|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/16 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/679
tat-23 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Ellenika biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Wara talba mingħand il-Greċja fis-6 ta’ Awwissu 2020, fil-25 ta’ Settembru 2020 il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lill-Greċja fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 2 728 000 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tal-Greċja biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u twieġeb għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
|
(2) |
Is-self kellu jintuża mill-Greċja biex jiġu ffinanzjati l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1346 (2). |
|
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 għadha qed tipparalizza parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol fil-Greċja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika mill-Greċja fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (a) u (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346. |
|
(4) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji limplimentati mill-Greċja fl-2020 u l-2021 biex trażżan dik it-tifqigħa u l-impatt tagħha kemm soċjoekonomiku kif ukoll dak marbut mas-saħħa kellhom u qed ikomplu jkollhom impatt qawwi fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni, l-Greċja kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 6,9 % u 207,1 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Fl-2021, id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika tal-Greċja huma mbassra li jonqsu għal 6,3 % u 200,7 % tal-PDG, rispettivament. Skont it-tbassir proviżorju tax-xitwa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Greċja huwa proġettat li jkun żdied bi 3,5 % fl-2021. |
|
(5) |
Fid-9 ta’ Marzu 2021, il-Greċja talbet għal assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni ta’ EUR 2 537 000 000 bil-ħsieb li tkompli tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha li wettqet fl-2020 u fl-2021 biex tittratta l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-miżuri stabbiliti fil-premessi (6) u (7). |
|
(6) |
B’mod aktar speċifiku, it-talba tal-Greċja tappartjeni għall-‘Att Legali tal-14 ta’ Marzu 2020’ (3), kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346, li introduċa allokazzjoni speċjali għall-impjegati tas-settur privat li l-kuntratti tax-xogħol tagħhom ġew sospiżi. Dik il-miżura għandha l-għan li tipproteġi l-impjiegi f’kumpaniji li jwaqqfu l-operazzjonijiet tagħhom permezz ta’ ordni pubblika jew li jappartjenu għal setturi ekonomiċi li huma affettwati b’mod qawwi mit-tifqigħa tal-COVID-19, u tikkonċerna l-għoti ta’ allokazzjoni speċjali kull xahar ta’ EUR 534 lill-impjegati li l-kuntratti tax-xogħol tagħhom ġew sospiżi. Il-prekundizzjoni biex wieħed jibbenefika mill-iskema hija li min iħaddem iżomm l-istess għadd ta’ impjegati (jiġifieri l-istess impjegati eżatti) għal perjodu li jkun daqs il-perjodu li għalih il-kuntratt tax-xogħol kien ġie sospiż. Il-miżura ġiet estiża sal-31 ta’ Marzu 2021 għall-ħaddiema regolari u sal-31 ta’ Ottubru 2021 għall-ħaddiema staġonali. Jistgħu japplikaw aktar estensjonijiet għal għadd iżgħar ta’ setturi ekonomiċi eliġibbli fix-xhur li ġejjin. |
|
(7) |
L-awtoritajiet introduċew ukoll il-finanzjament mill-Istat tal-kopertura tas-sigurtà soċjali tal-impjegati li jibbenefikaw mill-allokazzjoni speċjali msemmija fil-premessa (6), kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346. Il-prekundizzjoni biex wieħed jibbenefika mill-iskema hija li min iħaddem iżomm l-istess għadd ta’ impjegati (jiġifieri l-istess impjegati eżatti) għal perjodu li jkun daqs il-perjodu li għalih il-kuntratt tax-xogħol kien ġie sospiż. |
|
(8) |
Il-Greċja tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tkun tista’ titlob assistenza finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Greċja pprovdiet lill-Kummissjoni evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 6 071 899 097 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jiġu ttrattati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li hija relatata ma’ estensjoni ta’ miżuri nazzjonali eżistenti direttament relatati mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Greċja. Il-Greċja beħsiebha tiffinanzja EUR 806 899 097 tal-ammont miżjud tan-nefqa pubblika permezz tal-fondi tagħha stess. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Greċja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fit-talba tal-Greċja tad-9 ta’ Marzu 2021, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Greċja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku qawwi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Greċja u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim tas-self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(12) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-Greċja tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Greċja tkun implimentat dik in-nefqa. |
|
(14) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Greċja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 3 Il-Greċja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Din id-Deċìżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1346 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Ellenika biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 21).
(3) L-‘Att Legali tal-14 ta’ Marzu 2020 ’ (Gazzetta tal-Gvern A’ 64) irratifikat mill-Artikolu 3 tal-‘Liġi 4682/2020’ (Gazzetta tal-Gvern A’ 76); id-‘Deċiżjoni Ministerjali 12998/232’ (Gazzetta tal-Gvern B’ 1078/28 ta’ Marzu 2020), id-‘Deċiżjoni Ministerjali 16073/287/22’ ta’ April 2020 (Gazzetta tal-Gvern B’ 1547/22 ta’ April 2020), id-’Deċiżjoni Ministerjali 17788/346/8 ta’ Mejju 2020 (Gazzetta tal-Gvern B’ 1779/10 ta’ Mejju 2020), id-‘Deċiżjoni Ministerjali 23102/477/2020’ (Gazzetta tal-Gvern B’ 2268/13 ta’ Ġunju 2020), id-‘Deċiżjoni Ministerjali 49989/1266/2020’ (FEK B’ 5391/07-12-2020); u d-‘Deċiżjoni Ministerjali 45742/1748’ (FEK B’ 5515/16/12/2020).