IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 2.10.2024
COM(2024) 427 final
ANNESS
tar-
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Rapport Annwali dwar l-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja tal-Unjoni Ewropea ffinanzjati fl-2023
Anness III: Valutazzjoni esterna dwar l-għajnuna umanitarja
Is-servizzi ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni huma responsabbli għat-tmexxija, il-koordinazzjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-funzjoni ta’ evalwazzjoni. Huma jipproduċu riżultati ta’ evalwazzjoni f’waqthom u ta’ kwalità għolja biex jiżguraw evidenza għal teħid ta’ deċiżjonijiet u responsabbiltà infurmati. L-evalwazzjonijiet jistgħu jkunu ġeografiċi, tematiċi jew iffokati fuq sħubija speċifika.
Fl-2023, id-DĠ ECHO lesta l-evalwazzjonijiet strateġiċi li ġejjin:
·
Evalwazzjoni tar-rispons tad-DĠ ECHO għall-Kriżi Reġjonali tal-Venezwela
, 2017-2021
·
Evalwazzjoni tas-Sħubija tad-DĠ ECHO mal-UNHCR, 2017-2021
·
Evalwazzjoni tal-Loġistika Umanitarja fl-operazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea għall-Protezzjoni Ċivili u l-Għajnuna Umanitarja, 2018-2022
·
Evalwazzjoni tal-pakkett ta’ mobbiltà fi ħdan ir-riattivazzjoni tal-istrument għall-appoġġ ta’ emerġenza 2020-2022
·
Evalwazzjoni tas-Sħubija tad-DĠ ECHO mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (International Organization for Migration, IOM) 2018-2022
F’Jannar 2024, kien hemm evalwazzjonijiet pendenti għall-oqsma li ġejjin:
·Evalwazzjoni komprensiva tal-Għajnuna Umanitarja tal-Kummissjoni Ewropea 2017-2022.
·Evalwazzjoni tal-interventi umanitarji tal-Unjoni Ewropea fl-Afrika Ċentrali 2019-2023
·Evalwazzjoni tas-sħubija tad-DĠ ECHO mal-UNICEF 2019-2023