|
11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1454
tal-10 ta' Awwissu 2017
li jispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 24(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar biex tissimplifika u tirrazzjonalizza l-obbligi tar-rappurtar għall-Istati Membri fir-rigward tal-informazzjoni skont l-Artikolu 24(1) tiegħu. |
|
(2) |
Għal dan il-għan, dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jillimita r-rappurtar tat-testi liberi, jiffaċilita l-ġbir tad-dejta biex minnha jinħarġu l-indikaturi ewlenin u jiffavorixxi r-referenzi għall-informazzjoni li tkun diġà disponibbli għall-pubbliku inġenerali fil-livell nazzjonali, filwaqt li juża l-benefiċċji tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għad-dejta ġeografika u jiżgura l-koerenza ma' politiki relatati bħal dawk mogħtija, pereżempju, fid-Direttivi 2000/60/KE (3), 2008/56/KE (4) u 2009/147/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (6). |
|
(3) |
Skont id-Direttiva 2007/2/KE, l-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni s-settijiet tad-dejta ġeografika skont ir-regoli ta' implimentazzjoni dwar il-metadejta, dwar is-servizzi tan-netwerks u dwar l-interoperabbiltà tas-settijiet tad-dejta u tas-servizzi ġeografiċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (7), inklużi d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 18 tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament (imsejħa “Distribuzzjoni tal-ispeċi (Species Distribution)”). |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-formati tekniċi li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jibagħtu l-informazzjoni skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 lill-Kummissjoni huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35.
(2) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(5) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u s-servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).
ANNESS
Il-formati tekniċi li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jibagħtu l-informazzjoni skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni ta' speċijiet aljeni invażivi lill-Kummissjoni
|
INFORMAZZJONI MIBGĦUTA B'APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 24(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1143/2014 |
|
|
Stat Membru |
|
|
Perjodu tar-rappurtar |
|
IT-TAQSIMA A
L-informazzjoni li għandha tintbagħat dwar kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni u dwar kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib reġjonali li huma soġġetti għall-miżuri kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014
|
Informazzjoni dwar l-ispeċi, dwar id-distribuzzjoni tagħha u dwar ix-xejriet tar-riproduzzjoni u tat-tixrid tagħha |
|||
|
1. |
L-isem xjentifiku tal-ispeċi |
|
|
|
2. |
L-isem komuni tal-ispeċi (informazzjoni mhix obbligatorja) |
|
|
|
3. |
L-ispeċi tinsab fit-territorju tal-Istat Membru? |
Iva |
☐ |
|
Le |
☐ |
||
|
Bħalissa dan mhux magħruf |
☐ |
||
|
4. |
Informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-ispeċi li tinkludi l-informazzjoni dwar ix-xejriet tar-riproduzzjoni u tat-tixrid tagħha (din l-informazzjoni għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 3 t'hawn fuq) |
|
|
|
5. |
Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja) |
|
|
|
Informazzjoni dwar il-permessi li nħarġu għal din l-ispeċi Din l-informazzjoni għandha tingħata biss għall-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni |
||||
|
6. |
Matul il-perjodu tar-rappurtar inħarġu xi permessi għal din l-ispeċi? |
Iva |
☐ |
|
|
Le |
☐ |
|||
|
7. |
L-informazzjoni t'hawn taħt għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 6 t'hawn fuq |
|||
|
Is-sena kalendarja kkonċernata |
|
|||
|
L-għan tal-permess |
L-għadd ta' permessi li nħarġu |
L-għadd jew il-volum kollu tal-eżemplari permessi li jikkorrispondu mal-permessi li nħarġu |
||
|
Permessi għar-riċerka |
|
|
||
|
Permessi għall-konservazzjoni ex situ |
|
|
||
|
Permessi għall-produzzjoni xjentifika u għall-użu mediċinali sussegwenti għall-avvanz tas-saħħa tal-bniedem |
|
|
||
|
Permessi għal attivitajiet oħrajn maħruġin wara li l-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha għalihom (l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
|
|
||
|
8. |
Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja) |
|
||
|
Informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet Din l-informazzjoni għandha tingħata biss għall-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni u jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 6 t'hawn fuq |
|||||
|
9. |
Is-sena kalendarja kkonċernata |
|
|||
|
L-għan tal-permess |
L-għadd ta' stabbilimenti li ġew spezzjonati |
L-għadd jew il-volum tal-eżemplari permessi li jikkorrispondu mal-permessi li għandhom l-istabbilimenti li ġew spezzjonati |
L-għadd ta' stabbilimenti li ġew spezzjonati li tqiesu li mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessi |
L-għadd jew il-volum tal-eżemplari permessi li jikkorrispondu mal-permessi li għandhom l-istabbilimenti li ġew spezzjonati li tqiesu li mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessi |
|
|
Permessi għar-riċerka |
|
|
|
|
|
|
Permessi għall-konservazzjoni ex situ |
|
|
|
|
|
|
Permessi għall-produzzjoni xjentifika u għall-użu mediċinali sussegwenti għall-avvanz tas-saħħa tal-bniedem |
|
|
|
|
|
|
Permessi għal attivitajiet oħrajn maħruġin wara li l-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha għalihom (l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
|
|
|
|
|
|
10. |
Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja) |
|
|||
|
Informazzjoni dwar il-miżuri ta' qerda rapida li ttieħdu għal din l-ispeċi (l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
||||
|
11. |
Ittieħdu miżuri ta' qerda rapida għall-ispeċi matul il-perjodu tar-rappurtar? |
Iva |
☐ |
|
|
Le |
☐ |
|||
|
12. |
L-informazzjoni t'hawn taħt għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 11 t'hawn fuq |
|||
|
Miżuri |
Data tal-bidu |
|
||
|
It-tul ta' żmien stmat tal-miżuri jew id-data meta dawn waqfu jiġu applikati |
|
|||
|
Il-parti mit-territorju |
|
|||
|
Ir-reġjuni bijoġeografiċi |
|
|||
|
Is-sottounitajiet tal-baċir tax-xmara |
|
|||
|
Is-sottoreġjuni marini |
|
|||
|
Il-metodi użati |
Metodi mekkaniċi jew fiżiċi |
☐ |
||
|
Metodi kimiċi |
☐ |
|||
|
Metodi bijoloġiċi |
☐ |
|||
|
Metodi oħrajn |
☐ |
|||
|
L-effettività tal-miżuri |
L-ispeċi nqerdet |
☐ |
||
|
Il-popolazzjoni tal-ispeċi qed tonqos |
☐ |
|||
|
Il-popolazzjoni tal-ispeċi hija stabbli |
☐ |
|||
|
Il-popolazzjoni tal-ispeċi għadha qed tiżdied |
☐ |
|||
|
Mhux ċar b'liema mod qed tiżviluppa l-popolazzjoni tal-ispeċi |
☐ |
|||
|
L-ispeċijiet mhux fil-mira li ntlaqtu mill-miżuri |
|
L-impatt fuq kull speċi |
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|||
|
13. |
Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja) |
|
||
|
Informazzjoni dwar il-miżuri ta' ġestjoni li ttieħdu għal din l-ispeċi (l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014) |
||||
|
14. |
Ittieħdu miżuri ta' ġestjoni għall-ispeċi matul il-perjodu tar-rappurtar? |
Iva |
☐ |
|
|
Le |
☐ |
|||
|
15. |
L-informazzjoni t'hawn taħt għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 14 t'hawn fuq |
|||
|
Miżuri |
Data tal-bidu |
|
||
|
It-tul ta' żmien stmat tal-miżuri jew id-data meta dawn waqfu jiġu applikati |
|
|||
|
L-għan tal-miżuri |
Il-qerda tal-ispeċi |
☐ |
||
|
Il-kontroll tal-popolazzjoni tal-ispeċi |
☐ |
|||
|
Il-konteniment tal-popolazzjoni tal-ispeċi |
☐ |
|||
|
Il-parti mit-territorju |
|
|||
|
Ir-reġjuni bijoġeografiċi |
|
|||
|
Is-sottounitajiet tal-baċir tax-xmara |
|
|||
|
Is-sottoreġjuni marini |
|
|||
|
Il-metodi użati |
Metodi mekkaniċi jew fiżiċi |
☐ |
||
|
Metodi kimiċi |
☐ |
|||
|
Metodi bijoloġiċi |
☐ |
|||
|
Metodi oħrajn |
☐ |
|||
|
L-effettività tal-miżuri |
L-ispeċi nqerdet |
☐ |
||
|
Il-popolazzjoni tal-ispeċi qed tonqos |
☐ |
|||
|
Il-popolazzjoni tal-ispeċi hija stabbli |
☐ |
|||
|
Il-popolazzjoni tal-ispeċi għadha qed tiżdied |
☐ |
|||
|
Mhux ċar b'liema mod qed tiżviluppa l-popolazzjoni tal-ispeċi |
☐ |
|||
|
L-ispeċijiet mhux fil-mira li ntlaqtu mill-miżuri |
|
L-impatt fuq kull speċi |
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|||
|
16. |
Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja) |
|
||
|
Informazzjoni dwar l-impatt ta' din l-ispeċi (informazzjoni mhix obbligatorja) |
||
|
17. |
Kummenti dwar l-impatt tal-ispeċi matul il-perjodu tar-rappurtar |
|
IT-TAQSIMA B
L-informazzjoni li għandha tintbagħat għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istat Membru
|
1. |
L-Istat Membru stabbilixxa lista nazzjonali ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għalih? Jekk iva, wieġeb il-mistoqsijiet 2 sa 5 t'hawn taħt għal kull speċi mniżżla f'dik il-lista. |
Iva |
☐ |
|
|
Le |
☐ |
|||
|
2. |
L-isem xjentifiku tal-ispeċi |
|
||
|
3. |
L-isem komuni tal-ispeċi (informazzjoni mhix obbligatorja) |
|
||
|
4. |
L-ispeċi tinsab fit-territorju tal-Istat Membru? |
Iva |
☐ |
|
|
Le |
☐ |
|||
|
Bħalissa dan mhux magħruf |
☐ |
|||
|
5. |
Informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-ispeċi li tinkludi l-informazzjoni dwar ix-xejriet tar-riproduzzjoni u tat-tixrid tagħha (din l-informazzjoni għandha tingħata biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 4 t'hawn fuq u mhix obbligatorja) |
|
||
|
6. |
Il-miżuri applikati fit-territorju tal-Istat Membru b'rabta mal-ispeċi |
|||
|
Restrizzjoni fuq l-introduzzjoni b'mod intenzjonat fit-territorju |
☐ |
|||
|
Restrizzjoni fuq iż-żamma b'mod intenzjonat, inkluż f'faċilità kkonfinata |
☐ |
|||
|
Restrizzjoni fuq it-trobbija b'mod intenzjonat, inkluż f'faċilità kkonfinata |
☐ |
|||
|
Restrizzjoni fuq it-trasport b'mod intenzjonat, bl-eċċezzjoni tat-trasport fil-kuntest tal-qerda |
☐ |
|||
|
Restrizzjoni fuq it-tqegħid b'mod intenzjonat fis-suq |
☐ |
|||
|
Restrizzjoni fuq l-użu jew l-iskambju b'mod intenzjonat |
☐ |
|||
|
Restrizzjoni fuq il-fatt li l-ispeċi titħalla tirriproduċi, tikber jew tiġi kkultivata, inkluż f'faċilità kkonfinata |
☐ |
|||
|
Restrizzjoni fuq ir-rilaxx b'mod intenzjonat fl-ambjent |
☐ |
|||
|
Derogi previsti fis-sistema ta' permessi skont l-Artikolu 8 |
☐ |
|||
|
Miżuri ttrattati fil-pjanijiet ta' azzjoni skont l-Artikolu 13 |
☐ |
|||
|
Miżuri koperti mis-sistema ta' sorveljanza skont l-Artikolu 14 |
☐ |
|||
|
Kontrolli uffiċjali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni intenzjonata |
☐ |
|||
|
Sistema ta' identifikazzjoni bikrija tal-ispeċi |
☐ |
|||
|
Qerda rapida tal-ispeċi wara identifikazzjoni bikrija |
☐ |
|||
|
Miżuri ta' ġestjoni għall-ispeċi jekk din tkun inxterdet ħafna |
☐ |
|||
|
Miżuri ta' restawr |
☐ |
|||
|
7. |
Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja) |
|
||
IT-TAQSIMA C
Informazzjoni orizzontali
|
1. |
Link għas-sit web fejn tista' ssib, fuq l-Internet, l-informazzjoni dwar il-permessi li nħarġu kif meħtieġ skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
|
||
|
2. |
Il-pjanijiet ta' azzjoni msemmijin fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
|
||
|
3. |
Id-direzzjonijiet prijoritarji indirizzati |
|
L-ispeċijiet koperti |
|
|
|
|
|||
|
|
|
|||
|
4. |
Deskrizzjoni tas-sistema ta' sorveljanza skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
|
||
|
5. |
Deskrizzjoni tas-sistema ta' kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
|
||
|
6. |
Deskrizzjoni tal-miżuri li ttieħdu biex il-pubbliku jkun infurmat |
|
||
|
7. |
L-ispejjeż tal-miżuri li ttieħdu biex jintlaħqu l-obbligi tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 |
|
||
|
8. |
Informazzjoni addizzjonali (informazzjoni mhix obbligatorja) |
|
||
Struzzjonijiet biex tinġabar l-informazzjoni li għandha tintbagħat
L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni dwar il-mistoqsijiet kollha, ħlief fejn dik l-informazzjoni tkun immarkata bħala “informazzjoni mhix obbligatorja”.
IT-TAQSIMA A
Il-mistoqsijiet kollha tat-Taqsima A għandhom jitwieġbu għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi mniżżlin fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 li tkun fis-seħħ fi tmiem l-aħħar sena kalendarja li jkopri r-rapport.
Għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib reġjonali li għaliha jkun daħal fis-seħħ att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 sa dik id-data, għandhom jitwieġbu biss il-mistoqsijiet 1 sa 5 u 11 sa 17.
Il-mistoqsija 1
|
— |
Agħti l-isem xjentifiku tal-ispeċi. |
Il-mistoqsija 2
|
— |
Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-isem komuni tal-ispeċi bil-lingwa nazzjonali. |
Il-mistoqsija 3
|
— |
Għid jekk l-ispeċi titqiesx li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru (ħlief l-iktar reġjuni mbiegħda, fejn dan ikun japplika). |
Il-mistoqsija 4
|
— |
Jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 3, ibgħat fajl bid-dejta dwar id-distribuzzjoni tal-ispeċi filwaqt li tapplika d-Direttiva 2007/2/KE. F'dak il-fajl għandhom jintużaw it-tipi ta' oġġetti ġeografiċi ddefiniti fit-Taqsima 18 tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta 'l dik id-Direttiva (imsejħa “Distribuzzjoni tal-ispeċi (Species Distribution)”). L-informazzjoni dwar ix-xejriet tar-riproduzzjoni u tat-tixrid għandha tingħata billi jintużaw il-listi x-xierqa tal-kodiċijiet. |
Il-mistoqsija 5
|
— |
Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 1 sa 4. |
Il-mistoqsija 6
|
— |
Għid jekk inħarġux permessi għall-ispeċi kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) u/jew fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 matul il-perjodu tar-rappurtar. |
Il-mistoqsija 7
|
— |
Din il-mistoqsija għandha titwieġeb biss jekk weġibt “Iva” għall-mistoqsija 6. |
|
— |
Għal kull sena kalendarja li jkopri r-rapport, agħti l-għadd ta' permessi msemmijin fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 għal kull kategorija ta' għan, kif ukoll l-għadd jew il-volum kollu korrispondenti tal-eżemplari li jkopru dawn il-permessi, fosthom l-unità tal-kejl (l-għadd ta' eżemplari, il-kilogrammi ta' żerriegħa, eċċ.). |
Il-mistoqsija 8
|
— |
Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 6 u 7. |
Il-mistoqsija 9
|
— |
Għal kull sena kalendarja li jkopri r-rapport, agħti t-tabella mimlija bl-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
Il-mistoqsija 10
|
— |
Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 9. B'mod partikulari, spjega fid-dettall għaliex ma saret l-ebda spezzjoni, kif ukoll kull azzjoni li hija ppjanata. |
Il-mistoqsija 12
|
— |
L-informazzjoni tista' tingħata billi l-popolazzjonijiet differenti tal-ispeċi li jkunu indirizzati permezz tal-istess miżuri ta' qerda rapida jitpoġġew fi grupp wieħed skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. Jekk il-miżuri differenti jindirizzaw popolazzjonijiet differenti, l-informazzjoni trid tingħata għal kull waħda minn dawk il-popolazzjonijiet.
|
Il-mistoqsija 13
|
— |
Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 11 u 12. B'mod partikulari, spjega fid-dettall għaliex ma ttieħdet l-ebda miżura, kif ukoll kull azzjoni li hija ppjanata. |
Il-mistoqsija 15
|
— |
L-informazzjoni tista' tingħata billi l-popolazzjonijiet differenti tal-ispeċi li jkunu indirizzati permezz tal-istess miżuri ta' ġestjoni jitpoġġew fi grupp wieħed skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. Jekk il-miżuri differenti jindirizzaw popolazzjonijiet differenti, l-informazzjoni trid tingħata għal kull waħda minn dawk il-popolazzjonijiet.
|
Il-mistoqsija 16
|
— |
Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 14 u 15. B'mod partikulari, spjega fid-dettall għaliex ma ttieħdet l-ebda miżura, kif ukoll kull azzjoni li hija ppjanata. |
Il-mistoqsija 17
|
— |
Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti informazzjoni dwar l-impatt tal-ispeċi fuq il-bijodiversità u fuq is-servizzi tal-ekosistema relatati, li tinkludi informazzjoni dwar l-ispeċijiet indiġeni, dwar is-siti protetti u dwar il-ħabitats fil-periklu. Agħti wkoll informazzjoni dwar l-impatti soċjali u ekonomiċi tal-ispeċi, kif ukoll dwar l-impatti tagħha fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem. |
IT-TAQSIMA B
It-Taqsima B għandha timtela għal kull waħda mill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istat Membru skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.
Il-mistoqsija 2
|
— |
Agħti l-isem xjentifiku tal-ispeċi. |
Il-mistoqsija 3
|
— |
Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-isem komuni tal-ispeċi bil-lingwa nazzjonali. |
Il-mistoqsija 4
|
— |
Għid jekk l-ispeċi titqiesx li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru (ħlief l-iktar reġjuni mbiegħda, fejn dan ikun japplika). |
Il-mistoqsija 5
|
— |
Informazzjoni mhix obbligatorja: Ara l-mistoqsija 4 tat-Taqsima A. |
Il-mistoqsija 6
|
— |
Jekk ikun rilevanti, għid liema miżuri ġew applikati għall-ispeċi kkonċernata. |
Il-mistoqsija 7
|
— |
Informazzjoni mhix obbligatorja: Agħti l-informazzjoni addizzjonali kollha li tqis li hija rilevanti biex tispjega t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet 1 sa 6. |
IT-TAQSIMA C
Il-mistoqsija 1
|
— |
Agħti l-link għas-sit web fejn tista' ssib, fuq l-Internet, l-informazzjoni skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
Il-mistoqsija 2
|
— |
Ibgħat dokument li jiddeskrivi l-pjanijiet ta' azzjoni msemmijin fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument). |
Il-mistoqsija 3
|
— |
Għid liema direzzjonijiet prijoritarji ġew indirizzati billi tuża l-kodiċijiet mogħtija hawn taħt, u liema huma l-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni koperti minn kull waħda minn dawk id-direzzjonijiet.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-mistoqsija 4
|
— |
Ibgħat dokument li jiddeskrivi s-sistema ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument). |
Il-mistoqsija 5
|
— |
Ibgħat dokument li jiddeskrivi s-sistema ta' kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, fosthom deskrizzjoni tal-proċeduri biex ikun żgurat li tiġi skambjata l-informazzjoni rilevanti u li jkun hemm koordinazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-awtoritajiet kollha involuti fil-verifiki kif previst fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument). |
Il-mistoqsija 6
|
— |
Ibgħat dokument li jiddeskrivi l-miżuri li ttieħdu b'rabta mal-preżenza ta' speċi aljena invażiva u kull azzjoni li ċ-ċittadini ntalbu jieħdu b'rabta ma' dan (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument). |
Il-mistoqsija 7
|
— |
Ibgħat dokument bl-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-miżuri li ttieħdu biex jintlaħqu l-obbligi tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 meta din l-informazzjoni tkun disponibbli (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument). Sa fejn ikun possibbli, agħti d-dettalji tal-ispejjeż ta' kull azzjoni speċifika (pereżempju l-ispejjeż għall-bini tal-kapaċità, għat-tħaddim tas-sistema ta' sorveljanza, għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' qerda rapida u tal-miżuri ta' ġestjoni) u inkludi, meta din tkun disponibbli, l-informazzjoni rilevanti dwar l-irkupru tal-ispejjeż u dwar il-benefiċċji tal-azzjonijiet li ttieħdu (l-ispejjeż tal-ħsara li ġiet evitata, il-ħsara lill-bijodiversità u lis-servizzi tal-ekosistema relatati li ġiet evitata, il-kontribut li ngħata għal miri oħrajn tal-UE u l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem, lis-sikurezza u lill-ekonomija li ġiet evitata). |
Il-mistoqsija 8
|
— |
Informazzjoni mhix obbligatorja: Ibgħat dokument bl-informazzjoni l-oħra kollha li l-Istat Membru jixtieq iżid b'rabta mal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 minbarra l-informazzjoni mitluba f'dan il-format (jew agħti l-link għas-sit web fejn wieħed jista' jsib dan id-dokument). |