|
6.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/45 |
P9_TA(2019)0015
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – EGF/2019/000 TA 2019 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2019/000 TA 2019 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2019)0290 – C9-0026/2019 – 2019/2036(BUD))
(2021/C 171/15)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0290 – C9-0026/2019), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2018/000 TA 2018 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ewwel qari tiegħu dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0001/2019), |
|
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid neċessarja u fil-pront tagħhom fis-suq tax-xogħol; |
|
B. |
billi l-għajnuna tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG); |
|
C. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet tal-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill tiżdied billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli jiġu estiżi bl-introduzzjoni tal-persuni li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji; |
|
D. |
billi l-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG huwa EUR 150 miljun fi prezzijiet tal-2011, jiġifieri EUR 175 748 000 fi prezzijiet tal-2019, u billi l-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG jiddikjara li sa 0,5 % ta' dak l-ammont jista' jsir disponibbli għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex jiġu ffinanzjati l-preparazzjoni, il-monitoraġġ, il-ġbir ta' data u l-ħolqien ta' bażi ta' għarfien, l-appoġġ amministrattiv u tekniku, l-attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet ta' awditjar, kontroll u evalwazzjoni meħtieġa biex jiġi implimentat ir-Regolament dwar il-FEG; |
|
E. |
billi l-ammont propost ta' EUR 610 000 jikkorrispondi għal madwar 0,35 % tal-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2019; |
|
1. |
Jaqbel mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni li jridu jiġu ffinanzjati bħala għajnuna teknika skont l-Artikolu 11(1) u (4) kif ukoll skont l-Artikolu 12(2), (3) u (4) tar-Regolament dwar il-FEG; |
|
2. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-monitoraġġ u l-ġbir ta' data; ifakkar fl-importanza ta' sensiela ta' statistika robusta miġbura fil-forma xierqa li tkun komprensibbli u aċċessibbli faċilment; |
|
3. |
Ifakkar fl-importanza ta' sit web apposta dwar il-FEG li jkun aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni; |
|
4. |
Jilqa' l-ħidma kontinwa fuq il-proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet tal-FEG u l-ġestjoni li jużaw il-funzjonalitajiet tas-sistema ta' skambju elettroniku tad-data (SFC2014), li tippermetti s-simplifikazzjoni u l-ipproċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet kif ukoll rappurtar aħjar; |
|
5. |
Jieħu nota li l-Kummissjoni biħsiebha tinvesti EUR 190 000 mill-baġit disponibbli taħt l-appoġġ amministrattiv u tekniku fl-organizzazzjoni ta' żewġ laqgħat tal-Grupp ta' Esperti tal-Persuni ta' Kuntatt tal-FEG (membru wieħed minn kull Stat Membru) u żewġ seminars bil-parteċipazzjoni tal-korpi ta' implimentazzjoni tal-FEG u s-sħab soċjali; |
|
6. |
Jappella lill-Kummissjoni tkompli tistieden b'mod sistematiku lill-Parlament għal dawk il-laqgħat u s-seminars skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni; |
|
7. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-kuntatti bejn dawk kollha involuti fl-applikazzjonijiet tal-FEG, inklużi, b'mod partikolari, is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati fil-livell reġjonali u f'dak lokali, sabiex jinħoloq l-akbar għadd ta' sinerġiji possibbli; jisħaq fuq il-fatt li l-interazzjoni bejn il-Persuna ta' Kuntatt Nazzjonali u s-sħab responsabbli mill-ġestjoni tal-każijiet fil-livell reġjonali jew lokali għandha tissaħħaħ u li kemm l-arranġamenti ta' komunikazzjoni u ta' appoġġ kif ukoll il-flussi ta' informazzjoni (ir-responsabbiltajiet, il-kompiti u d-diviżjonijiet interni) għandhom ikunu espliċiti u maqbula bejn is-sħab kollha kkonċernati; |
|
8. |
Jilqa' l-bidu f'waqtu tal-evalwazzjoni ex post li għaliha l-Kummissjoni biħsiebha tinvesti EUR 300 000 mill-baġit disponibbli; |
|
9. |
Ifakkar lill-Istati Membri applikanti dwar ir-rwol ewlieni tagħhom li jippubbliċizzaw b'mod wiesa' l-azzjonijiet iffinanzjati mill-FEG lill-pubbliku ġenerali, il-midja, is-sħab soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-benefiċjarji fil-mira, kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-FEG; |
|
10. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
12. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2018)0220.
(5) Testi adottati, P8_TA(2019)0019.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2019/000 TA 2019 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2019/1938).