Official Journal L 111 , 27/04/1983 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0075
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 2 P. 0094
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0075
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 2 P. 0094
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 971/83 tat-28 ta' Marzu 1983 dwar il-Konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu Rivoluzzjonarju tal-Guinea dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Guinea IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu Rivoluzzjonarju tal-Guinea dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Guinea, flimkien ma’ l-iskambju ta' ittri dwaru, ffirmat fi Conakry fis-7 ta' Frar 1983, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu Rivoluzzjonarju tal-Guinea dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Guinea, flimkien ma’ l-iskambju ta' ittri dwaru huma b'dan approvati f'isem il-Komunità. It-testi msemmija fl-ewwel subparagrafu huma annessi ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill jagħti n-notifikazzjoni prevista fl-Artikolu 16 tal-Ftehim [2] Artikolu 3 Dan ir-Regolament jibda’ jseħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Settembru 2002. Għall-Kunsill Il-President J. Ertl [1] ĠU C 13, tas-17.1.1983, pġ. 249. [2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------