<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑376/15 P</NO.CASE><NO.CASE>C‑377/15 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0376</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:269">EU:C:2017:269</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>borgadrcjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20170405">5.4.2017</DATE> – KAWŻI MAGĦQUDA C-376/15 P u C-377/15 P</P><P>CHANGSHU CITY STANDARD PARTS FACTORY U NINGBO JINDING FASTENER vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Dumping</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 924/2012</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjoni ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1225/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(10) u (11)</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni ta’ ċerti tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping</KEYWORD><KEYWORD>Paragun xieraq bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑376/15 P u C‑377/15 P,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ appelli taħt l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentati fid-<DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Changshu City Standard Parts Factory</HT>, stabbilita f’Changshu City (iċ-Ċina),</P><P><HT TYPE="BOLD">Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd</HT>, stabbilita f’Ningbo (iċ-Ċina), irrappreżentati minn R. Antonini u E. Monard, avukati,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn B. Driessen kif ukoll minn S. Boelaert, bħala aġenti, assistiti minn N. Tuominen, avukat,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn T. Maxian Rusche u M. França, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)</HT>, stabbilita fi Brussell (il-Belġju),</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász, C. Vajda, K. Jürimäe (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali, P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20161207">7 ta’ Diċembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appelli tagħhom, Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd qed jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-<DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE>, Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener vs Il-Kunsill (T‑558/12 u T‑559/12, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:237">EU:T:2015:237</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikorsi tagħhom intiżi għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal-<DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE) Nru°91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 275, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>regolament ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni 94/800/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE>, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva l-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech fil-<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE>, kif ukoll il-ftehimiet li jinsabu fl-Annessi 1 sa 3 ta’ dan il-ftehim, li fosthom hemm il-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ 1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 189, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ftehim antidumping tad-WTO<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Ftehim antidumping huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Determinazzjoni ta’ d‑damping [Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. L-Artikolu 2.4 ta’ dan il-ftehim jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Isir paragun imparzjali bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni u l-valur normali. Dan il-paragun iseħħ fl-istess livell ta’ kummerċ, normalment fil-livell ex-fabbrika, u fir-rigward ta’ bejgħ magħmul kemm jista jkun fl-istess żmien. Jitqies b’mod sostanzjali f’kull każ, fuq il-mertu a bażi ta’ differenzi li jaffetwaw il-komparibbilità tal-prezzijiet, li jinkludi wkoll id-differenzi fit-termini u l-kondizzjonijiet fir-rigward tal-bejgħ, taxxa, livelli ta kummerċ, kwantitajiet, karatteristiċi fisiċi, u kwalunkwe differenzi oħra li jidhru li jaffetwaw il-komparabbilità tal-prezzijiet. Fil-każ indikat fil-paragrafu 3, [għandhom ukoll jittieħdu inkunsiderazzjoni] sussidji għall-ispejjeż, inklużi dwana u taxxi, li ntefqu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u għandhom isiru wkoll għall-profitti li jiżdiedu. Jekk f’dawn il-każijiet il-komparibbilità tal-prezzijiet ġiet affettwata, l-awtoritajiet jistabbilixxu valuri normali fil-livell tal-kummerċ ekwivalenti għall-livell ta’ kummerċ tal-prezz kostruwit ta’ l-esportazzjoni, jew jagħtu konsiderazzjoni mistħoqqa kif indikata f’dan il-paragrafu. L-awtoritajiet għandhom jindikaw lill-partijiet in kwistjoni x’tip ta’ informazzjoni hi meħtieġa biex jassiguraw paragun imparzjali u ma jimponux oneru tal-prova ta’ natura mhux raġonevoli fuq il-partijiet.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2.4.2 ta’ dan il-ftehim:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Soġġett għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw paragun ġust fil-paragrafu 4, l-eżistenza ta’ marġini ta’ d-<HT TYPE="ITALIC">damping</HT> [dumping] waqt il-fażi ta’ l-investigazzjoni għandha normalment tiġi stabbilita fuq bażi tal-paragun bejn il-medja stabbilita tal-valur normali u l-medja stabbilita tal-prezzijiet ta’ transazzjonijiet ta’ esportazzjoni komparabbli jew permezz ta’ paragun bejn il-valur normali u<?PAGE NO="3"?> l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni fuq bażi ta’ żewġ transazzjonijiet bejn xulxin. Valur normali stabbilit fuq bażi tal-medja stabbilita tista [jista’] [j]itqabbel mal-prezzijiet ta’ transazzjonijiet ta’ esportazzjoni individwali jekk l-awtoritajiet isibu disinn fost il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni li huma sinifikament differenti fost il-varji xerrejja, reġjuni jew termini ta’ żmien, u jekk ikun hemm spjegazzjoni dwar għalfejn dawn id-differenzi ma jistgħux jitqiesu kif suppost permezz ta’ l-użu tal-paragun bejn zewġ transazzjonijiet ta’ medji stabbiliti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fid-data tal-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping mill-Unjoni Ewropea kienu jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 343, p. 51</REF.DOC.OJ>, u rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 7, p. 22</REF.DOC.OJ>, u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 293, p. 39</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 765/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20120613">13 ta’ Ġunju 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="237" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 237, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) u (4) ta’ dan ir-regolament kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala oġġett ta’ dumping jekk il-prezz ta’ l-esportazzjoni tiegħu għall-Komunità ikun inqas minn prezz paragonabbli għal prodott simili, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, kif stabbilit għall-pajjiż esportatur.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>prodott simili<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> għandu jiġi interpretat biex ifisser prodott li jkun identiku, jiġifieri, l-istess f’kull lat, bħall-prodott taħt kunsiderazzjoni, jew fin-nuqqas ta’ prodott bħal dan, prodott ieħor li għalkemm ma jkunx l-istess f’kull lat, ikollu karatteristiċi li jixbħu mill-qrib dawk tal-prodott ikkunsidrat.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Tistabbilixxi dumping<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[…]</P><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>C.</NO.P><TXT>Paragun</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Għandu jsir paragun xieraq bejn il-prezz ta’ l-esportazzjoni u l-valur normali. Dan il-paragun għandu jsir fl-istess livell tal-kummerċ u fir-rigward ta’ bejgħ magħmul, kemm jista’ jkun viċin, fl-istess ħin, u b’kont dovut meħud ta’ differenzi oħra li jaffettwaw il-paragun tal-prezz. Fejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni kif stabbiliti mhumiex fuq bażi daqshekk komparabbli għandu jkun hemm dispożizzjoni, f’forma ta’ aġġustamenti, f’kull każ, fuq il-merti tiegħu, għal differenzi fil-fatturi li huma pretiżi, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragun tal-prezzijiet. Kwalunkwe duplikazzjoni meta jsiru l-aġġustamenti għandha tiġi evitata, b’mod partikolari relattivament fejn jidħlu tnaqqis, ribassi, kwantitajiet u l-livell tal-kummerċ. Fejn il-kondizzjonijiet speċifikati huma milħuqa, il-fatturi li għalihom jista jsir aġġustament huma mniżżla kif ġej.</TXT><P>[…]</P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>D.</NO.P><TXT>Il-Marġini ta’ Dumping</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Soġġetti għad-disposizzjonijiet rilevanti li jirregolaw paragun xieraq, l-eżistenza ta’ marġini ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għandha normalment tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ paragun ta’ valur normali medju peżat ma’ medja peżata tal-prezzijiet tat-tran[ża]zzjonijiet kollha ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità, jew b’paragun tal-valuri normali individwali u l-prezzijiet individwali ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità fuq bażi ta’ tran[ża]zzjoni ma tran[ża]zzjoni. Madanakollu, valur normali stabbilit fuq bażi ta’ medja peżata jista’ jiġi mqabbel ma prezzijiet tat-tran[ża]zzjonijiet individwali kollha ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità, jekk hemm mudell ta’ prezzijiet ta’ l-esportazzjoni li ma jaqbilx b’mod sinifikanti fost xerrejja differenti, reġjuni jew perjodi ta’ żmien differenti, u jekk il-metodi speċifikati fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu ma kienux jirriflettu il-grad sħiħ ta’ dumping ipprattikat. Dan il-paragrafu ma għandux iħalli barra l-użu ta’ teħid ta’ kampjuni skond l-Artikolu 17.</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></NP></GR.SEQ></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2), (3) u (8) tal-imsemmi regolament kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-ħsara trid tkun stabbilita billi tkun ibbażata fuq evidenza pożittiva u għandha tinvolvi eżaminazzjoni objettiva kemm ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-volum ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-effett ta’ l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità għall-prodotti simili; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija Komunitarja.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn għandu x’jaqsam il-volum ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, għandu jingħata kas ta’ jekk kienx hemm żjieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, jew f’termini assoluti jew imqabbla mal-produzzjoni u l-konsum fil-Komunità. Fejn għandu x’jaqsam l-effett ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq prezzijiet, għandu jingħata kas ta’ jekk kienx hemm waqgħat sinifikanti fil-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping meta mqabbla mal-prezz ta’ prodott simili ta’ l-industrija Komunitarja, jew jekk l-effett ta’ importazzjonijiet bħal dawn huwiex mod ieħor biex iwaqqa’ l-prezzijiet għal grad sinifikanti jew biex jipprevjeni żjidiet fil-prezz, li setgħu jseħħu, sa grad sinifikanti. L-ebda wieħed jew iktar minn dawn il-fatturi ma jista neċessarjament jagħti gwida deċiżiva.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>L-effett ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għandu jiġi stmat fejn tidħol il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ta’ prodott simili meta dejta disponibbli jippermettu l-identifikazzjoni separata ta’ dik il-produzzjoni fuq il-bażi ta’ kriterji bħall-proċess tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-produtturi u l-profitti. Jekk identifikazzjoni separata bħal din ta’ dik il-produzzjoni ma tkunx possibbli, l-effetti ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għandhom jiġu stmati b’eżaminazzjoni tal-produzzjoni ta’ l-idjaq grupp jew firxa ta’ prodotti, li jinkludu l-prodott simili, li għalih l-informazzjoni neċessarja tista tiġi pprovduta.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawżi u r-Regolament ikkontestat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-appellanti huma kumpanniji stabbiliti fiċ-Ċina, attivi fil-produzzjoni ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar intiżi għall-bejgħ fis-suq nazzjonali jew għall-esportazzjoni, b’mod partikolari lejn l-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>prodott ikkunsidrat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tar-Regolament (KE) Nru 91/2009, tas-<DATE ISO="20090126">26 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jimponi dazju anti‑dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="029" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 29, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-Kunsill impona dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkunsidrat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, il-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim (DSB) tad-WTO adotta r-Rapport tal-Bord tal-Appell kif ukoll ir-Rapport tal-grupp speċjali, emendat bir-rapport tal-Bord tal-Appell, fil-każ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-Komunitajiet Ewropej – Miżuri antidumping definittivi dwar ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar miċ-Ċina<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (WT/DS397). F’dawn ir-rapporti, kien ikkonstatat li l-Unjoni kienet kisret ċertu numru ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tad-WTO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120306">6 ta’ Marzu 2012</DATE>, konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001, tat-<DATE ISO="20010723">23 ta’ Lulju 2001</DATE>, fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti‑dumping u anti-sussidji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 50), il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Avviż dwar il-miżuri anti-dumping li qegħdin fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, wara r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet adottati mid-WTO fit-<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE> mid-DSB fil-KE – Tilwima dwar il-qfieli (DS397) (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 66, p. 29</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont dan l-avviż, il-Kummissjoni bdiet eżami mill-ġdid tal-miżuri antidumping abbażi tar-Regolament Nru 1515/2001, sabiex jiġi ddeterminat il-mod kif kellu jiġi emendat ir-Regolament Nru 91/2009 sabiex jiġi konformi mar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-DSB. Wara dan l-eżami mill-ġdid, fl-<DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-Kunsill adotta r-regolament ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-paragun bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali, il-Kunsill ċaħad it-talbiet għal aġġustament ifformulati, minn ċerti partijiet ikkonċernati, skont l-Artikolu 2(10) tar-regolament bażiku, fir-rigward ta’ differenzi dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni, kif ukoll dwar l-effiċjenza u l-produttività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping, sa fejn, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7)(a) tar-regolament bażiku, il-valur normali kien ġie ddeterminat abbażi ta’ data dwar pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, f’dan il-każ l-Indja, u b’mod partikolari abbażi tad-data pprovduta minn produttur Indjan (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>produttur Indjan<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), il-Kunsill indika, essenzjalment, fil-punti 82, 102 u 109 tar-regolament ikkontestat, li l-paragun tal-valur normali medju peżat u l-medju peżat tal-prezzijiet għall-esportazzjoni kien ġie mwettaq billi ġew esklużi t-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw tipi tal-prodott ikkunsidrat esportati mill-prodotturi-esportaturi Ċiniżi li ebda tip korrispondenti għalihom ma kien prodott u mibjugħ mill-prodottur Indjan. Il-Kunsill speċifika li dan il-metodu kien ġie kkunsidrat bħala l-iktar wieħed affidabbli sabiex jistabbilixxi l-livell ta’ dumping. Fil-fatt, it-tentattiv li jitqabblu t-tipi kollha tal-prodott ikkunsidrat esportati mill-prodotturi-esportaturi Ċiniżi ma’ tipi li jixbhu ħafna prodotti manifatturati u mibjugħa mill-prodottur Indjan kien iwassal għal konklużjonijiet żbaljati. Barra minn hekk, il-Kunsill spjega li huwa kien jikkunsidra li t-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni użati għall-kalkolu tad-dumping kienu jirrappreżentaw it-tipi kollha tal-prodott ikkunsidrat esportati mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-regolament ikkontestat naqqas id-dazju antidumping, stabbilit bir-Regolament Nru 91/2009, għal 38.3 % għal Changshu City Standard Parts Factory u żamm id-dazju stabbilit għal Ningbro Jinding Fastener għal 64.3 %.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20121224">24 ta’ Diċembru 2012</DATE>, kull wieħed mir-rikorrenti ppreżenta rikors intiż għall-annullament tar-regolament ikkontestat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20140506">6 ta’ Mejju 2014</DATE>, il-Kawżi T‑558/12 u T‑559/12 ingħaqdu għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikorsi tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti invokaw żewġ motivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-ewwel motiv kien ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(7)(a), (8), (9) u (11) kif ukoll tal-Artikolu 9(5) tar-regolament bażiku, tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll l-Artikolu 2.4.2 tal-ftehim antidumping. Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti kkritikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li eskludew, għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping, it-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw tipi tal-prodott ikkunsidrat esportati mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi li għalihom ebda tip korrispondenti ma kien prodott jew mibjugħ mill-produttur Indjan. 38 % tal-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ Changshu City Standard Parts Factory u 43 % ta’ dawk ta’ Ningbro Jinding Fastener kienu għalhekk esklużi mill-kalkolu tal-marġni ta’ dumping.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>It-tieni motiv kien ibbażat, primarjament, fuq il-ksur tal-Artikolu 2(10) tar-regolament bażiku u tal-Artikolu 2.4 tal-ftehim antidumping kif ukoll, sussidjarjament, fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE. Dan kien jirrigwarda ċ-ċaħda tat-talbiet għal aġġustament li r-rikorrenti kienu ressqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet iż-żewġ motivi tar-rikorrenti u r-rikorsi fl-intier tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tilqa’ t-talbiet imressqa minnhom fil-kuntest tar-rikorsi li huma ppreżentaw quddiem il-Qorti Ġenerali u tannulla r-regolament ikkontestat, sa fejn jikkonċerna lilhom, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti minnhom fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-appelli jiġu miċħuda u li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż relatati mal-appelli u mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appelli bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, li tiċħad l-appelli bħala infondati, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20150922">22 ta’ Settembru 2015</DATE>, il-Kawżi C‑376/15 P u C‑377/15 P ingħaqdu flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali, kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appelli</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Insostenn tal-appelli tagħhom, l-appellanti jqajmu żewġ aggravji. L-ewwel aggravju jirrigwarda l-esklużjoni ta’ ċerti tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping. It-tieni aggravju jirrigwarda ċ-ċaħda, mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tat-twettiq ta’ ċerti aġġustamenti fil-kuntest tal-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-appell fil-Kawża C‑377/15 P</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni teċċepixxi l-inammissibbiltà tal-appell fil-Kawża C‑377/15 P, billi dan huwa identiku għall-appell fil-Kawża C‑376/15 P. Għalhekk teżisti identiċità tal-partijiet, tal-atti kkontestati, tas-sentenza appellata u tal-argumenti. L-appell fil-Kawża C‑377/15 P, li ġie ppreżentat l-aħħar, huwa konsegwentement inammissibbli minħabba <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, rikors ippreżentat sussegwentement għal ieħor, bejn l-istess partijiet, ibbażat fuq l-istess motivi u li huwa intiż għall-annullament tal-istess att ġuridiku, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli minħabba raġuni ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Diputación Foral de Vizcaya <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/09 P sa C‑470/09 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:372">EU:C:2011:372</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-appelli fil-Kawżi C‑376/15 P u C‑377/15 P huma bejn l-istess partijiet. Barra minn hekk, fl-appell fil-Kawża C‑377/15 P jirriproduċi kelma b’kelma l-appell fil-Kawża C‑376/15 P. Dawn iż-żewġ appelli huma għalhekk ibbażati fuq żewġ aggravji identiċi, intiżi għall-annullament tal-istess sentenza tal-Qorti Ġenerali u tal-istess att ġuridiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li l-appell fil-Kawża C‑377/15 P ġie ppreżentat wara dak fil-Kawża C‑376/15 P, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli minħabba raġuni ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju fil-Kawża C‑376/15 P</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju jirrigwarda r-raġunament tal-Qorti Ġenerali li jinsab fil-punti 61 sa 90 tas-sentenza appellata. Dan huwa maqsum fi tliet partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-obbligu li tipproċedi b’paragun tat-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku u tal-Artikolu 2.4.2 tal-ftehim antidumping. Skont huma, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati bħala li jeħtieġu li l-bejgħ tal-esportazzjoni kollu tal-prodott ikkunsidrat, kif ġie ddefinit waqt il-ftuħ tal-investigazzjoni, għandu jkun inkluż fil-paragun għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping. Din l-interpretazzjoni tirriżulta mill-kliem tal-imsemmja dispożizzjonijiet kif ukoll mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ikea Wholesale</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑351/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Diffikultajiet addizzjonali eventwali marbuta mal-applikazzjoni tal-metodu magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>tal-pajjiż analogu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ma jippermettux li ssir deroga mir-regoli li jirrigwardaw id-determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti jaffermaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta amalgamat l-obbligi ddikjarati fl-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku u fl-Artikolu 2.4.2 tal-ftehim antidumping, minn naħa, u l-obbligi fil-qasam tal-komparabbiltà tal-prezzijiet iddikjarati fl-Artikolu 2(10) ta’ dan ir-regolament u fl-Artikolu 2.4 ta’ dan il-ftehim, min-naħa l-oħra. Huma jippreċiżaw, f’dan ir-rigward, li l-konformità tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping mal-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku u mal-Artikolu 2.4.2 tal-ftehim antidumping ma għandhiex tiġi evalwata abbażi<?PAGE NO="8"?> tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>prezzijiet paragunabbli<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, kif iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 61 tas-sentenza appellata, iżda fuq il-bażi tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>tranżazzjonijiet paragunabbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Għat-tranżazzjonijiet paragunabbli kollha, il-prezzijiet għandhom isiru paragunabbli, konformement mal-Artikolu 2(10) tar-regolament bażiku u mal-Artikolu 2.4 tal-ftehim antidumping, li kien ikun possibbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti jsostnu, sussidjarjament, li l-analiżi tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>paragun xieraq<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> imwettqa mill-Qorti Ġenerali ma hijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(10) u (11) tar-regolament bażiku u mal-Artikoli 2.4 u 2.4.2 tal-ftehim antidumping. Għalhekk, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali eżaminat, b’mod żbaljat, jekk l-użu ta’ metodi oħra ta’ determinazzjoni tal-valur normali setax iwassalha għal paragun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>iktar xieraq<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> minn dak imwettaq mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. It-tieni nett, l-analiżi tal-Qorti Ġenerali tikkonferma li ma kienx impossibbli, iżda biss iktar diffiċili, għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni li josservaw l-Artikolu 2(10) u (11) tar-regolament bażiku. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat tat importanza lill-kwistjoni ta’ jekk l-appellanti kinux ikkooperaw jew le mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jindikawlhom b’liema mod huma setgħu josservaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 2(10) u (11) tar-regolament bażiku u taħt l-Artikoli 2.4 u 2.4.2 tal-ftehim antidumping. Ir-raba’ nett, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>rappreżentattività<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tat-tranżazzjonijiet eżaminat mill-Qorti Ġenerali fil-punti 81 u 83 tas-sentenza appellata, huwa irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkontestaw l-argumenti tal-appellanti. Preliminarjament, il-Kummissjoni ssostni li l-ewwel aggravju huwa inammissibbli peress li dawn tal-aħħar jikkontestaw l-evalwazzjoni tal-fatti magħmula mill-Qorti Ġenerali u ma jidentifikawx żball ta’ liġi li din tal-aħħar allegatament wettqet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li dan l-aggravju huwa ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Primarjament, fir-rigward tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, il-Kunsill u l-Kummissjoni jsostnu, minn naħa, li l-Qorti Ġenerali ġustament irrifjutat milli tapplika s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ikea Wholesale</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑351/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) għall-każ preżenti u, min-naħa l-oħra, li l-interpretazzjoni sostnuta mill-appellanti ma hijiex ikkorroborata mir-rapporti tad-DSB. Il-Kummissjoni tirrileva wkoll li l-Artikoli 2.4 u 2.4.2 tal-ftehim antidumping iħaddnu fihom il-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>paragun xieraq<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Issa, l-Artikolu 2(10) u (11) tar-regolament bażiku huwa intiż sabiex jittrasponi, fid-dritt tal-Unjoni, l-Artikolu 2.4 tal-ftehim antidumping u għalhekk jagħti s-supremazija lill-imsemmi prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, il-Kunsill u l-Kummissjoni jsostnu, essenzjalment, li l-formulazzjoni tar-regolament bażiku u dik tal-ftehim antidumping jindikaw li r-rekwiżit ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>paragun xieraq<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> għandu jipprevali fuq l-obbligu li jiġi kkalkolat il-marġni ta’ dumping abbażi tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni kollha. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku jesponi l-metodi speċifiċi tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping iżda ma jissostitwixxix ir-rekwiżit ġenerali ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>paragun xieraq<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> previst fl-Artikolu 2(10) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, il-Kunsill u l-Kummissjoni jirrilevaw, l-ewwel nett, li l-appellanti jidhru li qed jimplikaw li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kellhom jagħżlu l-approċċ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>l-iktar xieraq possibbli<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li huwa legalment żbaljat. It-tieni nett, l-approċċ meħud mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni kien ikun ġust, u dan minħabba l-assenza ta’ informazzjoni fuq il-prezzijiet tal-prodotti mhux mibjugħa mill-prodottur Indjan. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali ġustament qieset li l-appellanti kellhom u setgħu jsostnu l-pretensjonijiet tagħhom. Ir-raba’ nett, skont il-Kummissjoni, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>rappreżentattività<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> huwa rilevanti u għandu jiġi evalwat fuq il-livell mhux ta’ kull prodottur-esportatur, iżda fuq il-livell tat-tranżazzjonijiet kollha tal-prodott ikkunsidrat. Barra minn hekk, l-esklużjoni tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni kienet totalment każwali u ma kellhiex bħala għan li tinfluwenza l-eżitu tal-analiżi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-Evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, din ma hijiex kompetenti sabiex tikkonstata l-fatti u lanqas, bħala prinċipju, sabiex teżamina l-provi li l-Qorti Ġenerali qieset insostenn ta’ dawn il-fatti. Fil-fatt, ladarba dawn il-provi jkunu nkisbu b’mod regolari, u l-prinċipji ġenerali tal-liġi kif ukoll ir-regoli ta’ proċedura applikabbli fir-rigward tal-oneru u tal-amministrazzjoni tal-prova jkunu ġew osservati, hija biss il-Qorti Ġenerali li tista’ tevalwa l-valur li għandu jingħata lill-provi li jkunu tressqu quddiemha. Din l-evalwazzjoni għalhekk ma tikkostitwixxix, ħlief fil-każ tal-iżnaturament ta’ dawn il-provi, kwistjoni ta’ liġi suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Bl-argumenti li huma jinvokaw insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jikkritikaw, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali, primarjament, li pproċediet b’interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku u tal-Artikolu 2.4.2 tal-ftehim antidumping u, sussidjarjament, li wettqet analiżi li tikser l-Artikolu 2(10) u (11) ta’ dan ir-regolament u l-Artikoli 2.4 u 2.4.2 ta’ dan il-ftehim. Kuntrarjament għal dak li tallega l-Kummissjoni, dawn l-argumenti ma jikkontestawx l-evalwazzjoni tal-fatti magħmula mill-Qorti Ġenerali iżda jikkontestaw l-interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt li din tal-aħħar wettqet. L-appellanti jidentifikaw għalhekk żbalji ta’ liġi li, skont huma, jivvizzjaw is-sentenza appellata. L-imsemmija argumenti jirrigwardaw għalhekk kwistjonijiet ta’ dritt li jistgħu jkunu suġġetti għal evalwazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ dan l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument imqajjem mill-Kummissjoni dwar l-inammissibbiltà ta’ dan l-aggravju ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-natura ineffettiva tal-ewwel aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-ewwel aggravju huwa ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tilqa’ dan l-aggravju, billi tiddeċiedi, b’mod partikolari, li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku u tal-Artikolu 2.4.2 tal-ftehim antidumping hija żbaljata, is-sentenza appellata tkun vvizzjata minn żball ta’ liġi li jwassal għall-annullament tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argument imqajjem mill-Kummissjoni dwar in-natura ineffettiva ta’ dan l-aggravju ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>L-appellanti jikkontestaw ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali li jinsab fil-punti 61 sa 90 tas-sentenza appellata. Dan ir-raġunament huwa, skont huma, ivvizzjat minn żball ta’ liġi, peress li huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata, b’mod partikolari, tal-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni, u b’mod partikolari fil-qasam tal-miżuri ta’ difiża kummerċjali, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa minħabba l-kumplessità tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi, politiċi u ġuridiċi li għandhom jeżaminaw. Peress li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku jippreżupponi l-evalwazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ evalwazzjoni bħal din għandha tiġi limitata għall-verifika tal-osservanza tar-regoli tal-proċedura, tal-eżattezza materjali tal-fatti kkonstatati sabiex issir l-għażla kkontestata, tal-assenza ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti jew tal-assenza ta’ abbuż ta’ poter (ara, f’dan is-sens,<?PAGE NO="10"?> is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ikea Wholesale</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑351/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill u Il-Kummissjoni vs Interpipe Niko tube u Interpipe NTRP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑191/09 P u C‑200/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:78">EU:C:2012:78</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Sabiex laħqet il-konklużjoni, fil-punt 90 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill ma kien wettaq ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni billi eskluda mill-kalkolu tal-marġni ta’ dumping it-tipi ta’ prodotti li ma jikkorrispondu ma’ ebda wieħed mill-prodotti manifatturati u mibjugħa mill-produttur Indjan, b’tali mod li r-regolament ikkontestat ma kienx jikser l-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku u lanqas l-Artikolu 2.4.2 tal-ftehim antidumping, il-Qorti Ġenerali eżaminat, kif jirriżulta mill-punt 61 tas-sentenza appellata, jekk approċċ bħal dan kienx possibbli abbażi tal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 2.4.2 tal-ftehim antidumping li, minn naħa, jipprevedu li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet kollha ta’ esportazzjoni paragunabbli mal-valur normali u li, min-naħa l-oħra, jirreferu għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolaw il-paragun xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Qabel kollox, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 63 ta’ din is-sentenza, li, għalkemm it-tipi tal-prodott ikkunsidrat setgħu jiġu meqjusa bħala paragunabbli, dan ma kienx il-każ tal-prezzijiet tat-tipi ta’ dan il-prodott li ma kinux immanufatturati jew mibjugħa minn dan il-prodottur. Għaldaqstant, skont il-Qorti Ġenerali, l-assenza ta’ prezzijiet ta’ uħud mit-tipi tal-prodott ikkunsidrat, għalkemm simili, kienet tivvizzja t-twettiq tal-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Sussegwentement, hija ddeċidiet, fil-punti 71, 80 u 84 tal-imsemmija sentenza, li, minħabba r-riskju ta’ nuqqas ta’ preċiżjoni fil-każ ta’ użu ta’ metodi ta’ kalkolu tal-valur normali tal-prodotti li ma nbigħux mill-produttur Indjan, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kienu intitolati li jikkonkludu li l-approċċ li kienu pproponew kien ġust u li l-użu ta’ dawn il-metodi ma kienx ser jiggarantixxi paragun iktar preċiż jew iktar xieraq. Fl-aħħar nett, fil-punt 85 tal-istess sentenza, hija eskludiet ir-rilevanza tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ikea Wholesale</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑351/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) għar-raġuni li, kuntrarjament għal dan il-każ, fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, il-marġni ta’ dumping ma kienx ġie kkalkolat abbażi ta’ rappreżentazzjoni sinjifikattiva tat-tipi tal-prodott ikkunsidrat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Meta għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali qieset li, fil-kuntest tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping, konformement mal-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni setgħu jeskludu minn dan il-kalkolu ċerti tranżazzjonijiet fuq l-esportazzjoni, fl-assenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>prezzijiet paragunabbli<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u f’ċirkustanzi fejn l-ebda metodu ieħor ta’ kalkolu ma kien jippermettilha li twettaq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>paragun iktar xieraq<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, peress li l-imsemmi kalkolu kien twettaq fuq il-bażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>rappreżentazzjoni sinjifikattiva<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> tat-tipi ta’ prodott ikkunsidrat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk, kif isostnu l-appellanti, dan ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwiex ivvizzjat minn żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, sabiex jiġi ddeterminat jekk, konformement mal-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhomx jieħdu inkunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni jew jekk humiex ħielsa li jeskludu wħud minn dawn it-tranżazzjonijiet, għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping, hemm lok li ssir analiżi tal-kliem, il-kuntest u l-għanijiet ta’ din id-dispożizzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Angerer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:239">EU:C:2015:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabel kollox, tal-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jiġi rrilevat li hija tipprevedi żewġ metodi ta’ paragun tal-valur normali u tal-prezz tal-esportazzjoni: metodu magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>simetriku<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ibbażat jew fuq il-paragun ta’ valur normali medju peżat mal-medja peżata tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni, jew fuq il-paragun ta’ tranżazzjoni ma’ tranżazzjoni, u metodu magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>asimetriku<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, ibbażat fuq il-paragun ta’ valur normali medju peżat mal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet kollha individwali lejn l-Unjoni. Ikun liema jkun il-metodu ta’ paragun, l-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku jirriferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>esportazzjonijiet [kollha] lill-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.<?PAGE NO="11"?> Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 71 tal-konklużjonijiet tiegħu, din il-formulazzjoni tippermetti li jiġi kkunsidrat li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jistgħux jeskludu mill-kalkolu tal-marġni ta’ dumping it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni relatati ma’ ċerti tipi tal-prodott ikkunsidrat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-għan segwit mill-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku, jirriżulta minn din id-dispożizzjoni li l-metodi kemm simetriċi kif ukoll asimetriċi tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping għandhom jirriflettu l-portata reali ta’ dumping ipprattikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-esklużjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni relatati ma’ ċerti tipi tal-prodott ikkunsidrat mill-kalkolu tal-marġni ta’ dumping tmur kontra dan il-għan. Fil-fatt, il-korollarju ta’ tali esklużjoni hija l-impossibbiltà għal dawn l-istituzzjonijiet li jkejlu l-impatt li dawn it-tranżazzjonijiet jista’ jkollhom fuq l-imsemmi kalkolu, b’tali mod li l-imsemmija istituzzjonijiet ma jistgħux jiżguraw li l-marġni ta’ dumping ikkalkolat jirrifletti l-portata reali ta’ dumping ipprattikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kuntest tal-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku, jirriżulta mill-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Il-Prinċipji<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, li l-investigazzjoni antidumping tikkonċerna prodott speċifiku, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>prodott ikkunsidrat<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, definit mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-ftuħ ta’ din l-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 1(2) tal-imsemmi regolament jipprovdi li prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala li huwa l-oġġett ta’ dumping jekk il-prezz tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni jkun inqas mill-prezz paragunabbli għal prodott simili fil-pajjiż esportatur. Barra minn hekk, l-Artikolu 1(4) tal-istess regolament jipprevedi li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regolament bażiku, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>prodott simili<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> għandu jiġi interpretat biex ifisser prodott identiku għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>prodott ikkunsidrat<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Għalhekk huwa abbazi tad-definizzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>prodott ikkunsidrat<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, kif proposta mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-ftuħ tal-investigazzjoni, li huwa kkalkolat il-marġni ta’ dumping.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Bl-istess mod, jirriżulta mill-Artikolu 3(2), (3) u (8) tar-regolament bażiku, li jirreferi għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>prodott simili<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, li huwa abbażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>prodott ikkunsidrat<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiddeterminaw jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx dannu minħabba l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 64 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-definizzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>prodott ikkunsidrat<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fil-ftuħ tal-investigazzjoni, ma jfissirx li huwa pprojbit lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jaqsmu dan il-prodott f’tipi jew f’mudelli ta’ prodotti separati u li jibbażaw ruħhom fuq paraguni bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, mudell b’mudell jew tip b’tip.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, jibqa’ l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma meħtieġa jistabbilixxu, b’mod konformi ma’ din id-definizzjoni, marġni globali ta’ dumping għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>prodott ikkunsidrat<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fl-assjem tiegħu. Kull interpretazzjoni oħra twassal sabiex tagħtihom il-possibbiltà li jinfluwenzaw l-eżitu tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping, billi jipproċedu bl-esklużjoni ta’ wieħed jew iktar tipi jew mudelli ta’ prodotti tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>prodott ikkunsidrat<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> kif definit fil-ftuħ tal-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fir-rigward tal-formulazzjoni tiegħu, l-għan tiegħu u l-kuntest li fih huwa mdaħħal, l-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku ma jistax jiġi interpretat bħala li jippermetti l-esklużjoni mill-kalkolu tal-marġni ta’ dumping it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni relatati ma’ ċerti tipi tal-prodott ikkunsidrat. Għall-kuntrarju, jirriżulta minn din id-dispożizzjoni li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-assjem ta’ dawn it-tranżazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li ebda wieħed mill-argumenti mressqa mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar l-intepretazzjoni tal-Artikolu 2.4.2 tal-ftehim antidumping ma jista’ jikkontesta din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija konklużjoni hija korroborata mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ikea Wholesale</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑351/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fiha, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret il-kliem tal-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku, li jindika li l-valur normali medju peżat għandu jiġi pparagunat ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>medja stabbilita tal-prezzijiet ta’ transazzjonijiet [kollha] ta’ esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> lejn l-Unjoni. Sussegwentement hija ddeċidiet li l-Kunsill kien wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ma kkalkolax il-marġni ta’ dumping globali meta bbaża ruħu fuq paraguni li jirriflettu kompletament il-prezzijiet kollha tal-esportazzjoni paragunabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Ċertament, din is-sentenza kienet tirrigwarda l-użu tal-metodu magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>tnaqqis għal żero<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> tal-marġni ta’ dumping negattivi meta jiġi kkalkolat il-marġni ta’ dumping globali, li hija kwistjoni separata minn dik, inkwistjoni fil-kawża preżenti, tal-esklużjoni ta’ ċerti tranżazzjonijiet ta’ dan il-kalkolu minħabba l-assenza ta’ prodotti korrispondenti manifatturati u mibjugħa mill-produttur tal-pajjiż analogu. Mandankollu, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 82 tal-konklużjonijiet tiegħu, kemm il-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza u l-kawża preżenti jikkonċernaw in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-prezzijiet ta’ ċerti tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni fil-kalkolu tal-marġni ta’ dumping. Ftit li xejn huwa rilevanti, f’dan ir-rigward, li, f’din il-kawża, il-prezzijiet ta’ ċerti tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ġew kompletament injorati, filwaqt li fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ikea Wholesale</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑351/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dawn il-prezzijiet ġew injorati biss parzjalment, fis-sens li kienu, essenzjalment, ġew emendati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>B’differenza mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt 85 tas-sentenza appellata, iċ-ċirkustanza li, f’dan il-każ, il-marġni ta’ dumping kien ikkalkolat abbażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>rappreżentazzjoni sinjifikattiva<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> tat-tipi ta’ prodott ikkunsidrat ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jeskludi r-rilevanza tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ikea Wholesale</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑351/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, minbarra l-fatt li l-appellanti jikkontestaw ir-rappreżentattività tat-tranżazzjonijiet meħuda inkunsiderazzjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jikkalkolaw il-marġni ta’ dumping, ma hemm xejn fl-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku li jippermetti li jiġi kkalkolat dan il-marġni abbażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>rappreżentazzjoni sinjifikattiva<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tat-tipi tal-prodott ikkunsidrat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi vverifikat jekk, minkejja l-portata tal-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku, kif ippreċiżata fil-punt 61 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat ġustament, fil-punt 64 tas-sentenza appellata, li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ġustament eskludew tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni relatati ma’ ċerti tipi tal-prodott ikkunsidrat, peress li, għal dawn it-tipi ta’ prodotti, ma kinux jeżistu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>prezzijiet paragunabbli<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> u li l-użu ta’ metodu ieħor ta’ kalkolu tal-valur normali ma kienx jiggarantixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>paragun iktar xieraq<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tal-assenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>prezzijiet paragunabbli<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku, il-marġni ta’ dumping huwa kkalkolat billi jsir paragun tal-valur normali u tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>soġġetti għad-disposizzjonijiet rilevanti li jirregolaw paragun xieraq<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. Din l-aħħar frażi tirreferi għall-Artikolu 2(10) ta’ dan ir-regolament, li jipprevedi li, fil-każ li l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu pparagunati b’mod xieraq, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, f’forma ta’ aġġustamenti, id-differenzi kkonstatati fil-fatturi li fir-rigward tagħhom huwa pretiż u pprovat li jaffettwaw il-prezzijiet. Il-paragunabbiltà tal-prezzijiet għalhekk hija meħuda inkunsiderazzjoni mhux fil-kuntest tal-Artikolu 2(11) tal-imsemmi regolament, iżda fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(10) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, kif jirriżulta mill-punti 57 u 61 ta’ din is-sentenza u abbażi tad-definizzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>prodott ikkunsidrat<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, kif proposta mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-ftuħ tal-investigazzjoni, li l-marġni ta’ dumping għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku, mingħajr ma ebda tip jew mudell ta’ dan il-prodott jista’ jiġi eskluż minn dan il-kalkolu. Min-naħa l-oħra, sabiex dan il-kalkolu jkun jista’ jiġi mwettaq, huwa xieraq, għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li jwettqu paragun tal-prezzijiet filwaqt li jieħdu kont, f’forma ta’ aġġustamenti, tad-differenzi li jaffettwaw dawn il-prezzijiet, fis-sens tal-Artikolu 2(10) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kellhom id-dritt li jeskludu tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni relatati ma’ ċerti tipi tal-prodott ikkunsidrat sa fejn ma kinux jeżistu iktar, għal dawn it-tipi ta’ prodotti, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>prezzijiet paragunabbli<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi ppreċiżat li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 78 tal-konklużjonijiet tiegħu, fil-prattika, f’każ bħal dak preżenti, fejn il-prodottur tal-pajjiż analogu la jipproduċi u lanqas ma jbigħ ċertu tip ta’ prodott, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jew jiddeċiedu li jeskludu dan it-tip ta’ prodott mid-definizzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>prodott ikkunsidrat<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, jew jistabbilixxu l-valur normali għall-imsemmi tip, b’tali mod li jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ta’ dan l-istess tip ta’ prodott fil-kuntest tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-fatt li l-użu ta’ metodu ieħor ta’ kalkolu tal-valur normali ma kienx jiggarantixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>paragun iktar xieraq<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, filwaqt li minn qari flimkien tal-paragrafi 10 u 11 tal-Artikolu 2 tar-regolament bażiku jirriżulta li l-kalkolu tal-marġni ta’ dumping għandu jkun ibbażat fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>paragun xieraq<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>paragun iktar xieraq<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> ma jidher imkien f’dawn id-dispożizzjonijiet. Anki jekk ir-rilevanza ta’ dan il-kunċett kellha tiġi aċċettata, għandu jiġi rrilevat li, hekk kif jirriżulta mill-punt 61 ta’ din is-sentenza, l-esklużjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala mod biex jiġi żgurat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>paragun xieraq<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>. Għaldaqstant, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-użu ta’ metodu differenti ta’ kalkolu tal-valur normali ma kienx jiggarantixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>paragun iktar xieraq<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punti 61 sa 90 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill seta’ jeskludi mill-kalkolu tal-marġni ta’ dumping it-tipi ta’ prodotti li ma kienu jikkorrispondu ma ebda wieħed mill-prodotti manifatturati u mibjugħa mill-prodottur Indjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel aggravju għandu jintlaqa’ u s-sentenza appellata għandha tiġi annullata, mingħajr ma hemm il-bżonn li jiġu eżaminati la l-argumenti l-oħra mqajma fil-kuntest tal-ewwel aggravju u lanqas it-tieni aggravju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din tal-aħħar, f’każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tista’ hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża. Dan huwa l-każ fil-kawża ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 52 sa 72 ta’ din is-sentenza, billi qies, fil-punti 82, 102 u 109 tar-regolament ikkontestat, li għandhom jiġu esklużi t-tipi ta’ prodotti esportati mill-prodotturi-esportaturi Ċiniżi li għalihom ebda tip korrispondenti ma kien prodott u mibjugħ mill-prodottur Indjan, il-Kunsill kiser l-Artikolu 2(11) tar-regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li r-regolament ikkontestat jiġi annullat sa fejn jikkonċerna l-appellanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill tilef, hemm lok li jiġi kkundannat għall-ispejjeż kif mitlub mill-appellanti, kemm l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza fil-Kawżi T‑558/12 u T‑559/12 kif ukoll dawk relatati mal-proċedura tal-appell fil-Kawża C‑376/15 P. Min-naħa l-oħra, peresss li l-Kunsill talab il-kundanna tal-appellanti għall-ispejjeż, hemm lok li dawn tal-aħħar jiġu kkundannati għall-ispejjeż relatati mal proċedura tal-appell fil-Kawża C‑377/15 P.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura tal-appell skont l-Artikolu 184(1) tal-istess regoli, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jintervjenu fit-tilwima għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza fil-Kawżi T‑558/12 u T‑559/12 kif ukoll dawk relatati mal-proċedura tal-appell fil-Kawżi C‑376/15 P u C‑377/15 P.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑558/12 u T‑559/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:237">EU:T:2015:237</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal‑<DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn jirrigwarda lil Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell fil-Kawża C‑377/15 P huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd, relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza fil-Kawżi T‑558/12 u T‑559/12 kif ukoll ma’ dik tal-appell fil-Kawża C‑376/15 P.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati mal-proċedura tal-appell fil-Kawża C‑377/15 P.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">6)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-proċeduri fl-ewwel istanza fil-Kawżi T‑558/12 u T‑559/12 kif ukoll ma’ dawk tal-appell fil-Kawżi C‑376/15 P u C‑377/15 P.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>