02013R0501 — MT — 13.01.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 501/2013

tad-29 ta’ Mejju 2013

li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le

(ĠU L 153 5.6.2013, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/49 tal-11 ta' Jannar 2018

  L 7

31

12.1.2018




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 501/2013

tad-29 ta’ Mejju 2013

li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le



Artikolu 1

1.  Fid-dawl tal-iskop ta’ dan ir-Regolament, id-dazju antidumping definittiv applikabbli fuq “il-kumpanniji l-oħra kollha” impost permezz tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti u ċikletti oħra (inklużi triċikletti tal-kunsinna, iżda bl-esklużjoni tal-uniċikletti), mhux motorizzati li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa b’dan estiż għal importazzjonijiet ta’ biċikletti u ċikletti oħra (inklużi triċikletti tal-kunsinna, iżda bl-esklużjoni tal-uniċikletti), mhux motorizzati, mibgħuta mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kemm jekk le, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (kodiċi TARIC 8712003010 u 8712007091 ) bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mill-kumpanniji elenkati hawn taħt:



Pajjiż

Kumpannija

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Indoneżja

P.T. Insera sena, 393 Jawa Street, Buduran, Sidoarjo 61252, Indonesia

B765

 

PT Wijaya Indonesia Makmur Bicycle Industries (Wim Cycle), Raya Bambe KM. 20, Driyorejo, Gresik 61177, Jawa Timur Indonesia

B766

 

P.T. Terang Dunia Internusa, (United Bike), Jl. Anggrek Neli Murni 114 Slipi, 11480, Jakarta Barat, Indonesia

B767

Is-Sri Lanka

Asiabike Industrial Limited, No 114, Galle Road, Henamulla, Panadura, Sri Lanka

B768

 

BSH Ventures (Private) Limited, No. 84, Campbell Place, Colombo-10, Sri Lanka

B769

 

Samson Bikes (Pvt) Ltd., No 110, Kumaran Rathnam Road, Colombo 02, Sri Lanka

B770

It-Tuneżija

Euro Cycles SA, Zone Industrielle Kelaa Kebira, 4060, Sousse, Tunisia

B771

▼M1

 

Look Design System

Route de Tunis Km6 - BP 18, 8020 Soliman, Tunisia

C206

▼B

2.  L-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpanniji speċifikament imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew awtorizzati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta, mal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri, ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, jiġi applikat id-dazju antidumping kif impost mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.  Id-dazju estiż mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 875/2012 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti minn kumpanniji elenkati fil-paragrafu 1.

4.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.  It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiż skont l-Artikolu 1, għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N-105 08/20

1049 Brussels

Belgium

Fax (32 2) 295 65 05

2.  F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza, b’deċiżjoni, l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet minn kumpanniji li ma jevadux il-miżuri tal-antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011, mid-dazju estiż mill-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet tad-dwana huma b’dan ordnati li jtemmu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbiliti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 875/2012.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(2):

(1) L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali;

(2) Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta’ (prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpannija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett”;

(3) Data u firma.