02016D2272 — MT — 06.11.2023 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2272 tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-ekwivalenza ta' swieq finanzjarji fl-Awstralja skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 342 16.12.2016, p. 48) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2207 tat-13 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
17.10.2023 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2272
tal-15 ta' Diċembru 2016
dwar l-ekwivalenza ta' swieq finanzjarji fl-Awstralja skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, is-swieq finanzjarji awtorizzati fl-Awstralja u stipulati fl-Anness għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal swieq regolati kif definiti f'punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Swieq finanzjarji awtorizzati fl-Awstralja meqjusa ekwivalenti għal swieq regolati:
ASX Limited,
Australian Securities Exchange Limited li tinnegozja bħala ASX 24,
Chi-X Australia Pty Ltd li tinnegozja bħala Cboe Australia,
FEX Global Pty Ltd.