<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-541/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0541</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:725">EU:C:2019:725</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190912">12.9.2019</DATE> – Kawża C‑541/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Deutsches Patent- und Markenamt (#darferdas?)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20190912">12 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trade marks</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/95/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Karattru distintiv</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sinjal b’hashtag</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑541/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20180821">21 ta’ Awwissu 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AS</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Deutsches Patent- und Markenamt,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, C. Lycourgos, E. Juhász, M. Ilešič (Relatur) u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal AS, minn C. Rohnke, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u M. L. Noort, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn T. Scharf u É. Gippini Fournier kif ukoll minn J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 299, p. 25</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn AS u Deutsches Patent- und Markenamt (l-Uffiċċju Ġermaniż tal-Privattivi u tat-Trade Marks, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>DPMA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal b’hashtag #darferdas? bħala trade mark.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/95, li abrogat u ssostitwixxiet l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-<DATE ISO="19881221">21 ta’ Diċembru 1988</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) ġiet hi stess abrogata u ssostitwita, b’effett mill-<DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, bid-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 336, p. 1</REF.DOC.OJ>). Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti li wasslu għat-tilwima fil-kawża prinċipali, dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jiġi eżaminat fid-dawl tad-Direttiva 2008/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/95 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Trade mark tista’ tikkonsisti minn xi sinjal li jista’ jiġi magħmul grafikament, b’mod partikolari bi kliem li jinkludu ismijiet personali, disinn, ittri, numri, l-għamla tal-merkanzija jew l-imballaġġ tagħhom, basta li tali sinjali jistgħu jiddistingwu l-merkanzija jew is-servizzi ta’ impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-segwenti m’għandhomx jiġu reġistrati jew, jekk jiġu reġistrati, għandhom ikunu suxxettibbli għal dikjarazzjoni ta’ nullità:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>trade marks li ma għandhom l-ebda karatteristika distintiva;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Trade mark m’għandhiex tiġi rifjutata reġistrazzjoni jew tiġi dikjarata nulla skond il-paragrafu 1 (b), (c) jew (d) jekk, qabel id-data ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u wara l-użu magħmul minnha, hi akkwistat karattru distintiv.[…]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95 ġie traspost fid-dritt Ġermaniż permezz tal-punt 1 tal-Artikolu 8(2) tal-Gesetz über den Schutz von Marken und sonstigen Kennzeichen (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Trade Marks u ta’ Sinjali Distintivi Oħra) tal-<DATE ISO="19941025">25 ta’ Ottubru 1994</DATE> (BGBl. 1994 I, p. 3082. Din id-dispożizzjoni tipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[g]ħandha tiġi rrifjutata r-reġistrazzjoni ta’ trade marks […] li ma għandhomx karattru distintiv għall-prodotti jew servizzi kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>AS talbet lid-DPMA jirreġistra s-sinjal b’hashtag #darferdas? bħala trade mark għal prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif irrivedut u emendat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-prodotti li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħhom kienu jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ħwejjeġ (b’mod partikolari tee-shirts), żraben u kpiepel<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-DPMA ċaħad l-applikazzjoni peress li s-sinjal inkwistjoni, fl-opinjoni tiegħu, ma kellu l-ebda karattru distintiv fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 8(2) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Trade Marks u ta’ Sinjali Distintivi Oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>AS ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Bundespatentgericht (il-Qorti Federali tal-Privattivi, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20170503">3 ta’ Mejju 2017</DATE>, din il-qorti ċaħdet ir-rikors. L-imsemmi sinjal kien jirrappreżenta serje ta’ karattri u ta’ kliem imwaħħla flimkien essenzjalment komposti minn kliem komuni tal-lingwa Ġermaniża. Kien jikkostitwixxi biss preżentazzjoni stilistika ta’ suġġett ta’ diskussjoni. Il-hashtag kienet tindika biss li l-pubbliku huwa mistieden jiddiskuti l-mistoqsija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/><HT TYPE="ITALIC">Darf er das</HT>?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Huwa awtorizzat jagħmel dan?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Il-pubbliku kien jifhem din id-domanda, li tpoġġiet b’mod partikolari fuq quddiem tat-tee-shirts, kif inhi, jiġifieri sempliċi formulazzjoni interrogattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>AS appellat minn dan id-digriet quddiem il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, ma jistax jiġi eskluż li l-użu tas-sinjal inkwistjoni fuq quddiem ta’ ħwejjeġ jikkorrispondi biss għal mod ta’ użu fost oħrajn. Dan is-sinjal seta’ jitpoġġa wkoll fuq it-tikketta meħjuta fuq ġewwa tal-ħwejjeġ. F’dan il-każ, il-pubbliku jista’ jipperċepixxi l-imsemmi sinjal bħala trade mark, jiġifieri bħala indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li mill-ġurisprudenza tagħha stess jirriżulta li, sabiex sinjal jitqies bħala li għandu karattru distintiv u għaldaqstant bħala li huwa adatt sabiex jiġi rreġistrat bħala trade mark, ma huwiex neċessarju li kull użu konċepibbli ta’ dan is-sinjal għandu jkun użu bħala trade mark. Huwa suffiċjenti li dan ikun plawżibbli u li jkunu jeżistu possibbiltajiet sinjifikattivi fil-prattika li l-imsemmi sinjal jintuża għall-prodotti u servizzi li għalihom tkun intalbet il-protezzjoni tagħha b’tali mod li l-pubbliku jkun jista’ jipperċipixxiha mingħajr diffikultajiet bħala trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tqis li dan l-approċċ jista’ jiġi kkonċiljat mal-punt 55 tad-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Deichmann vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑307/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:254">EU:C:2012:254</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li skontu l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE> dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) ma setgħax jiġi interpretat fis-sens li kien jobbliga lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) li jwettaq l-eżami konkret tal-karattru distintiv fuq użi tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha minbarra dak identifikat bħala l-iktar probabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li kellha dubji f’dan ir-rigward, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja din id-domanda preliminari dwar l-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Sinjal ikollu karattru distintiv meta jkun hemm possibbiltajiet sinjifikattivi fil-prattika u plawżibbli li dan jintuża sabiex jindika l-oriġini kummerċjali tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati, anki jekk dan ma jkunx l-iktar użu probabbli tas-sinjal?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Jeħtieġ jitfakkar li, skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/95, kull sinjal li jkun is-suġġett ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark individwali għandu, sabiex ikun jista’ jiġi rreġistrat bħala tali, jissodisfa diversi kundizzjonijiet, fosthom dik li għandu jkun adatt sabiex jiddistingwi l-prodotti jew is-servizzi ta’ impriża minn dawk ta’ impriżi oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ma jistax jiġi eskluż <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> li sinjal verbali akkumpanjat minn sinjal b’hashtag, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa adatt sabiex jidentifika l-prodotti jew is-servizzi li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħhom bħala li joriġinaw minn impriża partikolari u b’hekk jissodisfa l-kundizzjoni suesposta. Fil-fatt, huwa possibbli li tali sinjal jiġi ppreżentat lill-pubbliku b’rabta ma’ prodotti jew servizzi u jkun adatt li jissodisfa l-funzjoni essenzjali ta’ trade mark, li hija dik li tindika l-oriġini kummerċjali tal-prodotti jew tas-servizzi previsti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk dan huwiex il-każ, l-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji kompetenti għandhom ifittxu li jsiru jafu jekk is-sinjal inkwistjoni għandux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>karattru distintiv<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/95. Dan il-karattru distintiv jista’ jkun intrinsiku, fis-sens tal-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu, jew ġie akkwistat bl-użu fis-sens tal-paragrafu 3 ta’ dan tal-aħħar (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140619">19 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Oberbank <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑217/13 u C‑218/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2012">EU:C:2014:2012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Société des Produits Nestlé</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑215/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:604">EU:C:2015:604</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-punt dwar jekk is-sinjal huwiex nieqes minn karattru distintiv għandu jiġi evalwat b’rabta, minn naħa, mal-prodotti jew mas-servizzi kkonċernati u, min-naħa l-oħra, mal-perċezzjoni li għandu dwarhom il-pubbliku rilevanti, li huwa kkostitwit mill-konsumatur medju tal-imsemmija prodotti jew servizzi, normalment informat u raġonevolment attent (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030408">8 ta’ April 2003</DATE>, <NAME.CASE>Linde <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑53/01 sa C‑55/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:206">EU:C:2003:206</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040212">12 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Koninklijke KPN Nederland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:86">EU:C:2004:86</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Apple</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑421/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2070">EU:C:2014:2070</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tal-perċezzjoni tal-konsumatur medju għandha titwettaq <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT>, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040212">12 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Koninklijke KPN Nederland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:86">EU:C:2004:86</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Moreno Marín</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:518">EU:C:2017:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti sabiex tiġi evalwata din il-perċezzjoni, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-applikant għal trade mark ma huwiex obbligat jindika u lanqas li jkun jaf bi preċiżjoni, fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu jew tal-eżami ta’ dan tal-aħħar, l-użu li huwa ser jagħmel mit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha, f’każ li din tiġi rreġistrata. Anki wara r-reġistrazzjoni tat-trade mark, huwa għandu terminu ta’ ħames snin sabiex jibda l-użu effettiv konformi mal-funzjoni essenzjali tat-trade mark [sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Silberquelle</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑495/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:10">EU:C:2009:10</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0003">3</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>), is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Länsförsäkringar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑654/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:998">EU:C:2016:998</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jistgħu jeżistu każijiet li fihom is-sinjal li tkun saret applikazzjoni għar-reġistazzjoni tiegħu bħala trade mark lanqas ma jkun ġie suġġett għal użu sinjifikattiv qabel id-data tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, l-awtoritajiet kompetenti li għandhom jiddeterminaw il-karattru distintiv ta’ sinjal li tkun saret applikazzjoni għar-reġistazzjoni tiegħu bħala trade mark jafu jsibu ruħhom f’sitwazzjoni li fiha ma jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-użu probabbli tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha u għaldaqstant tal-mod kif din it-trade mark probabbilment sejra tintuża, f’każ ta’ reġistrazzjoni, mill-perspettiva tal-konsumatur medju, l-ebda element ta’ evalwazzjoni minbarra dawk li jirriżultaw mill-abitudnijiet tas-settur ekonomiku kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Meta jirriżulta minn dawn l-abitudnijiet li diversi modi ta’ użu huma sinjifikattivi fil-prattika ta’ dan is-settur ekonomiku, dawn l-awtoritajiet għandhom, b’mod konformi mal-obbligu tagħhom li jeżaminaw il-karattru distintiv tas-sinjal ikkonċernat fid-dawl tal-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, jieħdu inkunsiderazzjoni dawn id-diversi modi ta’ użu sabiex jiddeterminaw jekk il-konsumatur medju tal-prodotti jew tas-servizzi previsti jkunx jista’ jipperċepixxi dan is-sinjal bħala indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali ta’ dawn il-prodotti jew servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-imsemmija awtoritajiet għandhom jikklassifikaw bħala mhux rilevanti l-modi ta’ użu li, minkejja li huma konċepibbli f’dan is-settur ekonomiku, ma humiex sinjifikattivi fil-prattika u għaldaqstant ma jidhrux li huma probabbli ħafna, dment li l-applikant ma jipprovdix indizji konkreti li jirrendu probabbli, fil-każ tiegħu, mod ta’ użu li ma huwiex komuni fl-imsemmi settur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt jeħtieġ li jiġi evitat li r-reġistru tat-trade marks, li għandu jkun adegwat u preċiż (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Sieckmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑273/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:748">EU:C:2002:748</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ikun jinkludi sinjali li jippermettu li ssir distinzjoni bejn il-prodotti jew is-servizzi tal-proprjetarju minn dawk ta’ impriżi oħra limitatament fil-każ ta’ użu speċifiku ħafna li probabbilment il-proprjetarju ta’ jirrikorrix għalih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u amministrazzjoni tajba, l-eżami ta’ kull applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandu jkun mhux biss komplet, iżda wkoll strett, sabiex jiġi evitat li jiġu rreġistrati trade marks b’mod indebitu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030506">6 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Libertel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑104/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:244">EU:C:2003:244</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑51/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:139">EU:C:2011:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-każ odjern, il-qorti tar-rinviju kkonstatat li, fis-settur tal-ħwejjeġ, huwa komuni li titqiegħed it-trade mark kemm fuq barra tal-prodott kif ukoll fuq it-tikketta meħjuta fuq ġewwa tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’hekk din il-qorti identifikat żewġ tipi ta’ tqegħid li huma sinjifikattivi fil-prattika ta’ dan is-settur. F’tali sitwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, sabiex jeżaminaw il-perċezzjoni tal-konsumatur medju, għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dawn il-modi ta’ użu u jevalwaw jekk dan il-konsumatur, meta jara dawn iż-żewġ istanzi ta’ tqegħid jew tal-inqas waħda minnhom fuq il-ħwejjeġ, jipperċepixxix is-sinjal inkwistjoni bħala trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant hija l-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni li għandha tiddetermina jekk il-konsumatur medju, meta jara s-sinjal #darferdas? fuq quddiem ta’ tee-shirt jew fuq it-tikketta mqiegħda fuq ġewwa ta’ dan tal-aħħar, jipperċepixxix dan is-sinjal bħala indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali ta’ dan il-prodott u mhux bħala sempliċi element dekorattiv jew messaġġ ta’ komunikazzjoni soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-preċiżazzjonijiet ipprovduti fis-sentenza odjerna u fid-dawl tal-ġurisprudenza li skontha għandhom jiġu interpretati bl-istess mod id-dispożizzjonijiet li l-kontenut tagħhom huwa identiku, minn naħa, fid-Direttiva biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks u, min-naħa l-oħra, fir-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (ara, b’mod partikolari,<?PAGE NO="6"?> is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060112">12 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche SiSi-Werke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑173/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:20">EU:C:2006:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Moreno Marín</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:518">EU:C:2017:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Mitsubishi Shoji Kaisha u Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑129/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:594">EU:C:2018:594</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-approċċ segwit fil-punt 55 tad-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Deichmann vs UASI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑307/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:254">EU:C:2012:254</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iċċitat mill-qorti tar-rinviju, li jirrigwarda l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, li l-kontenut tiegħu jikkorrispondi għal dak tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95, jibqa’ rilevanti biss fil-każ li fih ikun jidher li mod ta’ użu wieħed huwa sinjifikattiv fil-prattika tas-settur ekonomiku kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li hemm lok li tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-karattru distintiv ta’ sinjal li ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark għandu jiġi eżaminat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi l-modi ta’ użu kollha probabbli tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha. Dawn tal-aħħar jikkorrispondu, fl-assenza ta’ indizji oħra, għall-modi ta’ użu li, fid-dawl tal-abitudnijiet tas-settur ekonomiku kkonċernat, jistgħu jkunu sinjifikattivi fil-prattika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li l-karattru distintiv ta’ sinjal li ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark għandu jiġi eżaminat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi l-modi ta’ użu kollha probabbli tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha. Dawn tal-aħħar jikkorrispondu, fl-assenza ta’ indizji oħra, għall-modi ta’ użu li, fid-dawl tal-abitudnijiet tas-settur ekonomiku kkonċernat, jistgħu jkunu sinjifikattivi fil-prattika.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>