24.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ottubru 2009

dwar il-ħatra tal-membri tal-grupp ta’ djalogu għall-partijiet interessati fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tal-protezzjoni tal-konsumaturi stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2007/602/KE

(2009/783/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/602/KE tal-5 ta’ Settembru 2007 li twaqqaf grupp ta’ djalogu għall-partijiet interessati fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tal-protezzjoni tal-konsumaturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-grupp ta’ djalogu tal-partijiet interessati fl-oqsma tas-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumaturi twaqqaf permezz tad-Deċiżjoni 2007/602/KE b’effett mill-10 ta’ Ottubru 2007 biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-aħjar prassi fil-proċess ta’ konsultazzjoni u jgħinha wkoll biex tadatta aħjar il-proċessi tagħha li jinvolvu l-partijiet interessati għall-ħtiġijiet tagħhom fl-oqsma msemmija hawn fuq.

(2)

Il-Kummissjoni ħatret il-membri tal-grupp ta’ djalogu tal-partijiet interessati fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tal-protezzjoni tal-konsumatur bid-Deċiżjoni 2007/793/KE (2) b’effett mid-29 ta’ Novembru 2007 mingħajr ma speċifikat it-terminu rispettiv tal-kariga tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi deċiż liema membri għandhom jinħatru għal terminu ta’ erba’ snin ta’ kariga u liema membri għandhom jinħatru għal terminu ta’ sentejn ta’ kariga skont l-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2007/602/KE.

(3)

Ċerti membri tal-grupp ikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-aħħar ta’ Novembru 2009. Biex tkun garantita l-kontinwità tal-attività tal-grupp huwa konsegwentement meħtieġ li t-terminu ta’ kariga tal-bqija tal-membri jiġi ffissat għal erba’ snin.

(4)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2007/602/KE, il-membri tal-grupp għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn fost speċjalisti b’kompetenzi fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dik id-Deċiżjoni u li wieġbu għas-sejħa ta’ espressjoni ta’ interess.

(5)

Ġiet ippubblikata sejħa għall-espressjoni ta’ interess fil-11 ta’ Mejju 2009 li għalqet fis-16 ta’ Ġunju 2009 u waslu 56 applikazzjoni.

(6)

Għaxar speċjalisti ġew identifikati mill-applikazzjonijiet li waslu bħala reazzjoni għas-sejħa ta’ espressjoni ta’ interess. L-esperjenza ta’ dawn l-esperti fis-setturi kkonċernati tal-partijiet interessati tkopri b’mod ibbilanċjat l-oqsma tal-linji politiċi differenti tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur. Il-ħatriet għandhom isiru b’tali mod li jiġu żgurati l-ogħla standards ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ għarfien espert rilevanti u, konsistenti ma’ dawn il-kriterji, l-akbar tqassim ġeografiku wiesa’ possibbli fi ħdan il-Komunità, kif ukoll bilanċ bejn is-sessi,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Skont l-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2007/602/KE, il-Kummissjoni b’dan tiffissal-mandat ta’ erba’ snin għal dawn il-membri li ġejjin tal-grupp ta’ djalogu tal-partijiet interessati li jibda mid-29 ta’ Novembru 2007 sad-29 ta’ Novembru 2011:

 

BAX Willemien

 

BERTELETTI KEMP Florence

 

CZIMBALMOS Ágnes

 

DI PUPPO Roshan

 

GALLANI Barbara

 

GOUVEIA Rodrigo

 

KETTLITZ Beate

 

ROSS Melody

 

SHEPPARD Philip

 

TIDDENS-ENGWIRDA Lisette

Artikolu 2

Il-Kummissjoni b’dan qed taħtar bħala membri ġodda tal-grupp ta’ djalogu tal-Partijiet interessati għal terminu ta’ kariga ta’ erba’ snin sħaħ, lil:

 

CEPONYTE Zita

 

GRUNER Bernd

 

HERVE Maryse

 

KOSINSKA Monika

 

KUTIN Breda

 

LOGSTRUP Susanne

 

RODRIGUEZ Nathalie

 

VAN TICHELEN Sonja

 

VINCENTEN Joanne

 

VON ESSEN Garlich

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Novembru 2009.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Meglena KUNEVA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 234, 6.9.2007, p. 13.

(2)   ĠU L 320, 6.12.2007, p. 33.