|
12.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9953 — CalSTRS/Altitude Group/AI THD)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 338/06)
1.
Fil-5 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Golden VinzClortho (“GVC”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn CalSTRS (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Altitude Infrastructure Holding (“AIH”, Franza), ikkontrollata minn Altitude SAS, il-kumpanija li tikkontrolla tal-Altitude Group (Franza), |
|
— |
Altitude Infrastructure THD (“AI THD”, Franza). |
GVC u AIH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ AI THD.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
GVC: fond ta’ investiment ikkontrollat minn CalSTRS, li huwa investitur passiv tal-ekwità u fond tal-pensjoni Amerikan li jipprovdi benefiċċji tal-irtirar, tad-diżabilità u tas-superstiti lill-edukaturi tal-iskejjel pubbliċi ta’ California mill-prekindergarten sal-kulleġġ tal-komunità, |
|
— |
AIH: il-kumpanija azzjonarja tal-attivitajiet ta’ telekomunikazzjonijiet bl-ingrossa tal-Altitude Group, |
|
— |
AI THD: kumpanija Franċiża attiva fis-settur tal-iżvilupp tal-fibri fi Franza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9953 — CalSTRS/Altitude Group/AI THD
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).