|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/288 |
19.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/288
tat-18 ta’ Jannar 2024
dwar il-frekwenza tal-kontrolli fuq il-materjal tal-injam għall-imballaġġ li jintuża għall-ġarr, għall-protezzjoni jew għall-appoġġ ta’ ċerti komoditajiet minn ċerti pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/127 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ materjal tal-injam għall-imballaġġ li jintuża għall-ġarr, għall-protezzjoni jew għall-appoġġ ta’ ċerti komoditajiet minn ċerti pajjiżi terzi, u għall-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq dak il-materjal, biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/127 jipprevedi rata ta’ frekwenza minima ta’ 15 % għall-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq il-kunsinni tal-komoditajiet ikkonċernati. Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma jibqax japplika mill-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(2) |
Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2125 (4) jistabbilixxi r-regoli dwar it-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq il-materjal għall-ippakkjar mill-injam, in-notifika ta’ ċerti kunsinni u miżuri li jeħtieġ jittieħdu f’każ ta’ nonkonformità. |
|
(3) |
Il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa mill-Istati Membri abbażi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/127 urew li fil-materjal tal-injam għall-imballaġġ li jintuża għat-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw mill-Belarussja, miċ-Ċina u mill-Indja kien hemm ċerti pesti tal-kwarantina fl-Unjoni, jew li dak il-materjal ma kienx immarkat f’konformità mal-Istandards Internazzjonali. |
|
(4) |
Peress li l-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa fl-Istati Membri juru li r-riskju tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pesti ħajjin ma naqasx, huwa meħtieġ li l-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq il-materjal importat tal-injam għall-imballaġġ li jintuża għall-ġarr, għall-protezzjoni jew għall-appoġġ tal-komoditajiet ikkonċernati li joriġinaw mill-Belarussja, miċ-Ċina u mill-Indja jkomplu jitwettqu bl-istess rata bħal dik prevista fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/127. |
|
(5) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika sal-31 ta’ Diċembru 2026 biex jingħata żmien sabiex tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni u biex jiġi ddeterminat jekk il-konformità tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ li jintuża għall-ġarr, għall-protezzjoni jew għall-appoġġ tal-komoditajiet ikkonċernati li joriġinaw mill-Belarussja, miċ-Ċina u mill-Indja ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2016/2031 tjibitx. |
|
(6) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe vojt ġuridiku u biex jiġi żgurat li l-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti jkomplu jitwettqu bl-istess rata bħal dik prevista fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/127, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-frekwenza tal-kontrolli fuq il-materjal tal-injam għall-imballaġġ li jintuża għall-appoġġ, għall-protezzjoni jew għall-ġarr tal-komoditajiet speċifikati li jidħlu fl-Unjoni.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-materjal tal-injam għall-imballaġġ li huwa soġġett għall-eżenzjonijiet previsti fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 – Regolamentazzjoni tal-Materjal tal-Injam għall-Imballaġġ fil-Kummerċ Internazzjonali (ISPM 15) (5).
Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “komoditajiet speċifikati” tfisser komoditajiet li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
(a) |
huma appoġġati jew protetti b’materjal tal-injam għall-imballaġġ, jew jinġarru fih; |
|
(b) |
joriġinaw f’wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness; |
|
(c) |
jaqgħu taħt wieħed mill-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (kodiċi NM) stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (6), kif elenkati fl-Anness. |
Artikolu 3
Rata ta’ frekwenza tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti
Għall-fini tal-verifika tal-konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq il-materjal tal-injam għall-imballaġġ li jintuża għall-appoġġ, għall-protezzjoni jew għall-ġarr tal-komoditajiet speċifikati li jidħlu fl-Unjoni, b’rata ta’ mill-inqas 15 % tal-kunsinni tal-komoditajiet speċifikati.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/127 tat-3 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ materjal ta’ imballaġġ tal-injam għat-trasport ta’ ċerti komoditajiet li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi u għall-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq tali materjal, u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1137 (ĠU L 40, 4.2.2021, p. 3).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2125 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar it-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq il-materjal għall-ippakkjar mill-injam, in-notifika ta’ ċerti kunsinni u miżuri li jeħtieġ jittieħdu f’każijiet ta’ nonkonformità (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 99).
(5) L-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 – Regolamentazzjoni tal-Materjal tal-Injam għall-Imballaġġ fil-Kummerċ Internazzjonali (ISPM 15), kif ippubblikat fuq: https://www.ippc.int/en/core-activities/standards-setting/ispms/#614
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Komoditajiet speċifikati, kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) jew kodiċijiet TARIC u l-pajjiż tal-oriġini kif imsemmija fl-Artikolu 2
|
Deskrizzjoni tal-komodità |
Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) jew kodiċi TARIC |
Pajjiż ta’ oriġini |
|
Lavanja, kemm jekk mirquma b’mod raff jew sempliċiment maqtugħa, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokok jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le |
2514 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Irħam, travertina, ecaussine u ġebel ieħor kalkarju għal monumenti jew għal bini ta’ gravità speċifika fid-dieher ta’ 2,5 jew iżjed, u alabastru, kemm jekk mirqum b’mod raff jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokok jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le |
2515 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Granit, porfirju, bażalt, blat ramli u ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini, kemm jekk mirqum b’mod raff jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokok jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le |
2516 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Qabs, fil-forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet jew forom simili; injam f’laqx jew partikuli; serratura u skart u laqx tal-injam, kemm jekk agglomerati fil-forma ta’ zkuk, briquettes, pellets jew forom simili u kif ukoll jekk le |
4401 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Cases, kaxxi, ċestuni, ċilindri u kontenituri simili, tal-injam; rombli tal-kejbils, tal-injam; palits, palits b’kaxxa u boards oħrajn għat-tagħbija, tal-injam |
4415 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Ċangaturi tal-granit, għazez u ċangar, ta’ ġebla naturali (ħlief lavanja) |
6801 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Ġebla monumentali jew għall-bini maħduma (ħlief lavanja) u oġġetti magħmula minnha, għajr oġġetti tal-intestatura 6801 ; kubi tal-mużajk u bħalhom, ta’ ġebla naturali (inkluża lavanja), fuq rifda jew le; granijiet, laqx u trab, ta’ ġebla naturali, b’kuluri artifiċjali (inkluża lavanja) |
6802 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Lavanja maħduma u oġġetti ta’ lavanja jew ta’ lavanja miġmuma |
6803 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Ċangaturi u madum taċ-ċeramika għall-pavimenti, madum għall-qigħan taċ-ċmieni jew għall-ħitan; kubi tal-mużajk taċ-ċeramika u bħalhom, fuq rifda jew le; ċeramiki tal-finitura |
6907 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
|
Pjanċi, folji u strixxi tal-aluminju, eħxen minn 0,2 mm |
7606 |
Il-Belarussja, iċ-Ċina, l-Indja |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/288/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)