11.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/23


P9_TA(2020)0059

Tiġdid tal-Ftehim UE-Indja għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (06104/2020 – C9-0090/2020 – 2020/0015(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 323/08)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06104/2020),

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/648/KE tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (1),

—

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 186 u mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0090/2020),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0096/2020),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indja.

(1)  ĠU L 213, 9.8.2002, p. 29.