European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2433

3.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 145/2024

tat-12 ta’ Ġunju 2024

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2024/2433]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2021/557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2402 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata biex jgħin l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2021/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ aġġustamenti għall-qafas ta’ titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1221 tal-1 ta’ Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 f’dak li jirrigwarda l-kalkolu ta’ rekwiżiti kapitali regolatorji għat-titolizzazzjonijiet u titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

L-Istati tal-EFTA għandhom, meta jiddefinixxu liema pajjiżi għandhom ikunu fuq il-lista ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, iqisu bis-sħiħ il-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa.

(7)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 1 (id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 30 (id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31bb (id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“-

32017 R 2402: Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).”

2.

Il-punt 1b (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/35) huwa emendat kif ġej:

(i)

jiżdied l-inċiż li ġej:

“-

32018 R 1221: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1221 tal-1 ta’ Ġunju 2018 (ĠU L 227, 10.9.2018, p. 1).”

(ii)

l-adattamenti (b) u (c) jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-adattamenti (d) u (e);

(iii)

jiddaħħlu l-adattamenti li ġejjin:

“(b)

Fl-Artikolu 178a, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

Fil-paragrafi 1 u 4, il-kliem “l-1 ta’ Jannar 2019” għandhom jinqraw “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024”;

(ii)

fil-paragrafi 1 sa 4, il-kliem “mill-31 ta’ Diċembru 2018” għandhom jinqraw “minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024”;

(iii)

fil-paragrafu 3, il-kliem “it-18 ta’ Jannar 2015” għandhom jinqraw “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2018 tat-23 ta’ Marzu 2018”.

(c)

Fl-Artikolu 180, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

fil-paragrafu 10a, il-kliem “l-1 ta’ Jannar 2019” għandhom jinqraw “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024”.

(ii)

fil-paragrafu 10a, il-kliem “il-31 ta’ Diċembru 2018” għandhom jinqraw “il-jum ta’ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024”.”

3.

Il-punt 14a (ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa emendat kif ġej:

(i)

jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

“-

32017 R 2401: Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1),

-

32021 R 0558: Ir-Regolament (UE) 2021/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2021 (ĠU L 116, 6.4.2021, p. 25).”;

(ii)

l-adattamenti minn (k) sa (r) huma nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti minn (m) sa (t);

(iii)

l-adattament li ġej jiżdied wara l-addattament (j):

“(k)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 254(3), fir-rigward tal-Istati EFTA, il-kelma ‘2018’ għandha tinqara “is-sena tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024”.”.

4.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bj (id-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“31bk.

32017 R 2402: Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35), kif emendat bi:

—

32021 R 0557: Ir-Regolament (UE) 2021/557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2021 (ĠU L 116, 6.4.2021, p. 1).

Għall finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini Stat Membri u awtoritajiet kompetenti għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)

Ir-referenzi għas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA) skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim u f’konformità miegħu, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(c)

Sakemm mhux previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, l-ESMA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw l-informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-fini tar-Regolament, b’mod partikulari qabel tittieħed kwalunkwe azzjoni.

(d)

Id-deċiżjonijiet, id-deċiżjonijiet interim, in-notifiki, is-sempliċi talbiet, ir-revoki ta’ deċiżjonijiet u miżuri oħra mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikoli 10(6), 12 u 15 għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jiġu adottati fuq il-bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-ESMA fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.

(e)

L-Artikolu 4(aa), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandu jinqara “pajjiż terz jitqies bħala ġurisdizzjoni li ma tikkooperax kif definit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat tal-EFTA kkonċernat.”

(f)

Fl-Artikoli 8(1), 9(4)(b) u 29(4), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “l-1 ta’ Jannar 2019” għandhom jinqraw “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024”.

(g)

Fl-Artikolu 9, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “Direttiva 2014/17/UE” għandhom jinqraw “Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2019 tat-8 ta’ Mejju 2019”.

(h)

Fl-Artikolu 10:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni stabbilit fi Stat tal-EFTA, mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;

(ii)

fil-paragrafu 5, il-kliem “jew, fil-każ ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni stabbilit fi Stat tal-EFTA, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”;

(iii)

fil-paragrafu 6, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.

(i)

Fl-Artikolu 11, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.

(j)

Fl-Artikolu 12, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.

(k)

Fl-Artikolu 13:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.

(ii)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“l-ESMA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkomunikaw, mingħajr dewmien żejjed lil xulxin, u lill-Kummissjoni kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed f’konformità mal-paragrafu 1.”.

(l)

Fl-Artikolu 15:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “ESMA”.

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2, il-kelma “l-ESMA” għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

(iii)

fit-tieni sentenza tal-paragrafu 3, il-kliem “jew, fil-każ ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni stabbilit fi Stat tal-EFTA, li ma tippreparax abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għal dak l-effett”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “ikkonċernat”.

(m)

Fl-Artikolu 16(1), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fir-rigward ta’ repożitorji tat-titolizzazzjoni stabbiliti fi Stat tal-EFTA, għandhom jiġu imposti tariffi mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fuq l-istess bażi tat-tariffi mitluba għal repożitorji tat-transazzjonijiet oħrajn f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-atti delegati li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2.

L-ammonti miġbura mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandhom jiġu mgħoddija lill-ESMA mingħajr dewmien bla bżonn.”

(n)

Fl-Artikolu 26e(5)(c)(i), il-kelma “l-Unjoni” għandha tiġi sostitwit bil-kliem “il-Ftehim ŻEE”.

(o)

Fl-Artikolu 29(5), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “l-10 ta’ Ottubru 2021” għandhom jinqraw “fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024” u l-kliem “8 ta’ April 2021” għandhom jinqraw “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024”.

(p)

Fl-Artikolu 31(4), il-kliem “, u fil-każ li stat tal-EFTA huwa destinatorju, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA” għandu jiżdied wara l-kelma “Kunsill”.

(q)

Fl-Artikoli 35, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “18 ta’ Jannar 2019” għandhom jinqraw “is-sbatax il-jum mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024”.

(r)

Fl-Artikolu 37(7), il-kliem “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “EIOPA”.

(s)

Fl-Artikolu 43, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

il-kliem “l-ewwel ta’ Jannar 2019” għandhom jinqraw “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024”;

(ii)

fil-paragrafi 5 u 6, il-kliem “31 ta’ Diċembru 2018” għandhom jinqraw “il-jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024”.

(t)

Fl-Artikolu 43 a, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “9 ta’ April 2021” għandhom jinqraw “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2024 tat-12 ta’ Ġunju 2024”.“.

5.

Il-punt 31eb (ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa emendat kif ġej:

(i)

jiżdied l-inċiż li ġej:

“-

32017 R 2402: Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).”

(ii)

l-adattament (g) jitħassar;

(iii)

l-adattamenti minn (h) sa (zm) huma nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti minn (g) sa (zl).

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2017/2401, (UE) 2017/2402, (UE) 2021/557 u (UE) 2021/558 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/1221 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2024, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1.

(2)   ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35.

(3)   ĠU L 116, 6.4.2021, p. 1.

(4)   ĠU L 116, 6.4.2021, p. 25.

(5)   ĠU L 227, 10.9.2018, p. 1.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2433/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)