Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2009, indirizzata lill-Bundesnetzagentur (awtorità regolatorja Ġermaniża) abbażi tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal trattament kunfidenzjali ppreżentati minn Concord Power Nordal GmbH.

2) Ir-rikors huwa miċħud.

3) Concord Power Nordal għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4) OPAL NEL Transport GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.