<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0300175301.case.xml"><NO.CASE>C-275/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0275</NO.CELEX><NO.SEQ>0025.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-1755</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-1767</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI — KAWŻA C-275/09</LEFT><RIGHT>BRUSSELS HOOFDSTEDELIJK GEWEST <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ppreżentati fis-<DATE ISO="20101117">17 ta’ Novembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Waħda mill-problemi li l-iktar jaħarqu fil-qasam tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent hija dik, b’mod partikolari, dwar kif għandha tiġi interpretata l-lista tal-attivitajiet li jistgħu jew għandhom ikunu s-suġġett tal-proċedura li twassal għal tali evalwazzjoni, lista li tinsab fl-annessi tad-direttiva li tirregola l-qasam. F’din il-kawża, li tirrigwarda l-ajruport ta’ Brussell, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> ta’ ajruport. B’mod partikolari, irid jiġi ċċarat jekk il-bini jinkludix it-tħaddim ta’ sistema fl-ajruport li kienet teżisti qabel, mingħajr ebda bidla fiżika tal-istess ajruport.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-qasam tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent huwa rregolat mid-Direttiva 85/337/KEE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 1, p. 248).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). B’mod partikolari, il-verżjoni tad-Direttiva li tapplika għall-fatti ineżami hija dik li tirriżulta wara l-emendi li sarulha bid-Direttiva 97/11/KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-<DATE ISO="19970303">3 ta’ Marzu 1997</DATE>, li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 3, p. 151).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva jipprovdi d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[...]</P><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ istallazjonijiet jew skemi oħra,</P></ITEM><ITEM><P>interventi oħra fil-madwar u pajsaġġ naturali inklużi dawk li jimplikaw l-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;</P></ITEM></LIST><P>[...]</P><?PAGE NO="I-1756"?><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>kunsens [permess] għal żvilupp<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser:</P><P>id-deċiżjoni ta’ l-awtorita jew l-awtoritajiet kompetenti li tagħti d-dritt lill-iżviluppatur biex jipproċedi bil-proġett;</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Annessi I u II tad-Direttiva fihom listi ddettaljati ta’ diversi tipi ta’ proġetti. L-Artikolu 4 tad-Direttiva jipprovdi li, bħala regola ġenerali, il-proġetti mniżżla fl-Anness I għandhom dejjem ikunu suġġetti għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Għal dak li jirrigwarda l-proġetti li jaqgħu taħt l-Anness II, min-naħa l-oħra, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, permezz ta’ eżami każ b’każ jew permezz ta’ limiti jew kriterji, jekk il-proġett għandux jiġi suġġett għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Anness I, li fih il-lista ta’ proġetti li għalihom dejjem jeħtieġ li ssir l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, jinkludi, fil-punt 7(a), il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>bini ta’ [...] ajruporti b’tul bażiku tar-runway ta’ <FT TYPE="NUMBER">2100</FT> m jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Nota fit-test tippreċiża li l-kunċett ta’ ajruport fis-sens tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ifisser l-ajruporti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Chigago (1944) li waqqfet l-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. F’din il-kawża, madankollu, ma hemm ebda kontestazzjoni bejn il-partijiet fuq il-fatt li l-ajruport ta’ Brussell jidħol fid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ajruport<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> li għadni kif semmejt.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Anness II, dwar il-proġetti li għalihom l-evalwazzjoni tal-effetti tista’ ssir iżda ma hijiex dejjem obbligatorja, jinkludi, fil-punt 10(d), il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>bini ta’ ajrudromi (proġetti mhux inklużi fl-Anness I)<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u, fil-punt 13, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>bidla jew estenzjoni tal-proġetti mniżżla fil-lista fl-Anness I jew l-Anness II, diġà aworizzati, imwettqa jew fil-proċess tat-twettiq, li jista’ jkollhom effetti avversi sinifikanti fuq l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju tirrigwarda l-ajruport ta’ Brussell. Dan hu ajruport bi tliet runways, li jinsab kollu kemm hu fit-territorju tar-reġjun Fjamming (Vlaamse Gewest).</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont il-leġiżlazzjoni li hija fis-seħħ fil-preżent fir-reġjun Fjamming, it-tħaddim ta’ ajruport bħal dak inkwistjoni jeħtieġ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>permess ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (milieuvergunning). Dan huwa permess amministrattiv għal żmien definit, l-iktar għal għoxrin sena, li sar obbligatorju għall-ajruporti mill-1999. Dan il-permess ma huwiex ikkontemplat fid-dritt tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant huwa strument għall-ħarsien ambjentali introdott mill-Belġju b’mod individwali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1757"?><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, f’din il-kawża qed inħarsu lejn żewġ proċeduri ta’ permessi differenti intiżi għall-ħarsien ambjentali: il-<HT TYPE="ITALIC">permess ambjentali</HT>, previst biss mid-dritt nazzjonali, u l-<HT TYPE="ITALIC">evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent</HT>, prevista mid-dritt tal-Unjoni Ewropea u, konsegwentement, anki mid-dritt nazzjonali li ttraspona d-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-ajruport ta’ Brussell, li ilu jeżisti għal għexieren ta’ snin, kiseb l-ewwel permess ambjentali, għal żmien ħames snin, fis-sena 2000. Fl-2004 dan il-permess ġie mġedded, <HT TYPE="ITALIC">mingħajr ebda tibdil fil-mod ta’ tħaddim,</HT> għal perijodu ta’ 20 sena. Kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju u kif ġie kkonfermat fis-seduta, matul il-proċedura amministrattiva kienet ġiet ikkontemplata l-possibbiltà li jsiru xi bidliet fl-istruttura tal-ajruport<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>B’mod partikolari, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha u fis-seduta l-kumpannija The Brussell Airport Company, li tħaddem l-ajruport, semmiet il-fatt li, fl-ewwel stadju tal-proċedura, kienu ġew imposti fuqha l-obbligu li tibni taxiway u tinstalla sistemi tat-titjir strumentali ILS fuq ir-runways diġà eżistenti: l-impożizzjoni taż-żewġ affarijiet ġiet, madankollu, irrevokata qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali. Min-naħa tagħha, kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, il-kumpannija msemmija kienet talbet minflok parti miż-żona tal-ajruport: din it-talba ġiet miċħuda. Huma għal dawn ir-raġunijiet li, skont l-awtoritajiet nazzjonali, ma qamitx il-ħtieġa ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</P></NOTE>; madankollu, tali possibbiltà ġiet eskluża mill-awtoritajiet nazzjonali, li allura ġeddew il-permess mingħajr tibdil fil-mod ta’ tħaddim tal-ajruport. Id-deċiżjoni għat-tiġdid tal-permess hija l-att li ġie kkontestat quddiem il-qorti nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-qorti tar-rinviju, l-argument prinċipali użat minn diversi rikorrenti huwa dak fejn ingħad li t-tiġdid tal-permess ambjentali kellu jkun akkumpanjat b’evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva. F’dan il-kuntest, il-qorti nazzjonali ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.P><TXT>Meta permessi differenti għal żvilupp huma meħtieġa, minn naħa, għal xogħlijiet infrastrutturali ta’ ajruport b’tul bażiku tar-runway ta’ <FT TYPE="NUMBER">2100</FT> metru jew iktar, u, min-naħa l-oħra, għat-tħaddim ta’ dan l-ajruport, u dan il-permess ta’ żvilupp tal-aħħar – il-permess ambjentali – jingħata biss għal perijodu speċifikat, it-terminu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>, imsemmi fil-paragrafu 7(a) tal-Anness I tad-[Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE], kif emendata bid-[Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE] għandu jiġi interpretat li għandha ssir stima tal-impatt ambjentali mhux biss sabiex isiru x-xogħlijiet ta’ infrastruttura iżda wkoll għat-tħaddim tal-ajruport?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din l-istima obbligatorja tal-impatt ambjentali hija meħtieġa wkoll għat-tiġdid tal-permess ambjentali għall-ajruport, kemm fil-każ fejn dan it-tiġdid ma jinkludix xi bidla<?PAGE NO="I-1758"?> jew estensjoni għat-tħaddim tal-ajruport u kif ukoll fejn tali bidla jew estensjoni hija fil-fatt maħsuba?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jagħmel differenza għall-istima obbligatorja tal-impatt ambjentali fil-kuntest tat-tiġdid ta’ permess ambjentali għal ajruport jekk stima tal-impatt ambjentali tkunx saret qabel, fir-rigward ta’ permess preċedenti għat-tħaddim tal-ajruport, u jekk l-ajruport kienx diġà qed jitħaddem fiż-żmien meta l-istima tal-impatt ambjentali ġiet imdaħħla mil-leġiżlatur Ewropew jew minn dak nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju waslet fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20090721">21 ta’ Lulju 2009</DATE>. Is-seduta nżammet fis-<DATE ISO="20101006">6 ta’ Ottubru 2010</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Jirriżulta biċ-ċar mill-qari tad-domandi li t-tieni u t-tielet domanda saru b’mod sussidjarju fil-konfront tal-ewwel waħda, u dan minkejja li l-qorti tar-rinviju ma fformulathomx b’dan il-mod.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mitluba tiċċara jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>bini ta’ ajruport<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jinkludix ukoll is-sempliċi tħaddim tal-ajruport innifsu. It-tieni u t-tielet domanda, filwaqt li huma bbażati fuq il-premessa li l-ewwel domanda tingħatalha risposta fl-affermattiv, u li allura fil-każ bħal dan il-permess ambjentali previst mid-dritt Belġjan għat-tħaddim tal-ajruport irid ikun bilfors akkumpanjat b’evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva, jistaqsu jekk humiex ta’ importanza:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-fatt li t-talba għall-permess ambjentali tirrigwarda biss it-tiġdid tal-istess permess, mingħajr ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tat-tħaddim (it-tieni domanda);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-fatt li tkun saret evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent fil-kuntest ta’ talba għal permess ambjentali preċedenti (l-ewwel parti tat-tielet domanda);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-fatt li l-ajruport kien diġà jaħdem qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet dwar l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent (it-tieni parti tat-tielet domanda).</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda preliminari, jiġifieri fil-każ li jiġi deċiż li s-sempliċi tħaddim ta’ ajruport ma huwiex inkluż fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> previst<?PAGE NO="I-1759"?> fl-Anness I tad-Direttiva, ma jkunx hemm bżonn li tingħata risposta għat-tieni u t-tielet domanda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-pożizzjoni meħuda mill-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-argument prinċipali użat mir-rikorrenti biex jiksbu l-annullament tal-permess ikkontestat quddiem il-qorti tar-rinviju jikkonsisti, kif intwera diġà, fl-affermazzjoni li l-għoti ta’ permess ambjentali għat-tħaddim ta’ ajruport kellu jkun ippreċedut b’evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Għal dan il-għan, kemm quddiem il-qorti nazzjonali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali insistew b’mod partikolari fuq il-ħtieġa, li ġiet enfasizzata konsistentement mill-ġurisprudenza, li d-Direttiva tiġi interpretata f’sens wiesa’, sabiex jintlaħqu bis-sħiħ l-għanijiet marbutin mal-ħarsien tal-ambjent imfittxija mil-leġiżlatur. Tali interpretazzjoni wiesgħa, li hija teleoloġikament orjentata, tippermetti li permess li, minnu nnifsu, jirrigwarda biss it-tħaddim ta’ ajruport jitqies bħala permess għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ta’ ajruport.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jinvokaw ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-ħtieġa li l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ma tkunx tirrigwarda biss l-effetti ambjentali tal-attività konkreta suġġetta għall-permess, iżda wkoll dawk li jistgħu jirriżultaw minnha b’mod indirett.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħhom, il-partijiet l-oħra fil-kawża prinċipali, sostnuti fil-pożizzjoni tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-Gvern Awstrijakk u Taljan, kif ukoll b’mod ġenerali mill-Kummissjoni, jinsistu fuq il-fatt li l-attività ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ta’ ajruport timplika t-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ bini f’sens fiżiku, b’dan illi s-sempliċi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>tħaddim<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tas-sistema tal-ajruport ma jikkwalifikax bħala bini.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fuq il-ħtieġa jew in-nuqqas ta’ ħtieġa ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>B’mod ġenerali, biex jiġi vverifikat jekk attività partikolari tridx tkun suġġetta għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva, irid isir eżami f’żewġ fażijiet. Fl-ewwel lok, irid jiġi vverifikat jekk l-attività inkwistjoni tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/><?PAGE NO="I-1760"?> fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva. Fil-każ ta’ tweġiba fl-affermattiv, irid jiġi aċċertat imbagħad jekk tali attività taqax taħt dawk li jinsabu elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva. L-obbligu tal-evalwazzjoni jirrigwarda biss, fil-fatt, l-attivitajiet speċifikament indikati, li l-lista tagħhom hija eżawrjenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Digriet tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Aiello <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-156/07" PAGE.ECR="I-5215" YEAR="2008">C-156/07, Ġabra p. I-5215</REF.DOC.ECR>, punt 34).</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>Fuq in-natura tal-attività permessa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għandu jiġi mfakkar li l-attività suġġetta għall-permess min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali hija biss it-<HT TYPE="ITALIC">tħaddim</HT> tal-ajruport ta’ Brussell, mingħajr it-twettiq ta’ ebda bidla fiżika tal-istruttura tal-ajruport eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, tali attività ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tad-Direttiva. Il-kunċett innifsu ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, kif iddefinit fl-Artikolu 1, jimplika t-twettiq ta’ xogħlijiet <HT TYPE="ITALIC">li jbiddlu r-realtà fiżika ta’ post partikolari</HT>. Dan jirriżulta biċ-ċar ukoll mill-ġurisprudenza, fejn jingħad li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>l-kelma <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> <HT TYPE="ITALIC">tkopri xogħlijiet jew interventi fiżiċi</HT><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, Abraham <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-2/07" PAGE.ECR="I-1197" YEAR="2008">C-2/07, Ġabra p. I-1197</REF.DOC.ECR>, punt 23). Enfasi tiegħi.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Xi partijiet semmew is-sentenza mogħtija fil-Kawża C-127/02, magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Waddenzee<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, bħala preċedent li jippermetti li tingħata portata usa’ għall-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, f’liema sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-attività bħalma hija dik tas-sajd għall-arzell li jsir b’mod mekkaniku<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/02" PAGE.ECR="I-7405" YEAR="2004">C-127/02, Ġabra p. I-7405</REF.DOC.ECR>, punti 24 u 25).</P></NOTE> tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tad-Direttiva. Din is-sentenza, għalkemm mad-daqqa t’għajn tidher li tikkorrobora l-pożizzjoni meħuda mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ma tbiddilx dak li għadni kif osservajt fil-punt preċedenti. Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li, fis-sentenza Waddenzee, li kienet tirrigwarda, barra minn hekk, mhux id-Direttiva fuq l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, iżda d-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>habitat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 2, p. 102).</P></NOTE>, il-possibbiltà li s-sajd tal-arzell b’mod mekkaniku jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tad-Direttiva 85/337 ma kinitx ikkontestata bejn il-partijiet: mid-dehra, dan minħabba l-impatt tal-attività inkwistjoni fuq qiegħ il-baħar li tixbah l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>estrazzjoni ta’ riżorsi naturali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> indikata speċifikament fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>F’dan ir-rigward ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott ippreżentati fil-Kawża C-127/02 (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8), fid-<DATE ISO="20040129">29 ta’ Jannar 2004</DATE> (punt 31).</P></NOTE>. Tali sajd b’mod mekkaniku kien jinvolvi, barra minn hekk, tibdil fiżiku veru u<?PAGE NO="I-1761"?> proprju tal-ambjent, u dan peress li kien isir billi jittieklu diversi ċentimetri mill-qiegħ<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 10.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma jiġri xejn minn dan f’dan il-każ, fejn il-permess ma jinvolvi ebda tibdil tar-realtà fiżika tal-ajruport ta’ Brussell jew tal-viċinanzi tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Barra minn hekk, kif fakkart iktar ’il fuq, lanqas il-<HT TYPE="ITALIC">modi ta’ tħaddim</HT> tal-ajruport ma tbiddlu, peress li l-permess ambjentali ġie mġedded mingħajr ebda tibdil.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Konsegwentement, diġà f’dan l-istadju tista’ tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda preliminari, inkwantu t-tiġdid tal-permess ambjentali għat-tħaddim tal-ajruport ta’ Brussell ma għandux karatteristiċi li jippermettu li jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tad-Direttiva. Madankollu, għal raġunijiet ta’ kompletezza, u fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx ma’ din l-ewwel parti tar-raġunament tiegħi, ser ngħaddi issa biex nanalizza jekk l-attività tat-tħaddim tal-ajruport tistax tiġi kklassifikata fost l-attivitajiet elenkati fl-annessi tad-Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>Fuq il-possibbiltà li l-attività permessa taqa’ taħt waħda mill-attivitajiet elenkati fl-annessi tad-Direttiva</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Anki jekk wieħed kellu jammetti, b’mod assurd, li t-tħaddim tal-ajruport ta’ Brussell jista’ jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tad-Direttiva, huwa ċar, fil-fehma tiegħi, li dan żgur ma jistax jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>bini ta’ ajruport<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Anness I tad-Direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>F’dawn il-konklużjonijiet, lanqas ser nieħu inkunsiderazzjoni l-possibbiltà li t-tħaddim tal-ajruport jiġi kklassifikat taħt l-Anness II: fil-fatt din il-possibbiltà ġiet espliċitament eskluża mill-qorti nazzjonali fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha (punt 6.11). Mill-bqija, l-unika kategorija tal-Anness II li tista’ tkun rilevanti hija dik tal-punt 13, li tirreferi <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>bidla jew estenzjoni tal-proġetti mniżżla fil-lista fl-Anness I<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>: fi kliem ieħor, peress li hawnhekk mhux kwistjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>bidla<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>estenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tal-ajruport bħala struttura, il-problema terġa’ tkun dik li jiġi ddefinit x’inhu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>bini ta’ ajruport<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> kif imsemmi fl-Anness I.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Minn naħa, fil-fatt, it-terminoloġija użata mid-Direttiva ma tippreżenta ebda ambigwità, u anki fid-diversi verżjonijiet lingwistiċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara wkoll, pereżempju, l-użu tat-terminu bil-Franċiż, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>construction<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, bl-Ingliż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>construction<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, u bil-Ġermaniż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Bau<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, etc.</P></NOTE> turi b’mod ċar li fil-punt 7(a) tal-Anness I, il-leġiżlatur ried jagħmel riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tiegħu preżenti. Fi ftit kliem, it-twettiq ta’ xogħlijiet li qabel ma kinux jeżistu jew il-bidla, f’sens fiżiku, ta’ oġġetti li kienu jeżistu qabel.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-analiżi tal-ġurisprudenza turi li l-interpretazzjoni li tat il-Qorti tal-Ġustizzja lil din id-dispożizzjoni hija fl-istess sens. Fil-fatt, huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja tat lill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>bini ta’ ajruport<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> sinjifikat wiesa’. B’mod konkret, madankollu, fil-fehma tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan għandu sinjifikat biss biex din tafferma li f’dan il-kunċett, apparti x-xogħlijiet li<?PAGE NO="I-1762"?> jirrigwardaw ir-runways tal-ajruport, hemm inklużi wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>ix-xogħlijiet kollha fuq il-binja, l-istallazzjonijiet jew it-tgħammir ta’ dan l-ajruport<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza Abraham <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7, punt 36).</P></NOTE>. Għaldaqstant jidher, kif anki l-ġurisprudenza baqgħet marbuta sew mal-idea, li, fil-fatt,<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>ma tistax tfisser ħlief <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. F’deċiżjoni oħra, li tirrigwarda l-punt 7(b) u (ċ) tal-Anness I tad-Direttiva, fejn jintuża l-istess terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li dan jista’ jinkludi wkoll sempliċi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>proġett li jirrigwarda t-tibdil<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> (dejjem jekk sinjifikattiv), iżda żammet ferma l-idea dwar in-natura fiżika tax-xogħol li l-kelma tindika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, Ecologistas en Acción-CODA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-142/07" PAGE.ECR="I-6097" YEAR="2008">C-142/07, Ġabra p. I-6097</REF.DOC.ECR>, punt 36).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-fatt li fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> jiddaħħal is-sempliċi tħaddim ta’ ajruport ikun ifisser għaldaqstant li jiġi injorat it-test tad-Direttiva, kif wara kollox ġie minn dejjem interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għalkemm il-ġurisprudenza li tafferma li d-Direttiva 85/337/KEE għandha portata pjuttost wiesgħa<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19961024">24 ta’ Ottubru 1996</DATE>, Kraaijeveld <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-72/95" PAGE.ECR="I-5403" YEAR="1996">C-72/95, Ġabra p. I-5403</REF.DOC.ECR>, punt 31); tas-<DATE ISO="19990916">16 ta’ Settembru 1999</DATE>, WWF <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-435/97" PAGE.ECR="I-5613" YEAR="1999">C-435/97, Ġabra p. I-5613</REF.DOC.ECR>, punt 40), u Ecologistas en Acción-CODA (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 28).</P></NOTE> hija waħda stabbilita, l-interpretazzjoni teleoloġika tal-istess Direttiva ma tistax taqleb ir-rieda espressa b’mod ċar mil-leġiżlatur.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Jidhirli li hija meħtieġa osservazzjoni aħħarija fir-rigward tar-riferimenti li saru, b’mod parikolari mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fejn ġiet affermata l-ħtieġa li l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ma tikkunsidrax biss l-effetti diretti fuq l-ambjent tax-xogħol li jrid jitwettaq, iżda wkoll l-effetti indiretti. B’hekk, pereżempju, fil-każ ta’ xogħlijiet biex tiżdied linja ferrovjarja, l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent trid tirrigwarda mhux biss l-effetti tax-xogħol ta’ bini minnu nnifsu, imma wkoll l-effetti fiż-żmien li ż-żieda fit-traffiku tal-ferroviji jista’ jkollu fuq l-ambjent<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-227/01" PAGE.ECR="I-8253" YEAR="2004">C-227/01, Ġabra p. I-8253</REF.DOC.ECR>, punt 49). Ara wkoll is-sentenzi Abraham <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7, punt 45), u Ecologistas en Acción-CODA (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punti 39 sa 42).</P></NOTE>. Fil-fehma tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, peress li t-tiġdid ta’ permess biex jitħaddem ajruport jista’ jkollu effett ambjentali sostanzjali, anki tali permess irid jiġi dejjem preċedut b’evalwazzjoni tal-effetti.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Jidhirli li huwa ċar li l-pożizzjoni tar-rikorrenti, apparti li – kif intwera – ma hijiex kompatibbli mat-test tad-Direttiva, hija vvizzjata bi żball essenzjali. Hija tħawwad fil-fatt żewġ aspetti distinti, jiġifieri dak <HT TYPE="ITALIC">tas-suġġett tal-evalwazzjoni tal-effetti</HT> minn naħa, u dak <HT TYPE="ITALIC">tal-kundizzjonijiet li jirrikjedu<?PAGE NO="I-1763"?> l-ievalwazzjoni tal-effetti</HT> min-naħa l-oħra. Fi kliem ieħor, huwa ċar li, fil-każ ta’ <HT TYPE="ITALIC">bini</HT> jew ta’ <HT TYPE="ITALIC">tibdil sinjifikattiv</HT> ta’ ajruport, jitwieled l-obbligu li ssir l-evalwazzjoni tal-effetti u jkunu jridu jiġu eżaminati mhux biss l-effetti immedjati tax-xogħlijiet ta’ bini, imma wkoll l-effetti indiretti li jistgħu jirriżultaw fuq l-ambjent minħabba l-attività suċċessiva tal-ajruport. Madankollu, jekk bħalma ġara f’dan il-każ, ma tkunx teżisti l-kundizzjoni bażika biex issir l-evalwazzjoni tal-effetti, peress li ma ssir ebda attività fiżika ta’ bini jew tibdil fl-istruttura tal-ajruport, il-problema tal-portata tal-evalwazzjoni tal-effetti lanqas biss tqum, minħabba li ma jkunx jeżisti s-suġġett.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq il-ġurisprudenza dwar il-permessi maqsuma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>f’diversi stadji<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Punt partikolari li jrid jiġi diskuss, u li tqajjem b’mod partikolari fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni, jirrigwarda l-applikabbiltà tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-permessi maqsuma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>f’diversi stadji<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> għall-każ ineżami. Skont tali ġurisprudenza, anki miżura ta’ awtorizzazzjoni li ma tirrigwardax direttament attività suġġetta għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent fis-sens tal-annessi tad-Direttiva tista’ titlob li ssir evalwazzjoni tal-effetti, meta hija tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>stadju<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> fi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>proċedura ta’ kunsens<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza Abraham <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7, punti 25 u 26). Din id-deċiżjoni tislet il-konklużjonijiet loġiċi minn serje ta’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b’mod partikolari mis-sentenzi tat-<DATE ISO="19980618">18 ta’ Ġunju 1998</DATE>, Gedeputeerde Staten van Noord-Holland (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-81/96" PAGE.ECR="I-3923" YEAR="1998">C-81/96, Ġabra p. I-3923</REF.DOC.ECR>, punt 20), u tas-<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, Wells (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-201/02" PAGE.ECR="I-723" YEAR="2004">C-201/02, Ġabra p. I-723</REF.DOC.ECR>, punt 52).</P></NOTE>. Anzi, meta dritt nazzjonali jipprevedi proċedura ta’ kunsens maqsuma f’diversi stadji, li stadju minnhom ikun jikkonsisti f’deċiżjoni prinċipali u l-ieħor f’deċiżjoni ta’ implementazzjoni, hija proprju d-deċiżjoni prinċipali li trid tkun akkumpanjata b’evalwazzjoni tal-effetti, anki meta l-att li jawtorizza t-twettiq tax-xogħol li jista’ jkollu effett fuq l-ambjent, ikun id-deċiżjoni ta’ implementazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza Wells (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 52). Madankollu, hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea dispożizzjoni nazzjonali li timponi li ssir l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent <HT TYPE="ITALIC">dejjem u esklużivament</HT> fl-istadju tal-permess inizjali, u qatt fl-istadju sussegwenti tad-deċiżjoni ta’ implementazzjoni: ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-508/03" PAGE.ECR="I-3969" YEAR="2006">C-508/03, Ġabra p. I-3969</REF.DOC.ECR>, punti 104 u 105).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Ma jeżistux raġunijiet biex tiġi kkontestata din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u huwa għaldaqstant stabbilit li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk jeżistux il-kundizzjonijiet biex din tiġi applikata, abbażi ta’ eżami tal-proċeduri ta’ kunsens previsti fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Madankollu, jidhirli li huwa essenzjali li jiġi enfasizzat element importanti li jista’ jeskludi l-possibbiltà li tiġi applikata tali ġurisprudenza fil-każ ineżami. Hawnhekk nirreferi għall-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja,<?PAGE NO="I-1764"?> meta ġiet biex tivverifika jekk permess mogħti abbażi tad-dritt nazzjonali setax jitqies bħala stadju fi proċedura ta’ kunsens maqsuma f’diversi stadji, hija dejjem għamlet dan fil-kuntest ta’ proċedura <HT TYPE="ITALIC">intiża biex jitlesta xogħol li jidħol kemm taħt id-definizzjoni ta’ proġett kif ukoll taħt waħda mill-kategoriji elenkati fl-annessi tad-Direttiva</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, il-permess li jrid ikun akkumpanjat b’evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ma huwiex permess kwalunkwe, iżda permess li jaqa’ taħt proċedura <HT TYPE="ITALIC">li r-riżultat finali tagħha huwa xogħol li d-Direttiva tissuġġetta għall-obbligu tal-evalwazzjoni tal-effetti</HT>. Is-sens tad-Direttiva jiġi kompletament mibdul jekk, bl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza fuq il-permessi maqsuma f’diversi stadji, nispiċċaw li tintalab evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent mingħajr ma jkunu jeżistu r-rekwiżiti materjali biex dan isir, jiġifieri mingħajr ma jkun jeżisti wieħed mill-proġetti li għalih id-Direttiva titlob l-evalwazzjoni tal-effetti.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li l-għan fundamentali ta’ din il-ġurisprudenza huwa dak li jiġi evitat li l-varjetà tal-proċeduri għall-għoti ta’ permess nazzjonali toħloq lakuni veri u proprji fl-applikazzjoni tad-Direttiva. Dan jista’ jseħħ jekk l-evalwazzjoni tal-effetti: a) titpoġġa fi stadju fejn ma jkun għad għandha ebda sens, peress li d-deċiżjoni għat-twettiq tax-xogħol tkun fil-fatt diġà ttieħdet qabel; b) tiġi saħansitra evitata, billi jingħad li ċertu permess għal proġett li jaqa’ taħt id-Direttiva, fir-realtà, huwa biss att li jeżegwixxi xi deċiżjoni preċedenti, li tkun ġiet adottata meta d-Direttiva kienet għadha ma tapplikax<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Din kienet is-sitwazzjoni fis-sentenza Wells, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19.</P></NOTE>. Għal dawn ir-raġunijiet, fil-każ ta’ proċeduri għal permess maqsuma f’diversi stadji jista’ jkun meħtieġ li l-evalwazzjoni tal-effetti ssir, pereżempju, mal-mument tal-programmazzjoni preliminari, minkejja li l-permess veru u proprju jkun irid jingħata biss f’mument sussegwenti.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza fuq il-permessi maqsuma f’diversi stadji tirriżulta f’dawk id-deċiżjonijiet li bihom il-Qorti tal-Ġustizzja riedet tevita li d-Direttiva tiġi skartata jew, b’xi mod, jitneħħielha s-sens tagħha. Eżempji tipiċi oħra ta’ affermazzjonijiet fil-ġurisprudenza li huma fuq l-istess linja huma dawk is-sentenzi li jirrigwardaw it-tqassim artifiċjali ta’ proġetti intiż li jevita li jintlaħqu l-limiti ta’ kobor stabbiliti mid-Direttiva jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal-<DATE ISO="19990921">21 ta’ Settembru 1999</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-392/96" PAGE.ECR="I-5901" YEAR="1999">C-392/96, Ġabra p. I-5901</REF.DOC.ECR>, punt 76).</P></NOTE>, kif ukoll is-sentenzi li ċċaraw il-portata limitata tas-setgħa diskrezzjonali li għandhom l-Istati<?PAGE NO="I-1765"?> fir-rigward ta’ proġetti msemmija fl-Anness II tad-Direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Kif inhu magħruf, għall-proġetti tal-Anness II, id-Direttiva tipprevedi li l-Istati jridu jistabbilixxu, permezz ta’ eżami każ b’każ jew permezz ta’ limiti jew kriterji, liema każijiet jeħtieġu evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat madankollu li Stat ma jistax jistabbilixxi limiti marbutin biss mal-kobor tal-proġetti, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni, pereżempju, in-natura u/jew il-post tagħhom: ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22, punti 65 u 67). Barra minn hekk, tali limiti ma jistgħux ikollhom l-effett li jneħħu minn qabel kategoriji sħaħ ta’ proġetti mill-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-effetti: ara s-sentenza WWF <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 17, punt 37).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, kif intqal f’din il-kawża, il-permess ambjentali mogħti għat-tħaddim tal-ajruport ta’ Brussell ma inkluda ebda tibdil fiżiku lill-ajruport stess, <HT TYPE="ITALIC">u lanqas jikkostitwixxi stadju fi proċedura li tista’ twassal għal tali tibdil</HT>. L-ajruport ta’ Brussell ilu jeżisti għal diversi għexieren ta’ snin, minn qabel ma kienu approvati kemm ir-regoli dwar l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, kif ukoll dawk nazzjonali fuq il-permess ambjentali. Għaldaqstant, ma jirriżultax li jeżisti ebda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> li għalih huwa obbligatorju li ssir l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-fehma tiegħi, il-ġurisprudenza fuq il-proċeduri ta’ permess maqsuma f’diversi stadji ma tapplikax fil-kuntest ta’ din il-kawża, peress li l-għoti tal-permess ambjentali inkwistjoni ma huwiex marbut ma’ xi wieħed mill-proġetti msemmija mid-Direttiva, la proġett preżenti, la futur u lanqas passat.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni għall-eżami li għamilt tal-ewwel domanda preliminari, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondiha billi tiddikjara li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-każ ineżami, permess għat-tħaddim ta’ ajruport li ma jinvolvix ebda bidla fiżika tal-istruttura tal-ajruport ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva fuq l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta fin-negattiv mogħtija lill-ewwel domanda preliminari, minħabba kemm l-assenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> fis-sens tad-Direttiva u kif ukoll l-impossibbiltà li s-sempliċi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>tħaddim<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> jiddaħħal taħt il-kunċett<?PAGE NO="I-1766"?> ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, fil-fehma tiegħi, it-tieni u t-tielet domanda ma għandhomx jiġu eżaminati.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ domandi, fil-fatt, ma jibqgħux rilevanti fil-każ li tiġi aċċettata l-premessa li s-sempliċi tħaddim ta’ ajruport, mingħajr ebda xogħol ieħor ta’ bidla fir-realtà fiżika tal-istess ajruport, ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> ta’ ajruport fis-sens tal-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda kellha tkun bil-kontra, is-soluzzjoni għaż-żewġ domandi l-oħra tista’ tinstab faċilment fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-fatt li attività li tikkostitwixxi proġett fis-sens tad-Direttiva tkun suġġetta għal permess perjodiku ma jipprekludix b’mod ġenerali li, ma’ kull tiġdid, tkun trid issir id-debita evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent tal-attività inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punt 28).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk wieħed jaċċetta li t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>tħaddim<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> ta’ ajruport huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> fis-sens tad-Direttiva, il-fatt li l-ajruport kien jaħdem qabel ma bdew japplikaw id-dispożizzjonijiet fuq l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent huwa irrilevanti: fil-fatt, il-fatt deċiżiv huwa li t-tiġdid tal-permess għall-attività li teħtieġ l-evalwazzjoni tal-effetti (attività li, f’dan il-każ, tkun it-tħaddim tal-ajruport) ikun irid isir wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19950811">11 ta’ Awwissu 1995</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-431/92" PAGE.ECR="I-2189" YEAR="1995">C-431/92, Ġabra p. I-2189</REF.DOC.ECR>, punt 32), u Gedeputeerde Staten van Noord-Holland (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 27).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, jekk (kif ipproponejt iktar ’il fuq) id-Direttiva tiġi interpretata fis-sens li huwa biss it-tibdil fiżiku tal-ħaġa li jista’ jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> ta’ ajruport, il-fatt li l-istruttura kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet fuq l-evalwazzjoni tal-effetti jneħħiha awtomatikament minn taħt dak l-obbligu. Dan, naturalment, sakemm l-istruttura stess ma tkunx is-suġġett ta’ ebda tip ta’ xogħol ta’ bini u/jew tibdil<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-limiti temporali tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent hija waħda stabbilita: ara, pereżempju, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19940809">9 ta’ Awwissu 1994</DATE>, Bund Naturschutz in Bayern <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-396/92" PAGE.ECR="I-3717" YEAR="1994">C-396/92, Ġabra p. I-3717</REF.DOC.ECR>), u Gedeputeerde Staten van Noord-Holland (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19, punt 23). Barra minn hekk, abbażi tal-indikazzjonijiet ipprovduti fis-seduta, l-ajruport ta’ Brussell diġà kien is-suġġett ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent meta qabel kienu sarulu bidliet fl-istruttura tiegħu.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1767"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet magħmula iktar ’il fuq, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mir-Raad van State bil-mod kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>Permess għat-tħaddim ta’ ajruport li ma jinvolvix ebda tibdil fiżiku fl-istruttura tal-ajruport ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>