European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2210

6.9.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2210

tal-5 ta’ Settembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1550 billi taġġorna l-programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu ta’ bejn l-2021–2025 u li tistabbilixxi l-programm ta’ kontrolli tal-Kummissjoni għall-2025 fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 118(1), il-punt (b), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari tinsab f’idejn l-Istati Membri, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jorganizzaw kontrolli uffiċjali biex jimmonitorjaw u jivverifikaw li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni jkunu rispettati u infurzati b’mod effettiv. B’mod parallel ma’ dan il-monitoraġġ u l-ivverifikar, l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 jirrikjedi li l-esperti tal-Kummissjoni jwettqu kontrolli, inklużi awditi, fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dawn il-kontrolli tal-Kummissjoni jenħtieġ li jitwettqu fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf, tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, tas-saħħa tal-pjanti, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u tal-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti, li jħaddmuhom, filwaqt li jitqiesu s-sinerġiji mal-arranġamenti ta’ kontroll skont il-politika agrikola komuni.

(2)

Fil-Kapitoli 1 sa 10 tal-Anness tagħha, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1550 (2) stabbiliet programm pluriennali tal-kontrolli li jridu jwettqu l-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari għall-perjodu 2021-2025, b’mod allinjat mal-mandat tal-Kummissjoni u li jirrifletti l-prijoritajiet tagħha.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li japplika mit-13 ta’ Mejju 2024, l-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2017/625 ma għandux japplika għall-kontrolli, inklużi l-awditi, tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li titneħħa r-referenza għall-indikazzjonijiet ġeografiċi fil-Kapitolu 7 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1550.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 118(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kapitolu 11 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1550 li jistabbilixxi l-programm tal-kontrolli tal-Kummissjoni għas-sena ta’ wara jenħtieġ li jintbagħat lill-Istati Membri sal-aħħar ta’ kull sena. Il-Kapitolu 11 jenħtieġ li jiġi aġġornat biex ikun jirrifletti l-programm tal-kontrolli tal-Kummissjoni ppjanati għall-2025.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1550 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)

Peress li parti minn din l-emenda tikkonċerna l-programm annwali tal-kontrolli għall-2025, li japplika mill-1 ta’ Jannar 2025, id-data tal-applikazzjoni ta’ dik il-parti tal-emenda jenħtieġ li tiġi differita biex tikkoinċidi ma’ dik id-data,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1550 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1) u (3) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1550 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li tistabbilixxi l-programm pluriennali ta’ kontrolli għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 li għandhom jitwettqu mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari ĠU L 354, 26.10.2020, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1550/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1550 huwa emendat kif ġej:

(1)

fis-sitt paragrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Kapitolu 11 jistabbilixxi l-programm tal-kontrolli għall-2025.”;

(2)

fil-Kapitolu 7, “Kwalità tal-ikel”, fit-tabella titħassar it-tieni ringiela, li tikkorrispondi mal-entrata tal-“Indikazzjonijiet Ġeografiċi”;

(3)

Il-Kapitolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“11.

Programm tal-kontrolli għall-2025

Qasam

Qasam ta’ prijorità

Fokus fl-2025

L-ikel u s-sikurezza tal-ikel

Ikel li joriġina mill-annimali

Sikurezza tal-laħam tal-mammiferi u tal-għasafar u tal-prodotti tagħhom

Sikurezza tal-ħalib u tal-prodotti tiegħu

Sikurezza tal-prodotti tas-sajd

Ikel li ma joriġinax mill-annimali

Sikurezza mikrobijoloġika

Residwi f’annimali ħajjin u f’ikel li joriġina mill-annimali

Sikurezza kimika – residwi

Għalf u sikurezza tal-għalf

Sikurezza tal-għalf

Iġjene tal-għalf

Għalf medikat

Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

Saħħa tal-annimali

Mard tal-Kategorija A skont ir-Regolament (UE) 2016/429

Deni Afrikan tal-ħnieżer

Influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja

Mard tal-Kategoriji B u C skont ir-Regolament (UE) 2016/429

Sistema tal-monitoraġġ għall-mard tal-kategoriji B u C

Tħejjija u prevenzjoni

Ippjanar ta’ kontinġenza kopert bl-awditjar tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja

Influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (Saħħa Waħda)

Perkorsi tat-trażmissjoni pandemika (Saħħa Waħda)

Trattament xieraq tal-annimali

Tbiċċir

Ruminanti u pollam

Trasport

Bastimenti tal-bhejjem

Saħħa tal-pjanti

Tifqigħat ta’ pesti tal-pjanti

Tifqigħat ta’ pesti tal-pjanti li jippreżentaw theddida sinifikanti

Tħejjija u prevenzjoni

Programmi ta’ stħarriġ dwar is-saħħa tal-pjanti

Ippjanar ta’ kontinġenza

PPP u SUD

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPP)

Sikurezza kimika (awtorizzazzjoni, tqegħid fis-suq u użu tal-pestiċidi)

Użu sostenibbli tal-pestiċidi

Kwalità tal-ikel

Biedja organika

Biedja organika

Id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali u oġġetti minn pajjiż terzi

Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti

Annimali u merkanzija

AMR

Monitoraġġ tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) fil-batterji żoonotiċi u kommensali

AMR fil-batterji żoonotiċi u kommensali

Aspetti ġenerali fil-katina agroalimentari

Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar

Segwitu ġenerali u settorjali tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditi

Organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs)

OĠM

Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, problemi emerġenti u żviluppi ġodda

Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, problemi emerġenti u żviluppi ġodda”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2210/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)