02015R2378 — MT — 01.07.2020 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2378

tal-15 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012

(ĠU L 332 18.12.2015, p. 19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1963 tad-9 ta' Novembru 2016

  L 303

4

10.11.2016

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/99 tat-22 ta' Jannar 2018

  L 17

29

23.1.2018

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/532 tat-28 ta' Marzu 2019

  L 88

25

29.3.2019




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2378

tal-15 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012



Artikolu 1

Formoli standard għal skambji fuq talba, skambji spontanji, notifiki u rispons

1.  Fir-rigward tal-formoli li għandhom jintużaw, “qasam” tfisser post f'forma fejn l-informazzjoni li trid tiġi skambjata skont id-Direttiva 2011/16/UE tista' tiġi rreġistrata.

2.  Il-formola li għandha tintuża għal talbiet għal informazzjoni u għal indaġnijiet amministrattivi skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom, rikonoxximenti, talbiet għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond, l-inabbiltà jew ir-rifjut skont l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

3.  Il-formola li għandha tintuża għal informazzjoni spontanja u r-rikonoxximent tagħha skont l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tkun konformi mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

4.  Il-formola li għandha tintuża għal talbiet għal notifika amministrattiva skont l-Artikolu 13(1) u 13(2) tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom skont l-Artikolu 13(3) ta' dik id-Direttiva għandhom ikunu konformi mal-Anness III ta' dan ir-Regolament.

5.  Il-formola li għandha tintuża għal informazzjoni ta' rispons skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tkun konformi mal-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Formati kompjuterizzati għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni

1.  Il-format kompjuterizzat li jrid jintuża għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE għandu jikkonforma mal-Anness V ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-format kompjuterizzat li jrid jintuża għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE għandu jikkonforma mal-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

▼M1

Artikolu 2a

Formoli standard, li jinkludu l-arranġamenti lingwistiċi, għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' deċiżjonijiet antiċipati transfruntiera u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment

1.  Fir-rigward tal-formoli li għandhom jintużaw, “komponent” u “qasam” ifissru dak il-post fil-formola li fih tista' tiġi rreġistrata l-informazzjoni li trid tiġi skambjata skont id-Direttiva 2011/16/UE.

2.  Il-formola li għandha tintuża għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' deċiżjonijiet antiċipati transfruntiera u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment skont l-Artikolu 8a tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tkun konformi mal-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

3.  L-elementi ewlenin imsemmija fl-Artikolu 20(5) tad-Direttiva 2011/16/UE huma l-komponenti elenkati fil-punti (b), (h) u (i) tal-Artikolu 8a(6) ta' dik id-Direttiva u dawk l-elementi ewlenin għandhom jintbagħtu wkoll bl-Ingliż.

Artikolu 2b

L-arranġamenti lingwistiċi għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni rigward ir-rapport għal kull pajjiż

L-elementi ewlenin imsemmija fl-Artikolu 20(6) tad-Direttiva 2011/16/UE huma l-informazzjoni jew l-ispjegazzjoni inkluża fit-Tabella 3 tat-Taqsima III tal-Anness III ta' dik id-Direttiva u dawk l-elementi ewlenin għandhom jintbagħtu wkoll bl-Ingliż, sakemm ma jkunx ġie miftiehem li tintuża lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni bejn l-Istat Membru emittenti u l-Istati Membri kollha l-oħra li tintbagħtilhom l-informazzjoni skont l-Artikolu 8aa(2) tad-Direttiva 2011/16/UE.

▼M2

Artikolu 2c

Il-forma u l-kondizzjonijiet għall-komunikazzjoni tal-valutazzjoni annwali

1.  Il-formola għall-komunikazzjoni tal-valutazzjoni annwali tal-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni u tar-riżultati prattiċi miksuba skont l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2011/16/UE hija stabbilita fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

2.  Qabel l-1 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz ta' mezzi elettroniċi, il-valutazzjoni annwali billi jużaw il-formola msemmija fil-paragrafu 1. Il-valutazzjoni għandha tkopri l-perjodu tas-sena kalendarja ta' qabel.

Artikolu 2d

Lista tad-data statistika

1.  Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-forom kollha ta' kooperazzjoni amministrattiva, għajr għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/16/UE, hija stabbilita fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament.

Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE, hija stabbilita fl-Anness X ta' dan ir-Regolament.

Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE hija stabbilita fl-Anness XI ta' dan ir-Regolament.

Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8aa tad-Direttiva 2011/16/UE hija stabbilita fl-Anness XII ta' dan ir-Regolament.

2.  Qabel l-1 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz ta' mezzi elettroniċi, id-data statistika relatata mal-forom kollha ta' kooperazzjoni amministrattiva, għajr għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni, f'konformità mal-lista stabbilita fl-Anness IX, fir-rigward tas-sena kalendarja ta' qabel.

3.  Qabel l-1 ta' Novembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz ta' mezzi elettroniċi, id-data statistika relatata mal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni f'konformità mal-lista stabbilita fl-Anness X, fl-Anness XI u fl-Anness XII.

▼M3

Artikolu 2e

Formoli standard, li jinkludu l-arranġamenti lingwistiċi, għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni dwar arranġamenti transfruntiera rapportabbli

1.  Fir-rigward tal-formoli li għandhom jintużaw, “komponent” u “qasam” ifissru dak il-post fil-formola li fih tista' tiġi rreġistrata l-informazzjoni li trid tiġi skambjata skont id-Direttiva 2011/16/UE.

2.  Il-formola li għandha tintuża għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni dwar arranġamenti transfruntiera rapportabbli skont l-Artikolu 8ab tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tkun konformi mal-Anness XIII ta' dan ir-Regolament.

3.  L-elementi ewlenin imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(5) tad-Direttiva 2011/16/UE għandhom ikunu l-komponenti elenkati fil-punti (b), (c) u (e) tal-Artikolu 8ab(14) ta' dik id-Direttiva u għal dawn l-elementi ewlenin, l-arranġamenti lingwistiċi għandhom ikunu l-istess bħal dawk previsti fl-Artikolu 2a(3) ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 3

Arranġamenti prattiċi rigward l-użu tan-netwerk CCN

1.  Ir-rapporti, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra msemmija fl-informazzjoni kkomunikata skont id-Direttiva 2011/16/UE, jistgħu jintbagħtu bl-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni għajr in-netwerk CCN.

2.  Fejn l-informazzjoni msemmija fid-Direttiva 2011/16/UE ma ġietx skambjata b'mezzi elettroniċi permezz tan-netwerk CCN, u sakemm mhux miftiehem mod ieħor bilateralment, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta' ittra li tiddeskrivi l-informazzjoni kkomunikata u debitament iffirmata mill-awtorità kompetenti li tikkomunika l-informazzjoni.

Artikolu 4

Tħassir

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012 jitħassar b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2016.

Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament ta' Implimentazzjoni mħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Formola msemmija fl-Artikolu 1(2)

Il-formola għal talbiet għal informazzjoni u għal indaġnijiet amministrattivi skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom, rikonoxximenti, talbiet għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond, l-inabbiltà jew ir-rifjut skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin ( 1 ):

— 
Bażi legali
— 
Numru ta' referenza
— 
Data
— 
L-identità tal-awtoritajiet rikjedenti u rikjesti
— 
L-identità tal-persuna taħt eżami jew investigazzjoni
— 
Deskrizzjoni ġenerali tal-każ u, jekk xieraq, informazzjoni speċifika tal-isfond li x'aktarx tippermetti l-valutazzjoni tar-rilevanza prevedibbli tal-informazzjoni mitluba għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri dwar taxxi msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/16/UE.
— 
L-għan tat-taxxa li għalih tintalab l-informazzjoni
— 
Il-perjodu taħt investigazzjoni
— 
L-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe persuna maħsuba li tkun fil-pussess tal-informazzjoni mitluba
— 
It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/16/UE
— 
It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2011/16/UE
— 
Talba raġunata għal indaġni amministrattiva speċifika u r-raġunijiet għar-rifjut li twettaq l-indaġni amministrattiva speċifika mitluba
— 
Rikonoxximent tat-talba għal informazzjoni
— 
Talba għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond
— 
Raġunijiet għall-inabbiltà jew ir-rifjut biex tiġi pprovduta l-informazzjoni
— 
Raġunijiet għal nuqqas ta' tweġiba fil-limitu ta' żmien rilevanti u d-data sa meta l-awtorità rikjesta tqis li tkun tista' twieġeb.




ANNESS II

Formola msemmija fl-Artikolu 1(3)

Il-formola għal informazzjoni spontanja u r-rikonoxximent tagħha skont l-Artikoli 9 u 10 rispettivament tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin ( 2 ):

— 
Bażi legali
— 
Numru ta' referenza
— 
Data
— 
L-identità tal-awtoritajiet li jibagħtu u li jirċievu
— 
L-identità tal-persuna suġġetta għall-iskambju spontanju ta' informazzjoni
— 
Perjodu kopert mill-iskambju spontanju ta' informazzjoni
— 
It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/16/UE
— 
Rikonoxximent tal-informazzjoni spontanja.




ANNESS III

Formola msemmija fl-Artikolu 1(4)

Il-formola għal talba għal notifika skont l-Artikolu 13(1) u 13(2) tad-Direttiva 2011/16/UE u tat-tweġibiet tagħhom skont l-Artikolu 13(3) ta' dik id-Direttiva fiha l-oqsma li ġejjin ( 3 );

— 
Bażi legali
— 
Numru ta' referenza
— 
Data
— 
L-identità tal-awtoritajiet rikjedenti u rikjesti
— 
Isem u indirizz tad-destinatarju tal-istrument jew deċiżjoni
— 
Informazzjoni oħra li tista' tiffaċilita l-identifikazzjoni tad-destinatarju
— 
Is-suġġett tal-istrument jew deċiżjoni
— 
Rispons tal-awtorità rikjesta, skont l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2011/16/UE, inkluż id-data tan-notifika tal-istrument jew id-deċiżjoni lid-destinatarju.




ANNESS IV

Formola msemmija fl-Artikolu 1(5)

Il-formola għal rispons skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin ( 4 ):

— 
Numru ta' referenza
— 
Data
— 
L-identità tal-awtorità kompetenti li toħroġ ir-rispons
— 
Rispons ġenerali fuq l-informazzjoni pprovduta
— 
Riżultati direttament relatati mal-informazzjoni pprovduta




ANNESS V

Format kompjuterizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1)

Il-formati kompjuterizzati għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE jikkonformaw mal-istruttura ġerarkika li ġejja u jinkludi l-klassijiet ta' elementi li ġejjin ( 5 ):

(a) 

Fir-rigward tal-messaġġ ġenerali:

image

(b) 

Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar id-dħul mill-impjieg jew il-miżati tad-direttur:

image

(c) 

Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-pensjonijiet:

image

(d) 

Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prodotti ta' assigurazzjoni tal-ħajja:

image

(e) 

Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar is-sjieda ta' proprjetà immobbli u d-dħul minnha:

image

(f) 

Fir-rigward tal-korp f'każ li ma tiġi kkomunikata l-ebda informazzjoni b'rabta ma' kategorija speċifika:

image

(g) 

Fir-rigward tal-korp għal konferma tal-wasla tal-informazzjoni għal kategorija speċifika:

image




ANNESS VI

Format kompjuterizzat imsemmi fl-Artikolu 2(2)

Il-format kompjuterizzat għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE jikkonforma mal-istruttura ġerarkika li ġejja u jinkludi l-klassijiet ta' elementi li ġejjin ( 6 ):

(a) 

Fir-rigward tal-messaġġ ġenerali:

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

image

(b) 

Fir-rigward tat-tipi komuni għal FATCA u CRS li jintużaw fil-messaġġ taħt il-punt (a) hawn fuq:

image

image

image

image

(c) 

Fir-rigward tat-tipi komuni tal-OECD użati fil-messaġġ taħt il-punt (a) hawn fuq:

image

image

image

▼M1




ANNESS VII

Formola msemmija fl-Artikolu 2a

Flimkien mal-komponenti elenkati fl-Artikolu 8a(6) tad-Direttiva 2011/16/UE, il-formola għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' deċiżjonijiet antiċipati transfruntiera u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment skont l-Artikolu 8a tal-istess Direttiva tinkludi wkoll il-qasam li ġej:

(a) 

Referenza tad-Deċiżjoni.

▼M2




ANNESS VIII

Il-formola msemmija fl-Artikolu 2c

Il-formola għall-komunikazzjoni skont l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2011/16/UE tkopri l-informazzjoni li ġejja:

— 
L-identifikazzjoni tal-Istat Membru li jwieġeb għall-kwestjonarju
— 
Id-disponibbiltà tal-informazzjoni fl-Istat Membru
— 
Il-monitoraġġ ta' jekk intbagħatx il-feedback bilaterali annwali skont l-Artikolu 14(2)
— 
L-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni:
— 
L-ipproċessar tal-informazzjoni riċevuta u l-kwistjonijiet tekniċi (IT) ġenerali ewlenin li nqalgħu
— 
Il-kwalità tal-informazzjoni riċevuta, li jkun fiha l-identifikazzjoni tar-riċevitur/tal-partijiet; il-kwistjonijiet marbuta mal-kontenut tal-informazzjoni riċevuta u s-suġġerimenti relatati
— 
Il-konformità fl-użu u fl-effettività, li fil-prinċipju tinkludi l-utilità tal-informazzjoni; l-użu attwali u futur tal-informazzjoni; l-użu tal-informazzjoni skont il-qasam tat-taxxa; il-kooperazzjoni amministrattiva mħeġġa mill-użu tal-informazzjoni riċevuta
— 
Ir-riżultati prattiċi miksuba, li jkun fihom l-eżitu totali (inklużi proġetti speċjali); l-eżitu speċifiku minn proġetti speċjali; l-ispejjeż amministrattivi u oħrajn rilevanti għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni (AEOI); l-ispejjeż amministrattivi għall-operazzjonijiet AEOI rikorrenti; l-ispejjeż rilevanti oħra għall-operazzjonijiet ta' konformità mar-regoli tat-taxxa; l-esperjenzi pożittivi u negattivi; l-aspetti ewlenin li jiġġeneraw litigazzjoni u proċedimenti tal-qorti
— 
Ir-rata ta' suċċess fir-rigward tal-obbligu li jiġu kkomunikati r-rapporti għal kull pajjiż lill-Istati Membri kkonċernati (Għadd ta' rapporti għal kull pajjiż riċevuti mingħand l-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stati Membri oħra/Għadd ta' rapporti għal kull pajjiż li għandhom jiġu riċevuti mingħand l-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stati Membri oħra
— 
Ir-rata ta' konformità tal-Entitajiet tar-Rapportar fir-rigward tal-obbligu li jiġu pprovduti rapporti għal kull pajjiż (Għadd ta' rapporti għal kull pajjiż riċevuti/Għadd ta' rapporti għal kull pajjiż li għandu jiġi rrappurtat)
— 
Il-lista ta' kwalunkwe ġurisdizzjoni fejn ikunu residenti Entitajiet Omm Apikali ta' Entitajiet tar-Rapportar ibbażati fl-Unjoni, iżda fejn ma ġewx ippreżentati jew skambjati rapporti għal kull pajjiż.




ANNESS IX

Lista msemmija fl-Artikolu 2d

Id-data statistika meħtieġa għall-forom ta' kooperazzjoni amministrattiva għajr għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/16/UE tkopri l-informazzjoni li ġejja:

— 
L-identifikazzjoni ta' Stat Membru
— 
Is-sena
— 
Il-Parti A: L-istatistika għal kull Stat Membru dwar l-iskambju ta' informazzjoni
— 
dwar l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba (l-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva 2011/16/UE)
— 
L-għadd ta' talbiet mibgħuta
— 
L-għadd ta' tweġibiet riċevuti
— 
L-għadd ta' tweġibiet sħaħ riċevuti fi żmien sitt xhur
— 
L-għadd ta' tweġibiet li għalihom (parti minnhom jew kollha) l-informazzjoni waslet fi żmien xahrejn
— 
L-għadd ta' talbiet riċevuti
— 
L-għadd ta' tweġibiet mibgħuta
— 
L-għadd ta' rifjuti abbażi tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2011/16/UE
— 
dwar l-iskambju spontanju ta' informazzjoni (l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2011/16/UE)
— 
L-għadd ta' skambji spontanji mibgħuta
— 
L-għadd ta' skambji spontanji riċevuti
— 
L-għadd ta' deċiżjonijiet transfruntiera mibgħuta
— 
L-għadd ta' deċiżjonijiet transfruntiera riċevuti
— 
L-għadd ta' arranġamenti unilaterali preliminari ta' prezzijiet mibgħuta
— 
L-għadd ta' arranġamenti unilaterali preliminari ta' prezzijiet riċevuti
— 
Il-Parti B: L-istatistika dwar forom oħra ta' kooperazzjoni amministrattiva
— 
dwar il-preżenza fl-uffiċċji amministrattivi u l-parteċipazzjoni f'indaġnijiet amministrattivi (l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/16/UE)
— 
L-għadd ta' preżenzi li jidħlu fl-uffiċċji amministrattivi u ta' parteċipazzjoni f'indaġnijiet amministrattivi
— 
dwar il-kontrolli simultanji (l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/16/UE)
— 
L-għadd ta' kontrolli simultanji mibdijin mill-Istat Membru
— 
L-għadd ta' kontrolli simultanji li l-Istat Membru ħa sehem fihom
— 
dwar it-talbiet għal notifika (l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/16/UE)
— 
L-għadd ta' talbiet għal notifika mibgħuta
— 
L-għadd ta' talbiet għal notifika riċevuti
— 
dwar il-feedback (l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/16/UE)
— 
L-għadd ta' talbiet għal feedback mibgħuta
— 
L-għadd ta' feedback riċevut
— 
L-għadd ta' talbiet għal feedback riċevuti
— 
L-għadd ta' feedback mibgħut
— 
Il-Parti C: L-istatistika dwar id-dħul addizzjonali stmat jew iż-żieda fit-taxxa vvalutata dovuti għall-kooperazzjoni amministrattiva. L-informazzjoni f'din il-parti mhix obbligatorja.
— 
Minn skambju ta' informazzjoni fuq talba
— 
Minn skambju spontanju ta' informazzjoni
— 
B'riżultat ta' kontroll simultanju
— 
Iċ-ċifra globali u l-għadd ta' każijiet.




ANNESS X

Lista msemmija fl-Artikolu 2d

Id-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kategoriji ta' dħul u ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta' dik id-Direttiva tkopri l-informazzjoni li ġejja:

— 
Għall-kategoriji kollha ta' dħul u ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE: l-istatistika dwar il-messaġġi u l-kontribwent
— 
Fil-każ ta' dħul minn impjieg u l-miżati tad-diretturi: l-istatistika dwar il-messaġġi u r-riċevitur, il-messaġġi u l-pagatur, ir-riċevitur u r-relazzjoni, il-pagatur u r-relazzjoni, ir-riċevitur u d-dħul
— 
Fil-każ ta' pensjonijiet: l-istatistika dwar il-messaġġi u r-riċevitur, il-messaġġi u l-pagatur, ir-riċevitur, il-pagatur, l-iskema, id-dħul
— 
Fil-każ ta' prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja: l-istatistika dwar il-messaġġi u l-politika, il-politika ġenerali, l-avveniment
— 
Fil-każ ta' sjieda ta' proprjetà immobbli u d-dħul minnha: l-istatistika dwar il-messaġġi u l-parti, il-parti ġenerali, il-kwantità u l-valur tal-proprjetà, il-kwantità u l-valur tat-tranżazzjoni, il-kwantità u l-valur tas-self, il-kwantità u l-valur tad-dritt tad-dħul
— 
Fil-każ ta' messaġġi dwar l-istatus: l-istatistika dwar il-messaġġi marbuta mal-istatus u dwar l-iżbalji tal-messaġġi marbuta mal-istatus
— 
Fil-każ ta' messaġġi bla data: l-istatistika dwar messaġġi bla data.




ANNESS XI

Lista msemmija fl-Artikolu 2d

Id-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE, skont l-Artikolu 23(4) ta' dik id-Direttiva tkopri l-informazzjoni li ġejja:

— 
Għal kull messaġġ, l-istatistika dwar il-pajjiż ta' oriġini u l-pajjiż ta' destinazzjoni, l-għadd totali ta' rekords, l-ammonti totali tal-pagament
— 
Għal kull pajjiż ta' oriġini, l-istatistika dwar l-għadd totali ta' istituzzjonijiet finanzjarji rapportanti, l-ammonti totali tal-pagament
— 
Għal kull kont uniku, l-istatistika dwar il-kwantità tad-detentur tal-kont, il-kategorija tal-pagament, l-ammont għal kull kategorija ta' pagament
— 
Għal kull kont, l-istatistika dwar it-tip ta' detentur tal-kont, in-numru ta' identifikazzjoni tal-kontribwent tad-detentur tal-kont jew l-ekwivalenti funzjonali, il-pajjiż ta' residenza tad-detentur tal-kont, il-persuna fiżika bħala d-detentur tal-kont, il-kont magħluq, il-kont inattiv
— 
Għal kull detentur ta' kont, l-istatistika dwar it-tip ta' persuna kkontrollata, in-numru ta' identifikazzjoni tal-kontribwent tal-persuna kkontrollata jew l-ekwivalenti funzjonali, il-pajjiż ta' residenza tal-persuna kkontrollata, il-persuna fiżika bħala l-persuna kkontrollata.




ANNESS XII

Lista msemmija fl-Artikolu 2d

Id-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8aa tad-Direttiva 2011/16/UE, skont l-Artikolu 23(4) ta' dik id-Direttiva tkopri l-informazzjoni li ġejja:

— 
L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż riċevuti minn Entitajiet tar-Rapportar
— 
L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż li għandhom jiġu rapportati minn Entitajiet tar-Rapportar iżda li ma waslux jew ġie pprovdut biss rapport mhux komplut, it-tqassim skont il-ġurisdizzjonijiet tal-Entitajiet Omm Apikali
— 
L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż riċevuti mingħand kull Stat Membru.
— 
L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż li kellhom jiġu pprovduti iżda ma waslux mingħand mingħand kull Stat Membru.
— 
L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż mibgħuta lil kull Stat Membru.

▼M3




ANNESS XIII

Il-formola msemmija fl-Artikolu 2e

Flimkien mal-komponenti elenkati fl-Artikolu 8ab(14) tad-Direttiva 2011/16/UE, il-formola għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni dwar arranġamenti transfruntiera rapportabbli skont l-Artikolu 8ab tal-istesss Direttiva tinkludi wkoll il-qasam li ġej:

(a) 

Numru ta' Referenza tal-arranġament(i) transfruntiera rapportabbli.



( 1 ) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f'każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f'dak il-każ.

( 2 ) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f'każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f'dak il-każ.

( 3 ) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f'każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f'dak il-każ.

( 4 ) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f'każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f'dak il-każ.

( 5 ) Madankollu, huma biss il-klassijiet tal-elementi attwalment disponibbli u applikabbli f'każ partikolari, li jridu jidhru fil-format kompjuterizzat użat f'dak il-każ.

( 6 ) Madankollu, huma biss l-elementi u l-attributi attwalment applikabbli f'każ partikolari, wara t-twettiq ta' regoli ta' rappurtaġġ u ta' diliġenza dovuta inklużi fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/16/UE li jridu jidhru fil-format kompjuterizzat użat f'dak il-każ.