|
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 416/48 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2038
tal-10 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward tal-formoli għall-impenn mill-garanti u l-inklużjoni tal-kostijiet tat-trasport bl-ajru fil-valur doganali, biex jitqies il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 126 u 127(1) tiegħu, kif ukoll l-Artikoli 5(3) u 13(1) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 8(1)(b), 76(a) u 100(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li jitlaq mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Fl-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Skont l-Artikoli 126 u 127 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), id-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli għar-Renju Unit u fih matul perjodu ta’ tranżizzjoni li għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ tranżizzjoni”). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 185 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u mal-Artikolu 5(3) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, il-leġiżlazzjoni doganali kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 hija applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (mhux inklużi l-ibħra territorjali tar-Renju Unit) wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. |
|
(4) |
Wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq, u d-dazji doganali jridu jiġu applikati għall-merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni mir-Renju Unit. F’konformità mal-Artikolu 71(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, il-kost tat-trasport sal-post fejn jiddaħħlu l-oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni jrid jiġi inkluż fil-valur doganali tal-oġġetti importati. Il-perċentwali tal-kostijiet totali tat-trasport bl-ajru li għandhom jiġu inklużi fil-valur doganali huma stabbiliti fl-Anness 23-01 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3). Wara li jintemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jenħtieġ li r-Renju Unit jiżdied mal-lista xierqa ta’ pajjiżi terzi f’dak l-Anness. |
|
(5) |
Il-formoli għall-impenji mill-garanti huma stabbiliti fl-Annessi 32-01, 32-02 u 32-03 u fil-Kapitoli VI u VII tal-Anness 72-04 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. Dawk il-formoli jelenkaw l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu (4), kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC dwar it-tranżitu komuni (5) (“il-Konvenzjoni”). Meta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq, jenħtieġ li r-Renju Unit ma jibqax elenkat fost l-Istati Membri f’dawk il-formoli. Madankollu, ir-Renju Unit ġie mistieden, u ddepożita l-istrument tal-adeżjoni tiegħu biex jaderixxi mal-Konvenzjoni bħala Parti Kontraenti separata minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Meta r-Renju Unit jaderixxi mal-Konvenzjoni, jenħtieġ li jitniżżel fost il-partijiet kontraenti l-oħrajn għall-Konvenzjoni fil-formoli għall-impenji mill-garanti. Barra minn hekk, bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu tal-Unjoni, l-Irlanda ta’ Fuq jenħtieġ li tiġi elenkata b’tali mod li jindika li kwalunkwe garanzija li hija valida fl-Istati Membri trid tkun valida wkoll fl-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(6) |
Filwaqt li jiġi kkunsidrat it-tmiem imminenti tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza. Minħabba li l-perjodu ta’ tranżizzjoni jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-inklużjoni tal-kostijiet tat-trasport bl-ajru mir-Renju Unit, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq, fil-valur doganali u mat-tħassir tar-referenzi għar-Renju Unit mill-parti tal-formoli għall-impenji mill-garanti maħtura għall-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-inklużjoni tar-referenzi għar-Renju Unit fil-lista tal-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Konvenzjoni fil-formoli għall-impenji mill-garanti jenħtieġ li japplikaw minn dakinhar li r-Renju Unit jaderixxi mal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness 23-01, fit-tabella, fl-aħħar ringiela tal-ewwel kolonna (“Żona Q”), jiżdied it-test li ġej: “,ir-Renju Unit bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq”; |
|
(2) |
fl-Anness 32–01, il-Parti I ( Impenn mill-garanti ), il-punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness 32-02, il-Parti I ( Impenn mill-garanti ), il-punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Anness 32-03, il-Parti I ( Impenn mill-garanti ), il-punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Anness 72-04, il-Parti II hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Madankollu, l-Artikoli 1(2)(b), 1(3)(b), 1(4)(b) u 1(5) għandhom japplikaw minn dakinhar li r-Renju Unit jaderixxi għall-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(4) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.
(5) Id-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt EU-CTC tal-4 ta’ Diċembru 2019 dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu (ĠU L 103, 03.4.2020, p. 47).