|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 149/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10233 — Clearlake/TA Associates/Charlesbank/Ivanti)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 149/04)
1.
Fl-14 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Clearlake Capital Group L.P. (“Clearlake”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
TA Associates Management, L.P. (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
CharlesbankCapital Partners, LLP (“Charlesbank”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Ivanti Software, Inc. (“Ivanti”, l-Istati Uniti tal-Amerka) bħalissa kkontrollata minn Clearlake u TA Associates. |
Clearlake, TA Associates u Charlesbank jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ivanti. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Clearlake: ditta ta’ investiment privat b’kumpaniji ta’ portafoll attivi fis-servizzi tas-software u t-teknoloġija, l-enerġija u l-industrija, u l-konsumatur; |
|
— |
TA Associates: ditta ta’ ekwità privata b’kumpaniji ta’ portafoll attivi f’industriji magħżula, inklużi s-servizzi tan-negozju, il-konsumaturi, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa u t-teknoloġiji; |
|
— |
Charlesbank: ditta ta’ ekwità privata b’kumpaniji ta’ portafoll attivi fis-servizzi tan-negozju, il-konsumaturi, il-kura tas-saħħa, l-industrijali u t-teknoloġija u l-infrastruttura tat-teknoloġija; |
|
— |
Ivanti: Ivanti toffri pjattaforma ta’ software għad-dipartimenti interni tal-IT tal-kumpaniji, li tipprovdi software u soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-utenti u l-mobbiltà industrijali. L-offerta ta’ Ivanti tippermetti li dipartiment intern tal-IT ta’ organizzazzjoni jittraċċa u jirreġistra kwistjonijiet tal-IT, u jsegwi t-tlestija/ir-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10233 — Clearlake/TA Associates/Charlesbank/Ivanti
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).