienu, skont id-dritt nazzjonali, jinvolvu l-ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri ma jeskludix, inkwantu tali, li din is-sentenza tiġi, fi kwalunkwe każ, ikkwalifikata bħala sentenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>finali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-imsemmi Artikolu 54 tal-KIFS.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li peress li d-dritt li ma tistax terġa’ tkun ipproċessata jew ikkundannata għal reat darbtejn għall-istess reat huwa wkoll stabbilit fl-Artikolu 50 tal-Karta, l-Artikolu 54 tal-KIFS għandu jiġi interpretat fid-dawl ta’ dan.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-evalwazzjoni tan-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>finali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tad-deċiżjoni kriminali inkwistjoni għandha ssir fuq il-bażi tad-dritt tal-Istat Membru li ta din id-deċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi osservat li, skont l-ispjegazzjonijiet dwar l-Artikolu 50 tal-Karta, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni tiegħu (sentenza Åkerberg Fransson, C‑617/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>(f)ir-rigward tas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru. 7, jiġifieri l-applikazzjoni tal-prinċipju fl-istess Stat Membru, id-dritt li huwa ggarantit għandu l-istess sens u l-istess ambitu bħad-dritt korrispondenti fil-KEDB<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Fil-fatt, peress li l-Artikolu 54 tal-KIFS jagħmel in-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>finali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> dipendenti fuq deċiżjoni tal-ġustizzja, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> għal tfittxijiet eventwali eżerċitati minn Stat kontraenti ieħor, tan-natura finali jew le ta’ din id-deċiżjoni fl-Istat kontraenti fejn din ingħatat, dan il-punt tal-ispjegazzjonijiet huwa rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, mill-Artikolu 4(2) tal-Protokoll Nru 7 tal-KEDB jirriżulta li l-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu ma jipprekludix l-possibbiltà ta’ ftuħ mill-ġdid tas-smigħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>jekk ikun hemm provi ta’ xi fatti ġodda jew li jkunu għadhom kif ġew żvelati<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li huma ta’ natura li jaffettwaw id-deċiżjoni mogħtija.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ġie deċiż fis-sentenza tal-Qorti EDB, Zolotoukhine vs Ir-Russja (Nru 14939/03, punt 83, <DATE ISO="20090210">10 ta’ Frar 2009</DATE>), li l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-KEDB <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>isir rilevanti meta tfittxijiet ġodda jinbdew u li l-liberazzjoni jew kundanna preċedenti jkunu diġà kisbu l-qawwa ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT><QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Min-naħa l-oħra, ir-rikorsi straordinarji ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jkun involut li jiġi ddeterminat jekk il-proċeduri ngħalqux b’mod finali. Għalkemm dawn ir-rimedji ġudizzjarji jirrappreżentaw kontinwazzjoni tal-ewwel proċeduri, in-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>finali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tad-deċiżjoni ma tistax tiddependi mill-eżerċizzju tagħhom (Qorti EDB, Zolotoukhine vs Ir-Russja, Nru 14939/03, punt 108, <DATE ISO="20090210">10 ta’ Frar 2009</DATE>).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-possibbiltà ta’ ftuħ mill-ġdid tal-inkjesta ġudizzjarja f’każ li jitressqu provi ġodda, kif ipprovdut fl-Artikoli 246 sa 248 tal-KIK, ma tistax tqiegħed inkwistjoni n-natura finali tad-digriet li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> fil-kawża prinċipali. Ċertament, din il-possibbiltà ma hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>rikors straordinarju<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-imsemmija ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, iżda timplika l-impenn eċċezzjonali, u dan fuq il-bażi ta’ provi differenti, ta’ proċeduri distinti, minflok is-sempliċi kontinwazzjoni tal-proċeduri diġà magħluqin. Barra minn hekk, fid-dawl tan-neċessità li tiġi vverifikata n-natura verament ġdida tal-provi invokati biex jiġi ġġustifikat ftuħ mill-ġdid, proċeduri ġodda għal kollox, ibbażati fuq din il-possibbiltà ta’ ftuħ mill-ġdid, kontra l-istess persuna u għall-istess fatti, jistgħu jitressqu biss fl-Istat kontraenti li fuq it-territorju jkun ingħata dan id-digriet.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 54 tal-KIFS għandu jiġi interpretat fis-sens li digriet li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> quddiem qorti tal-ġudizzju li jipprekludi, fl-Istat kontraenti fejn dan id-digriet ikun ingħata, tfittxijiet ġodda għall-istess fatti kontra l-persuna li bbenefikat mill-imsemmi digriet, sakemm ma jitressqux provi ġodda kontra din tal-aħħar, għandu jiġi kkunsidrat bħala deċiżjoni li hija ġudizzju definittiv, fis-sens ta’ dan l-artikolu, li b’hekk tostakola azzjonijiet ġodda fil-konfront tal-istess persuna u dwar l-istess fatti fi Stat kontraenti ieħor.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, tal-<DATE ISO="19850614">14 ta’ Ġunju 1985</DATE>, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen (il-Lussemburgu), fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li digriet li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> quddiem qorti tal-ġudizzju li jipprekludi, fl-Istat kontraenti fejn dan id-digriet ikun ingħata, tfittxijiet ġodda għall-istess fatti kontra l-persuna li bbenefikat mill-imsemmi digriet, sakemm ma jitressqux provi ġodda kontra din tal-aħħar, għandu jiġi kkunsidrat bħala deċiżjoni li hija ġudizzju definittiv, fis-sens ta’ dan l-artikolu, li b’hekk tostakola azzjonijiet ġodda fil-konfront tal-istess persuna u dwar l-istess fatti fi Stat kontraenti ieħor.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>