Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2006, Armacell Enterprise GmbH vs UASI (T-172/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament imressaq mill-applikant għat-trade mark verbali “ARMAFOAM” għal prodotti fil-klassi 20 kontra d-deċiżjoni R 552/2004-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-23 ta’ Frar 2005, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “NOMAFOAM” għal prodotti fil-klassijiet 11, 19, 20, 27 u 28.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Armacell Enterprise GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.