|
12.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/5 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/431
tal-10 ta’ Marzu 2021
li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri mir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali
(notifikata bid-dokument C(2021) 1490)
(It-testi biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu l-istatistika dwar l-immigrazzjoni lejn it-territorji tagħhom u l-emigrazzjoni mit-territorji tagħhom, dwar iċ-ċittadinanza u l-pajjiż tat-twelid tal-persuni li normalment huma residenti fit-territorji tagħhom u dwar il-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji u l-proċessi relatati magħhom. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 11a(1) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi temporanji lill-Istati Membri abbażi ta’ talbiet iġġustifikati bil-ħtieġa għal adattamenti maġġuri li jridu jsiru fis-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom sabiex jikkonformaw bis-sħiħ ma’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Belġju, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Iżvezja ppreżentaw talbiet biex jingħataw derogi temporanji. |
|
(4) |
L-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni dwar dawk it-talbiet tindika li huma ġġustifikati bil-ħtieġa għal adattamenti maġġuri tas-sistemi nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri kkonċernati sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda għall-istatistika tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 introdott bir-Regolament (UE) 2020/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-derogi mitluba jingħataw lill-Belġju, liċ-Ċekja, lill-Ġermanja, lil Spanja, lil Franza, lill-Kroazja, lill-Italja, lil Ċipru, lil-Litwanja, lil Malta, lin-Netherlands, lill-Polonja, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Slovakkja u lill-Iżvezja. |
|
(6) |
Il-progress dwar dawn l-adattamenti maġġuri fl-Istati Membri kkonċernati se jkunu mmonitorjati mill-Kummissjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-derogi mir-Regolament (KE) Nru 862/2007 stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma mogħtija lill-Istati Membri elenkati fih.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika tal-Kroazja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika Slovakka u lir-Renju tal-Iżvezja.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Paolo GENTILONI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.
(2) Ir-Regolament (UE) 2020/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
ANNESS
LISTA TA’ DEROGI MIR-REGOLAMENT (KE) Nru 862/2007
1. Stat Membru: Il-Belġju
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 4(1)(c) |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont l-irtirar espliċitu u impliċitu. |
|
Artikolu 4(1)(e) |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata. |
|
Artikolu 4(3)(c) u (d) |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-revoka, it-tmiem, iċ-ċaħda tat-tiġdid tal-istatus ta’ protezzjoni. |
|
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(3). |
|
Artikolu 4(4)(f), (g), (h) u (i) |
Sentejn (2021-2022) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha koperti mid-dispożizzjonijiet ikkonċernati. |
|
Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest. |
|
Artikolu 7(2) |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati. |
2. Stat Membru: Iċ-Ċekja
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 4(4)(f), (g), (h) u (i) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha koperti mid-dispożizzjonijiet ikkonċernati. |
|
Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest. |
|
Artikolu 7(1)(b) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont l-assistenza riċevuta. |
|
Artikolu 7(2) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati. |
3. Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 4(1)(g) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar persuni li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdu standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti. |
4. Stat Membru: Spanja

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu |
Sentejn (2021-2022) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(1). |
|
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu |
Sentejn (2021-2022) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(2). |
|
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu |
Sentejn (2021-2022) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(3). |
|
Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu |
Sentejn (2021-2022) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4). |
|
Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest. |
|
Artikolu 7(1)(b) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont it-tip ta’ ritorn u assistenza riċevuta u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. |
|
Artikolu 7(2) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati. |
5. Stat Membru: Franza

Trażmissjoni tat-tqassim skont is-sess u skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4). |
|
Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest. |
6. Stat Membru: Il-Kroazja
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 4(1)(g) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar persuni li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdu standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti. |
7. Stat Membru: L-Italja
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 4(1)(c) |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont l-irtirar espliċitu u impliċitu. |
|
Artikolu 4(1)(e) |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata. |
8. Stat Membru: Ċipru

Artikolu 4(1)(f) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet sussegwenti għall-protezzjoni internazzjonali. |
|
Artikolu 4(1)(g) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar persuni li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdu standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti. |
|
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(1). |
|
Artikolu 4(2)(b) u (c) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-revoka, it-tmiem, ir-rifjut tat-tiġdid tal-istatus ta’ protezzjoni. |
|
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(2). |
|
Artikolu 4(3)(c) u (d) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-revoka, it-tmiem, ir-rifjut tat-tiġdid tal-istatus ta’ protezzjoni. |
|
Artikolu 4(3), Wit-tieni subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(3). |
|
Artikolu 4(4)(f), (g), (h) u (i) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha koperti mid-dispożizzjonijiet ikkonċernati. |
|
Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4). |
|
Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest. |
|
Artikolu 7(1)(b) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont it-tip ta’ ritorn u assistenza riċevuta u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. |
|
Artikolu 7(2) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati. |
9. Stat Membru: Il-Litwanja
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(1). |
|
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(2). |
|
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(3). |
|
Artikolu 4(4)(f), (g), (h) u (i) |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha koperti mid-dispożizzjonijiet ikkonċernati. |
|
Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont is-sess u skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4). |
|
Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest. |
|
Artikolu 7(1)(b) |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont it-tip ta’ ritorn u assistenza riċevuta u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. |
|
Artikolu 7(2) |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati. |
10. Stat Membru: Malta
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 4(1)(e) |
Sentejn (2021-2022) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata. |
|
Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu |
Sentejn (2021-2022) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont is-sess għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4). |
|
Artikolu 6(1)(a)(i), (ii) u (iii), (b) u (c) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont l-età u s-sess. |
11. Stat Membru: In-Netherlands
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 7(1)(b) |
Sentejn (2021-2022) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. |
|
Artikolu 7(2) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati. |
12. Stat Membru: Il-Polonja
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 4(1)(e) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata. |
|
Artikolu 4(1)(f) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet sussegwenti għall-protezzjoni internazzjonali. |
|
Artikolu 4(1)(g) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar persuni li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdu standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti. |
|
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(1). |
|
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(2). |
|
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(3). |
|
Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4). |
|
Artikolu 6(1)(a)(ii) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont l-età u s-sess. |
13. Stat Membru: Il-Portugall
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest. |
|
Artikolu 7(2) |
Sena (2021) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati. |
14. Stat Membru: Ir-Rumanija
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 4(1)(c) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont l-irtirar espliċitu u impliċitu. |
|
Artikolu 4(1)(e) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata. |
|
Artikolu 4(1)(g) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar persuni li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdu standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti. |
|
Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest. |
|
Artikolu 7(2) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati. |
15. Stat Membru: Is-Slovakkja
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 6(1)(a)(i), (ii) u (iii), (b) u (c) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont l-età u s-sess. |
16. Stat Membru: L-Iżvezja
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 4(1)(e) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata. |
|
Artikolu 4(1)(f) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet sussegwenti għall-protezzjoni internazzjonali. |
|
Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika koperta mill-Artikolu 4(1)(d). |
|
Artikolu 4(2)(b) u (c) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-revoka, it-tmiem, iċ-ċaħda tat-tiġdid tal-istatus ta’ protezzjoni. |
|
Artikolu 4(3)(c) u (d) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-revoka, it-tmiem, iċ-ċaħda tat-tiġdid tal-istatus ta’ protezzjoni. |
|
Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika koperta mill-Artikolu 4(4)(f), (g) u (h). |
|
Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest. |
|
Artikolu 6(1)(a)(i), (ii) u (iii), (b) u (c) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont l-età u s-sess. |
|
Artikolu 7(1)(b) |
Tliet snin (2021-2023) |
Trażmissjoni tat-tqassim skont it-tip ta’ ritorn u assistenza riċevuta u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. |
|
Artikolu 9 |
Tliet snin (2021-2023) |
Konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9 relatati mal-kwalità tad-data. |