|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1004 |
22.1.2024 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1004)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-deċiżjoni (2) |
Data tad-deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-għeluq tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
|
C(2024) 11 |
15 ta’ Jannar 2024 |
1,2-dikloroetan Nru KE 203-458-1 Nru CAS 107-06-2 |
Lanxess Deutschland GmbH, Kennedyplatz 1, 50569, Köln, il-Ġermanja |
REACH/23/39/0/R1 |
L-użu industrijali bħala aġent li jneffaħ waqt ir-reazzjoni tas-sulfonizzazzjoni taż-żibeġ tal-kopolimeru polistiren-divinilbenżen fil-produzzjoni ta’ reżini ta’ skambju ta’ katjoni aċidużi qawwijin |
22 ta' Novembru 2028 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1.
(2) Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1004/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)