|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4940 |
9.9.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Settembru 2025
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2026
(C/2025/4940)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Billi:
|
1. |
Fid-9 ta' Lulju 2025, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2026 (1), |
|
2. |
Il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi ddefinita pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (2), u, fuq in-naħa tal-infiq, mar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3), kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765 (4). |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2026 ġiet adottata mill-Kunsill fil-5 ta' Settembru 2025.
It-test kollu (5) jista' jiġi kkonsultat jew jitniżżel mis-sit web tal-Kunsill fl-indirizz li ġej:
https://www.consilium.europa.eu/en/documents/public-register/public-register-search
Magħmul fi Brussell, fil-5 ta' Settembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) COM(2025) 300 final.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj).
(3) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta' Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj).
(5) Dok. 11216/25 + ADD 1 + ADD 2.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4940/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)