14.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8439 — Wärtsilä/CSSC/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 188/17)

1.

Fl-1 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Wärtsilä Technology Oy Ab, ikkontrollata minn Wärtsilä Corporation (“Wärtsilä”, il-Finlandja), u CSSC Electronics Technology Co., Ltd, ikkontrollata minn China State Shipbuilding Corporation (“CSSC”, iċ-Ċina), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża CSSC Wärtsilä Electrical & Automation (Shanghai) Co., Ltd (joint venture, “JV”, iċ-Ċina) permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Wärtsilä: il-provvista ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija ċ-ċiklu komplet tal-ħajja għas-swieq tal-baħar u tal-enerġija,

—   għal CSSC: il-bini ta’ bastimenti u l-produzzjoni ta’ tagħmir tal-baħar, kif ukoll attivitajiet oħrajn mhux marbuta mal-baħar bħall-ajrospazju, il-kostruzzjoni, il-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-petrokimiċi,

—   għall-JV: il-provvista ta’ elettriku tal-baħar, awtomatizzazzjoni u sistemi tan-navigazzjoni fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8439 — Wärtsilä/CSSC/JV, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.