12006E139

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU XI - Politika Soċjali, Edukazzjoni, Formazzjoni Vokazzjonali u Żgħażagħ - Kapitolu 1 - Disposizzjonijiet Soċjali - Artikolu 139

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0109 - 0109
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0095 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0241 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0045 - Consolidated version


Artiklu 139

1. Jekk min imexxi u l-ħaddiema hekk jixtiequ, id-djalogu bejniethom fil-livell Komunitarju jista' jwassal għal relazzjonijiet kontrattwali, inkluż ftehim.

2. Il-Ftehim konklużi fil-livell Komunitarju għandhom jkunu implementati skond il-proċeduri u prattiċi speċifiċi għal min imexxi u l-ħaddiema u l-Istati Membri, jew, f’materji li huma koperti mill-Artikolu 137, fuq talba konġunta mill-partijiet firmatarji, b’deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, ħlief meta l-ftehim in kwistjoni jkun fih disposizzjoni waħda jew aktar konnessi ma’ wieħed mill-oqsma li għalihom hija meħtieġa l-unanimità skond l-Artikolu 137(2). F’dak il-każ, għandu jaġixxi b’mod unanimu.

--------------------------------------------------