31999R1453



Official Journal L 167 , 02/07/1999 P. 0019 - 0019


Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 1453/1999

ta’ l-1 ta’ Lulju 1999

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2692/89 li jistipula regoli dettaljati għall-esportazzjoni ta’ ross lejn Réunion fir-rigward tal-validità tad-dokument ta’ sussidju

IL- KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2072/98 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

(1) billi l-Artikolu 13(8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2692/89 [3] jgħid li d-dokument ta’ sussidju huwa validu mid-data tal-ħruġ tiegħu kif definit fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [4], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1127/1999 [5], sa t-tmiem tat-tieni xahar wara dik id-data;

(2) billi l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 [6] kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/98 [7] jistipula li liċenzji ta’ esportazzjoni huma validi mid-data ta’ ħruġ tagħhom kif definita fl-Artikolu 21(1) tar- regolament (KEE) Nru 3719/88 sat-tmiem tar-raba’ xahar ta’ wara dik id-data; billi l-perjodu ta’ validità taż-żewġ dokumenti għandu jiġi armonizzat billi jiġi estiż il-perijodu ta’ validità tad-dokumenti ta’ sussidju għal esportazzjonijiet lejn Réunion sa erba’ xhur;

(3) billi l-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 13(8) tar-Regolament (KEE) Nru 2692/89 huwa mibdul b’dan li ġej:

"8. Id-dokument ta’ sussidju għandu jkun validu mid-data tal-ħruġ tiegħu kif definita fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 sat-tmiem tar-raba’ xahar wara din id-data."

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

[2] ĠU L 265, tat-30.9.1998, p. 4.

[3] ĠU L 261, tas-7.9.1989, p. 8.

[4] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[5] ĠU L 135, tad-29.5.1999, p. 48.

[6] ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, p. 2.

[7] ĠU L 56, tas-26.2.1998, p. 12.

--------------------------------------------------