31998R2728



Official Journal L 343 , 18/12/1998 P. 0008 - 0011


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2728/98

tas-17 ta’ Diċembru 1998

li jemenda l-Annessi I, II u III ma’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jniżżel proċedura tal-Komunità li tistabbilixxi l-limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel li joriġinaw mill-annimali

(Test b’ rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità li tistabbilixxi l-limiti ta’ residwi massimi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2692/98 [2] u b’ mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 tiegħu,

Billi, skond ir-Regolament (KEE) Nru. 2377/90, jridu jiġu stabbiliti limiti ta’ residwu massimu progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-amministrazzjoni lill-annimali li jipproduċu l-ikel;

Billi limiti ta’ residwu massimu suppost illi jiġu stabbiliti biss wara eżami fil-Komunità għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni relevanti kollha li tikkonċerna s-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur jew oġġetti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali u l-impass ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel.

Billi, meta jiġi stabbilit il-limitu ta’ residwu massimu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini annimali, huwa neċessarju li tkun speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali li fiha jistgħu ikunu preżenti r-residwi, l-livelli jistgħu ikunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam relevanti ottenuti mill-annimal ittrattat (tessut bersalju) u n-natura tar-residwu relevanti għall-kontroll ta’residwi (residwu markatur);

Kif ipprovdut f’leġislazzjoni xierqa tal-Komunità, billi, għall-kontroll ta’residwi, is-soltu jiġu stabbiliti l-limiti ta’ residwu massimi għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi; billi, iżda, l-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jimxu fil-kummerċ internazzjonali, u l-limiti ta’ residwu massimu għalhekk dejjem ikunu stabbiliti għat-tessuti ta’ muskolu u xaħam;

Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-użu f’agħsafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, l-limiti ta’ residwu massimu jridu jkunu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

Billi enrofloksaċina u ivermiktina suppost illi jiġu mdaħħla f’L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90;

Billi iperċi olju, ewkalipti aterolju, sodju 2-metil-2-penoxi-propanota, ninivamida, nikoboxil, metil nikotinat, meċillinjam, 8-idroxikwinolina u ditelina glikol monoetil suppost illi jiġu mdaħħla fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90;

Billi, sabiex tippermetti li jitkomplew l-istudji xjentifiċi, kemm iddum il-validità tal-limiti ta’ residwu proviżjonali definita qabel f’L-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90 suppost tiġi estiża għal enrofloksaċina;

Billi suppost jiġi permess perjodu ta’ 60 ġurnata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kwalunkwe bidla li tista’ tkun neċessarja għall-awtorizzazzjonijiet sabiex tqiegħed fis-suq il-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati li ġew mogħtija skond id-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħdu in konsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjonijiet tal-Kumitat Permanent fuq Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u III għal Regolament (KEE) Nru. 2377/90 huma hekk emendati kif imfassal fl-Anness hawn taħt.

Artikolu 2

Dan ir Regolament jidħol fis-seħħ fis-sittin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttment fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 17 ta’ Diċembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 338, tal-15.12.1998, p. 5.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. L-Anness I għar-Regolament KEE Nru. 2377/90 huwa emendat kif ġej

1. Aġenti kontra l-infezzjoni

1.2. Antibijotiċi

1.2.3. Kwinoloni

Sustanzi attivi farmalogikament | Ressidwu ta’ l-identifikant | Speċi ta’ l-annimali | LMR | Kampjuni mmirati | Dizpozizzjonijiet oħra |

Enrofloxacin | Ġabra ta’ enrofloxacin u ciprofloxacin | Bovini | 100 μg/kg | Muskolu | |

100 μg/kg | Xaħam | |

300 μg/kg | Fwied | |

200 μg/kg | Kliewi | |

100 μg/kg | Ħalib | |

Fniek | 100 μg/kg | Muskolu | |

100 μg/kg | Xaħam | |

200 μg/kg | Fwied | |

300 μg/kg | Kliewi | |

Porċini | 100 μg/kg | Muskolu | |

100 μg/kg | Ġilda + xaħam | |

200 μg/kg | Fwied | |

300 μg/kg | Kliewi | |

Tjur | 100 μg/kg | Muskolu | |

Ma jintużax f’annimali li jbiedu bajd għall-konsum tal-bniedem. | 100 μg/kg | Ġilda + xaħam | |

200 μg/kg | Fwied | |

300 μg/kg | Kliwi | |

2. Aġenti anti parrasitarji

2.3. Aġenti kontra l-endo- u l-ektoparassiti

2.3.1. L-avermektini

Sustanzi attivi farmalogikament | Ressidwu ta' l-identifikant | Speċi ta' l-annimali | LMR | Kampjuni mmirati | Dizpozizzjonijiet oħra |

Ivermectin | 22,23-Dihydro-avermectin B1a | Ċriev u renni | 20 μg/kg | Muskolu | |

100 μg/kg | Xaħam | |

50 μg/kg | Fwied | |

20 μg/kg | Kliewi | |

B. L-Anness II għar-Regolament KEE Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej:

2. Komposti organiċi

Sustanzi attivi farmalogikament | Speċi ta’ l-annimali | Dispozizzjonijiet oħra |

8-Hidroxikinolin | L-ispeċi kollha mammali tajbin għal ikel. állatfaj | Għal użu indikat fl-annimali tat-twelid |

Etere monoetiliku djetilene glikol | Bovini u porċini | |

Meċillinam | Bovini | Għal użu intra-uterin biss |

Nikotinat Metiliku | Bovini u ekwini | Għal użu indikat biss |

Nicoboxil | Eqwini | Għal użu indikat biss |

Nonivamid | Eqwini | Għal użu indikat biss |

Sodju 2-metiliku 2-fenoksipropanat | Bovini, porċini, kaprini u ekwini | |

6. Sustanzi ta’ oriġini veġitali

Sustanzi attivi farmalogikament | Speċi ta’ l-annimali | Dispozizzjonijiet oħra |

Eucalypti aetheroleum | L-ispeċi kollha li jiproduċu ikel | |

Hyperici oleum | L-ispeċi kollha li jiproduċu ikel | Għal użu indikat biss |

C. L-Anness III għar-Regolament KEE Nru 237/90 huwa emendat kif ġej

1. Aġenti kontra l-infezzjoni

1.2. Antibijotiċi

1.2.06. Kwinoloni

Sustanzi attivi farmalogikament | Ressidwu ta’ l-identifikant | Speċi ta’ l-annimali | LMR | Kampjuni mmirati | Dispozizzjonijiet oħra |

Enrofloxacin | Ġabra ta’ enrofloxacin u ciprofloxacin | Ovini | 100 μg/kg | Muskolu | L-LMR proviżorji jiskadu fl-1 ta’ Lulju 1999 |

100 μg/kg | Xaħam |

300 μg/kg | Fwied |

200 μg/kg | Kliewi |

--------------------------------------------------