IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 25.9.2017
JOIN(2017) 37 final
ANNESS
tal-
Proposta Konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra.
ANNESSI U PROTOKOLLI
GĦALL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA KOMPRENSIV U MSAĦĦAĦ
BEJN L-UE U L-ARMENJA
ANNESS I
għall-KAPITOLU 1: TRASPORT tat-TITOLU V: POLITIKI OĦRA TA' KOOPERAZZJONI
Ir-Repubblika tal-Armenja tintrabat li gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha lejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-strumenti internazzjonali segwenti fiż-żmien stipulat.
Trasport bit-triq
Kundizzjonijiet tekniċi
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/6/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjoni tad-Direttiva 96/53/KE għandha tkun implimentata sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tipprovdi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fil-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali
L-emendi introdotti bid-Direttiva (UE) 2015/719 jibdew japplikaw mis-7 ta' Mejju 2017
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/719 għandha tkun implimentata fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabbiltà stradali ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2014/47/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq, kif emendata, li tapplika sad-19 ta’ Mejju 2018
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2009/40/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE, li tibda tapplika mill-20 ta' Mejju 2018
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2014/45/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l-inspezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq ta' vetturi kummerċjali tajbin għas-sewqan li jiċċirkulaw fil-Komunità, kif emendata, tapplika sat-19 ta’ Mejju 2018
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2000/30/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Kundizzjonijiet ta' sigurtà
Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan. Jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' din id-Direttiva:
–
Introduzzjoni tal-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan (l-Artikolu 4)
–
Kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' liċenzji tas-sewqan (l-Artikoli 4, 5, 6 u 7 u Anness III)
–
Kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan (Anness II)
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2006/126/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE, tas-6 ta' Ottubru 1995, dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq
Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi
Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2008/68/KE, 95/50/KE u 2010/35/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim (tmien snin għall-ferrovija).
Kundizzjonijiet soċjali
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq, kif emendat, li japplika sakemm l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq isir applikabbli.
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 għandhom jirreferu biss għat-trasport internazzjonali u jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, kif emendat
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq li, fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985, jibda japplika mid-data meta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 46 (UE) Nru 165/2014 tiegħu jsiru applikabbli.
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 dwar trasport internazzjonali għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2006/22/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim f'dak li jirreferi għal trasport Internazzjonali.
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE, kif emendat
Skeda ta' żmien: Id-Dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 - l-Artikoli 3, 4, 5, 6, 7 (mingħajr il-valur monetarju tas-sitwazzjoni finanzjarja), 8, 10, 11, 12, 13, 14, 15 u l-Anness I ta’ dak ir-Regolament jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2002/15/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifikazzjoni inizzjali u t-taħriġ perjodiku għal sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2003/59/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Kundizzjonijiet fiskali
Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi
Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabbiltà tas-sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq
Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti minimi għas-sikurezza tal-mini fin-Netwerk tat-Toroq Trans-Ewropew
Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 1999/62/KE, 2004/52/KE, 2004/54/KE u 2008/96/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Trasport ferrovjarju
Aċċess għas-suq u għall-infrastruttura
Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' din id-Direttiva:
–
Introduzzjoni ta' mmaniġġar indipendenti u titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja
–
Firda bejn it-tmexxija tal-infrastruttura u l-ħidmiet tat-trasport
–
Introduzzjoni ta’ liċenzji
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tal-Dirrettiva 2012/34/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv, kif emendata
Skeda ta’ żmien: il-Kunsill ta’ Sħubija se jiddeċiedi fuq skeda ta’ żmien għall-implimentazjzoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Kundizzjonijiet tekniċi u ta' sigurtà, interoperabbiltà
Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija)
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/49/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/59/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji.
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Trasport ikkombinat
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat ta' prodotti bejn Stati Membri
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/106/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Trasport bl-ajru
–
Il-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta’ Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni komprensiv
–
Bla ħsara għall-konklużjoni tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni, tiġi żgurata l-implimentazzjoni u l-iżvilupp koordinat ta' ftehimiet ta’ servizzi bilaterali tal-ajru bejn l-Ukrajna u l-Istati Membri tal-UE, kif emendati bil-“Ftehim orizzontali”.
Trasport marittimu
Is-sigurtà marittima – Stat tal-bandiera / soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni
id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/15/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri, kif emendat
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2013/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2013/54/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali, u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 788/2014 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91, kif emendat
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 789/2004 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Stat tal-bandiera
Id-Direttiva Nru 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2009/21/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Stat tal-Port
Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2009/16/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 tal-20 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward l-ispezzjonijiet estiżi tal-bastimenti
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 428/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta’ Stat tal-bandiera
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 801/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji, kif emendat
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 802/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/40/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 tistabbilixxi mudell komuni għall-karta ta' l-identità għall-ispetturi li jwettqu kontroll Ċivili tal-portijiet
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 96/40/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Investigazzjoni ta' inċidenti
Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2009/18/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2011 tal-5 ta’ Lulju 2011 li jadotta r-regoli ta’ proċedura tal-qafas ta’ kooperazzjoni permanenti stabbilit mill-Istati Membri b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 651/2011 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar żviluppata skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1286/2011 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Responsabbiltà u assigurazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri fuq il-baħar fil-każ ta' aċċidenti
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 392/2009 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta' vapuri għal pretensjonijiet marittimi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2009/20/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Il-bastimenti tal-passiġġieri
Id-Direttiva Nru 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2009/45/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-ħtiġiet ta' stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2003/25/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 1999/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 98/41/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Il-monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti u formalitajiet ta’ rappurtar
Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2002/59/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tirrevoka d-Direttiva 2002/6/KE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2010/65/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Rekwiżiti tekniċi ta’ sigurtà
Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed
L-iskeda taż-żmien biex jiġu eliminati gradwalment it-tankers b’buq wieħed se tkun bħall-iskeda kif inhi speċifikata fil-Konvenzjoni MARPOL
Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (mit-18 ta’ Settembru 2016)
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2014/90/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b' sigurtà ta’ bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2001/96/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.747(18) dwar l-applikazzjoni tal-kejl ta' tunnellaġġ ta' spazji ta' saborra f'tankers taż-żejt bis-saborra segregata, kif emendat
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2978/94 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 97/70/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ekwipaġġ
Id-Direttiva Nru 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2008/106/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifkat tal-baħħara maħruġ mill-Istati Membri u li tirrevoka d-Direttiva 2001/25/KE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2005/45/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 79/115/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 dwar servizzi ta’ pilotaġġ ta’ bastimenti minn piloti tal-baħar fond fil-Baħar tat-Tramuntana u l-Kanal Ingliż
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 79/115/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ambjent
Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta’ Ġunju 2008 li jdaħħal fis-seħħ l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti u li jemenda dak ir-Regolament
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 536/2008 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2000/59/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġiż ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur, inkluż sanzjonijiet kriminali għal reati ta' tniġġis
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2005/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (UE) Nru 911/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn vapuri u minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 911/2014 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 1999/32/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 2015/757 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Kumitat dwar l-Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti
Ir-Regolament (UE) Nru 2016/1625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà, kif emendat
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 2016/1625 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru tal-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti, kif emendat
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Kundizzjonijiet soċjali
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/29/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta' xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) – Anness: Il-Ftehim Ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tal-baħħara
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 1999/63/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet fejn għandhom x'jaqsmu s-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord vapuri li jidħlu f'portijiet Komunitarji
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 1999/95/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
________________
ANNESS II
għall-KAPITOLU 2: ENERĠIJA tat-TITOLU V: POLITIKI OĦRA TA' KOOPERAZZJONI
Ir-Repubblika tal-Armenja tintrabat li gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha lejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-strumenti internazzjonali segwenti fiż-żmien stipulat.
Elettriku
Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2009/72/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Madanakollu, fil-każ tal-Artikoli 3, 6, 13, 15, 33, 38, il-Kunsill ta’ Sħubija se jistabilixxi skeda ta’ żmien speċifika għall-implimentazzjoni fi żmien debitu.
Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-ettriku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003
Il-Kunsill ta’ Sħubija se jistabilixxi skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 fi żmien debitu.
Id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku u tal-investiment fl-infrastruttura
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/89/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Iż-Żejt
Id-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2009/119/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Infrastruttura
Ir-Regolament (UE) Nru 256/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea, li jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 256/2014 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Regolamenti ta' Implimentazzjoni:
–
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1113/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi l-forma u d-dettalji tekniċi tan-notifika msemmija fl-Artikoli 3 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 256/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2386/96 u (UE, Euratom) Nru 833/2010
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1113/2014 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Il-prospettar u l-esplorazzjoni tal-idrokarburi
Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/22/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Effiċjenza enerġetika
Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2012/27/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Regolament ta’ Implimentazzjoni:
–
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 tat-12 ta’ Ottubru 2015 li jirrevedi valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriku u sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jirrevoka d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 2015/2402 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2010/31/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Regolament ta' Implimentazzjoni:
–
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta' Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini
–
Linji Gwida li jakkumpanjaw ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta' Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini (2012/C 115/01)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 244/2012 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/33/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/125/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Direttivi/Regolamenti Implimentattivi:
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 107/2009 tal- 4 ta' Frar 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ disinjar ekoloġiku għal kaxxi set-top sempliċi
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodiżinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta' April 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f'kundizzjoni ta' mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta' provvisti tal-elettriku esterni
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodisinn għal muturi tal-elettriku
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011 tat- 30 ta' Marzu 2011 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodisinn għal fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1275/2008, (KE) Nru 107/2009, (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 278/2009, (KE) Nru 640/2009, (KE) Nru 641/2009 u (UE) Nru 327/2011 għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 643/2009 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodiżinn għat-televixins
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 642/2009 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1015/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1016/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b'karburanti likwidi jew gassużi
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’ discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2009 tat-18 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 244/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn ta’ radjazzjoni ultravjola ta’ lampi domestiċi nondirezzjonali
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2010 tal-21 ta' April 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal pompi tal-ilma
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 622/2012 tal-11 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 932/2012 tat-3 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dijodu li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kompjuters u s-servers
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 tat-8 ta’ Lulju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal vacuum cleaners
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2013 tat-22 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1275/2008 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfi, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 642/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 ta2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għal ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 4/2014 tas-6 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 640/2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal muturi tal-elettriku
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 66/2014 tal-14 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal
apparat domestiku għat-tisjir
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 tal- 21 ta' Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' transformers tal-elettriku ta' qawwa żgħira, medja u għolja
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014 tas-7 ta’ Lulju 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal units ta’ ventilazzjoni
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1428 tal-25 ta’ Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b’dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat
Il-Kunsill ta’ Sħubija se jivvaluta b’mod regolari l-possibbiltà li jistabilixxi skedi ta’ żmien speċifiċi għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti u Direttivi.
Id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2010/30/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Direttivi/Regolamenti Implimentattivi:
–
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE tad-19 ta’ Settembru 1996 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija ta’ magni tad-dar għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 96/60/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1059/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1060/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1061/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1062/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal- ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) Nru 392/2012 għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) Nru 874/2012 għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja
–
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari
–
Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari
–
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta' Ottubru 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers
–
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 518/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012, (UE) Nru 874/2012, (UE) Nru 665/2013, (UE) Nru 811/2013 u (UE) Nru 812/2013 dwar it-tikkettar ta’ prodotti b’rabta mal-enerġija fuq l-Internet
–
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2014 tal-11 ta’ Lulju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja
–
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1094 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tar-refriġerazzjoni professjonali
–
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 tal-24 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali
–
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1187 ta-27 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu
Il-Kunsill ta’ Sħubija se jivvaluta b’mod regolari l-possibbiltà li jistabilixxi skedi ta’ żmien speċifiċi għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti.
Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju
–
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/202/UE tal-20 ta’ Marzu 2014 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-entitajiet tal-ġestjoni skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi tal-ittikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji jiżdidulha speċifikazzjonijiet għal servers informatiċi u fornimenti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni mal-Anness C tal-Ftehim u dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displejs u t-tagħmir tal-immaġni inkluż fl-Anness C tal-Ftehim
–
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1402 tal-15 ta' Lulju 2015 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' deċiżjoni tal-entitajiet amministrattivi skont il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kompjuters inklużi fl-Anness C tal-Ftehim
Il-Kunsill ta’ Sħubija se jivvaluta b’mod regolari l-possibbiltà li jiġu stabbiliti skedi ta’ żmien speċfiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 106/2008 u d-Deċiżjonijiet 2014/202/UE u (UE) 2015/1402.
Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra.
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 228/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C1
–
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1235/2011 tad-29 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers, il-kejl tar-reżistenza għad-dawrien u l-proċedura ta' verifika
Il-Kunsill ta’ Sħubija se jivvaluta b’mod regolari l-possibbiltà li jiġu stabbiliti skedi ta’ żmien speċfiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009, (UE) Nru 228/2011 u (UE) No 1235/2011.
L-enerġija rinnovabbli
Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/28/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Nukleari
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi ta’ skart radjuattiv u ta’ karburant użat
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2006/117/Euratom għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2009/71/Euratom għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2011/70/Euratom għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2013/51/Euratom għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għall-protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti.
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2013/59/Euratom għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
________________
ANNESS III
għall-KAPITOLU 3: AMBJENT tat-TITOLU V: POLITIKI OĦRA TA' KOOPERAZZJONI
Ir-Repubblika tal-Armenja tintrabat li gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha lejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-strumenti internazzjonali segwenti fiż-żmien stipulat.
Il-governanza ambjentali u l-integrazzjoni tal-ambjent f'oqsma oħra ta' politika
Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-istabbiliment ta' rekwiżiti li l-proġetti tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva jkunu suġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali u għal proċedura biex jiġi deċiż liema proġetti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva jirrekjedu l-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali (l-Artikolu 4)
–
Id-determinazzjoni tal-ambitu tal-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-iżviluppatur (l-Artikolu 5)
–
L-istabbiliment ta' proċedura ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet ambjentali u proċedura ta' konsultazzjoni pubblika (l-Artikolu 6)
–
L-istabbiliment ta’ arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni u konsultazzjoni mal-Istati Membri li l-ambjent tagħhom x’aktarx li se jiġi affettwat b’mod sinifikanti minn xi proġett (l-Artikolu 7);
–
L-istabbiliment ta' miżuri biex il-pubbliku jkunu jista' jiġi nnotifikat bir-riżultati ta' deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-kunsens għall-iżvilupp (l-Artikolu 9)
–
L-istabbiliment ta' proċeduri effettivi, mhux għaljin wisq u f'waqthom ta' rieżami fil-livell amministrattiv u ġudizzjarju li jinvolvu lill-pubbliku u lill-NGOs (l-Artikolu 11)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-istabbiliment ta' proċedura għal deċiżjoni dwar liema pjani jew programmi jkunu jirrekjedu valutazzjoni ambjentali strateġika u ta' rekwiżiti li l-pjani u l-programmi li għalihom il-valutazzjoni ambjentali strateġika tkun obbligatorja jkunu suġġetti għal valutazzjoni bħal din (l-Artikolu 3)
–
L-istabbiliment ta' proċedura ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet ambjentali u proċedura ta' konsultazzjoni pubblika (l-Artikolu 6)
–
L-istabbiliment ta’ arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni u konsultazzjoni mal-Istati Membri li l-ambjent tagħhom x’aktarx li se jiġi affettwat b’mod sinifikanti minn xi pjan jew programm (l-Artikolu 7);
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar aċċess pubblika għal informazzjoni ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-istabbiliment ta' arranġamenti prattiċi skont liema l-informazzjoni ambjentali ssir disponibbli lill-pubbliku u tal-eċċezzjonijiet applikabbli (l-Artikolu 3 u 4)
–
Jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni ambjentali (l-Artikolu 3(1))
–
L-istabbiliment ta' proċeduri biex jiġu rieżaminati deċiżjonijiet li ma tingħatax informazzjoni ambjentali jew li tingħata biss informazzjoni parzjali (l-Artikolu 6)
–
L-istabbiliment ta' sistema għat-tixrid ta' informazzjoni ambjentali mal-pubbliku (l-Artikolu 7)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda, fir-rigward tal-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, id-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-istabbiliment ta' mekkaniżmu biex il-pubbliku jingħata informazzjoni (l-Artikoli 2(2)(a) u 2(2)(d))
–
L-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' konsultazzjoni pubblika (l-Artikoli 2(2)(b) u 2(3))
–
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għal kummenti u opinjonijiet pubbliċi li għandhom jitqiesu fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet (l-Artikolu 2(2)(c))
–
Il-garanzija ta’ aċċess għall-ġustizzja effettiv, f’waqtu u li ma jiswix tant li jkun projbittiv fil-livell amministrattiv u ġudizzjarju f’dawn il-proċeduri għall-pubbliku (inkluż NGOs) (l-Artikolu 3(7) u l-Artikolu 4(4), valutazzjoni tal-impatt ambjentali u prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta'April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2004/35/KE:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtoritajiet kompetenti
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri mmirati lejn il-prevenzjoni u r-rimedju ta’ ħsara lill-ambjent (l-ilma, l-art, l-ispeċijiet protetti u l-ħabitats naturali) abbażi tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas (l-Artikoli 5, 6, 7, Anness II)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta’ responsabbiltà stretta għal attivitajiet ta' xogħol perikolużi (Artikolu 3(1) u Anness III)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta’ obbligi għall-operaturi li jieħdu miżuri ta’ prevenzjoni u ta' rimedju meħtieġa inkluża r-responsabbiltà għall-ispejjeż (Artikoli 5, 6, 7, 8, 9 u 10)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għall-persuni affettwati inklużi l-NGOs ambjentali biex tintalab azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti f’każ ta’ danni ambjentali inkluża analiżi indipendenti (Artikoli 12 u 13)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/35/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Kwalità tal-arja
Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment u l-klasifikazzjoni ta’ żoni u ta’ agglomerazzjonijiet (l-Artikolu 4 u 5)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbilitment ta’ limiti massimi u minimi ta’ valutazzjoni u valuri ta’ limitu (l-Artikolu 5 u 13)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta’ sistema għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali f’relazzjoni ma’ sustanzi li jniġġżu l-arja (l-Artikoli 5, 6 u 9)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' pjani tal-kwalità tal-arja għal żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli tas-sustanzi li jniġġsu jkunu jaqbżu l-valur ta' limitu/il-valur mira (l-Artikolu 23)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' pjanijiet ta' azzjoni għal perjoduqasir fil-każ ta' żoni u agglomerazzjonijiet fejn ikun hemm riskju li jinqabżu l-limiti ta' allert (l-Artikolu 24)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' sistema biex il-pubbliku jingħata informazzjoni (l-Artikolu 26)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/107/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta’ livelli ta’ stima superjuri u inferjuri (l-Artikolu 4(6)) u ta’ valuri ta’ mira (l-Artikolu 3)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/107/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment u l-klassifikazzjoni ta’ żoni u ta’ agglomerazzjonijiet (l-Artikolu 3 u 4(6))
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/107/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta’ sistema għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali f’relazzjoni ma’ sustanzi li jniġġsu l-arja (l-Artikolu 4)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/107/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
It-teħid ta' miżuri sabiex tinżamm/tittejjeb il-kwalità tal-arja għar-rigward tas-sustanzi li jniġġżu relevanti (l-Artikolu 3)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/107/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE, kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-istabbiliment ta' sistema effettiva ta' teħid ta' kampjuni u ta' metodi analitiċi xierqa ta' analiżi biex jiddeterminaw il-kontenut tal-kubrit (l-Artikolu 6)
–
Il-projbiżzzjoni kontra l-użu ta' żjut karburanti tqal u ta' żejt tal-gass għal applikazzjonijiet b'kontenut ta' kubrit li jkun akbar mill-valuri ta' limitu stabbiliti (l-Artikolu 3(1) - sakemm ma japplikawx eċċezzjonijiet fl-Artikolu 3(2) u 4(1))
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/32/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOC) li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz, kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-identifikazzjoni tat-terminals kollha ta' ħażna u ta' tagħbija tal-petrol (Artikolu 2)
–
L-istabbiliment ta' miżuri tekniċi biex jitnaqqas it-telf ta' petrol minn stallazzjonijiet ta' ħażna f'terminals u fi stazzjonijiet ta' servizz u matul it-tgħabija/il-ħatt ta' kontejners mobbli fit-terminals (l-Artikoli 3, 4 u 6 u l-Anness III)
–
ikun obbligatorju li l-irfid għat-tagħbija ta' tankers tat-triq u l-kontejners mobbli jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti kollha (l-Artikolu 4 u 5)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/63/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2004/42/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-istabbiliment ta' valuri ta’ limitu għal kontenut ta’ KOV massimu għal żebgħa u lostri (Artikolu 3 u Anness II)
–
L-istabbiliment ta’ rekwiżiti biex jiġi żgurat l-ittikettar ta’ prodoti li jitqiegħdu fis-suq u t-tqiegħid fis-suq ta’ prodotti konformi mar-rekwiżiti relevanti (l-Artikoli 3 u 4)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/42/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Il-kwalità tal-ilma u l-ġestjoni tar-riżorsi
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-identifikazzjoni ta’ distretti ta’ baċini tax-xmajjar u l-koordinazzjoni xierqa għall-preservazzjoni ta’ xmajjar, għadajjar u ilmijiet kostali internazzjonali (Artikolu 3(1) sa 3(7))
–
Analiżi tal-karatteristiċi ta' distretti tal-baċin tax-xmara (Artikolu 5)
–
L-istabbiliment ta' programmi għall-monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma (Artikolu 8)
–
Il-preparazzjoni ta’ pjanijiet ta’ mmaniġġar tal-baċin tax-xmara, konsultazzjonijiet mal-publiku u l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet (l-Artikoli 13 u 14)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġar tar-riskji tal-għargħar
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
Issir valutazzjoni prelimari dwar l-għargħar (Artikoli 4 u 5)
–
Il-preparazzjoni ta' mapep ta' periklu tal-għarghar u mapep ta' riskju ta' għargħar (Artikolu 6)
–
L-istabbiliment ta' pjanijiet għall-immaniġġar tar-riskju ta' għargħar (Artikolu 7)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/60/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
Valutazzjoni tal-istatus tal-ġbir u t-trattament tal-ilma urban mormi
–
L-identifikazzjoni ta' żoni u agglomerazzjonijiet sensittivi (Artikolu 5(1) u Anness II)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/271/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
Il-preparazzjoni ta' programm tekniku u ta' investiment għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tat-trattament tal-ilma urban mormi (Artikolu 17(1))
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/271/KEE jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-istabbiliment ta' standards għall-ilma tax-xorb (Artikoli 4 u 5)
–
L-istabbiliment ta' sistema ta' monitoraġġ (l-Artikoli 6 u 7)
–
L-istabbiliment ta' mekkaniżmu biex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni (l-Artikolu 13)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilmijiet kontra t-tniġġis ikkawżat minn nitrati minn sorsi agrikolturali, kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
Stabbiliment ta' programmi ta' monitoraġġ (l-Artikolu 6)
–
Identifikazzjoni ta' ilmijiet imniġġsa jew ilmijiet f'riskju u l-identifikazzjoni ta' żoni vulnerabbli għan-nitrati (l-Artikolu 3)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/676/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
l-istabbiliment ta' pjanijiet ta' azzjoni u kodiċijiet ta' prattiki agrikoli tajbin għal żoni vulnerabbli għan-nitrati (l-Artikoli 4 u 5)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/676/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Immaniġġjar tal-iskart
Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-immaniġġar tal-iskart u li tħassar ċerti Direttivi
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
il-preparazzjoni ta' pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart konformi mal-ġerarkija tal-iskart ta' ħames passi u ta' programmi għall-prevenzjoni tal-iskart (il-Kapitolu V)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' mekkaniżmu għall-irkupru sħiħ tal-kosti f'konformità mal-prinċipju li min iniġġes iħallas u l-prinċipju ta' responsabbiltà estiża tal-produttur (l-Artikolu 14)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' sistema ta' permessi għal stabbilimenti/impriżi li jwettqu operazzjonijiet biex jiddisponu minn skart jew jirkuprawh, b'obbligi speċifiċi għall-ġestjoni ta' skart perikoluż (il-Kapitolu IV)
–
L-istabbiliment ta’ reġistru tal-istabbilimenti u l-impriżi tal-ġbir u t-trasport tal-iskart (Kapitolu IV).
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma, kif emendat
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
Il-klassifikazzjoni ta' siti ta' miżbliet (l-Artikolu 4)
–
Il-preparazzjoni ta' strateġija nazzjonali biex jitnaqqas l-ammont ta' skart muniċipali bijodegradabbli li jintrema fil-miżbliet (l-Artikolu 5)
–
L-istabbiliment ta' sistema ta' applikazzjonijiet u ta' permessi u ta' proċeduri ta' aċċettazzjoni tal-iskart (l-Artikoli 5-7, 11, 12 u 14)
–
L-istabbilimenti ta' proċeduri ta' kontroll u ta' monitoraġġ fil-fażi operattiva ta' miżbliet u ta' proċeduri ta' għeluq u ta' kura ta' wara għall-miżbliet li jkunu se jingħalqu (l-Artikoli 12 u 13)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' pjani ta' kundizzjonament għal miżbliet eżistenti (l-Artikolu 14)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/31/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kkostjar (l-Artikolu 10)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/31/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
Jiġi żgurat li l-iskart relevanti jkun soġġett għat-trattament qabel jintrema fil-miżbliet (l-Artikolu 6)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/31/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE, żviluppati permezz tad-Deċiżjonijiet 2009/335/KE, 2009/337/KE, 2009/359/KE u 2009/360/KE
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-istabbiliment ta' sistema li tiżgura li l-operaturi jfasslu pjanijiet ta' mmaniġġar tal-iskart (l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' faċilitajiet tal-iskart; il-karatterizzazzjoni tal-iskart) (l-Artikoli 4 u 9)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/21/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' sistema ta' permessi, ta' garanziji finanzjarji u ta' sistema ta' spezzjoni (l-Artikoli 7, 14 u 17)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/21/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' proċeduri għall-immaniġġar u l-monitoraġġ tal-ispazji mħaffra (l-Artikolu 10)
–
L-istabbiliment ta' proċeduri ta' għeluq u ta' wara l-għeluq għal faċilitajiet tal-iskart (l-Artikolu 12)
–
It-tfassil ta' inventarju ta' faċilitajiet tal-iskart mill-minjieri magħluqa (l-Artikolu 20)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/21/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Il-Ħarsien tan-Natura
Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi.
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
Il-valutazzjoni ta' speċi ta' għasafar li jkunu jirrekjedu miżuri speċjali ta' konservazzjoni u ta' speċi migratorji regolari
–
L-identifikazzjoni u l-ħatra ta' żoni speċjali ta' protezzjoni għal speċi ta' għasafar (l-Artikolu 4(1) u (4))
–
L-istabbiliment ta' miżuri speċjali ta' konservazzjoni għall-protezzjoni ta' speċi migratorji regolari (l-Artikolu 4(2))
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/147/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' sistema ġenerali ta' ħarsien għall-ispeċi kollha ta' għasafar selvaġġi li minnhom l-ispeċi kkaċċjati huma sottogrup speċjali u l-projbizzjoni ta' ċerti modi ta' qbid/qtil (l-Artikoli 5, 6(1), 6(2) u 8)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/147/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 fuq il-konservazzjoni ta' l-ambjenti naturali u ta' l-annimali u pjanti salvaġġi, kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
Il-preparazzjoni ta' inventarju ta' siti, il-ħatra ta' dawn is-siti u l-istabbiliment ta' prijoritajiet għall-ġestjoni tagħhom (inkluż it-tlestija tal-inventarju ta' siti Emerald potenzjali u l-istabbiliment ta' miżuri ta' ħarsien u ta' mmaniġġar għal dawn is-siti) (l-Artikolu 4)
–
L-istabbiliment ta’ miżuri meħtieġa għall-konservazzjoni ta’ dawn is-siti, inkluż il-kofinanzjament (l-Artikoli 6 u 8);
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/43/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' sistema biex jiġi mmonitorjat l-istat ta' konservazzjoni tal-abitati u l-ispeċi (l-Artikolu 11)
–
L-istabbiliment ta' reġim strett ta' protezzjoni tal-ispeċi għal speċi elenkati fl-Anness IV kif ikun relevanti għar-Repubblika tal-Armenja (l-Artikolu 12)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/43/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' mekkaniżmu għall-promozzjoni tal-edukazzjoni u tal-informazzjoni ġenerali lill-pubbliku (l-Artikolu 22)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/43/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
It-tniġġis industrijali u l-perikli industrijali
Id-Direttiva 2010/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/75/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-identifikazzjoni ta' stallazzjonijiet li jkunu jinħtieġu permess (l-Anness I)
–
Stabbiliment ta’ sistema ta’ permessi integrata (l-Artikoli 4-6, 12, 21, 24 u lAnness IV)
–
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-konformità (Artikoli 8, 14(1)(d) u 23(1))
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/75/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
–
L-implimentazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli (BAT) b’kont meħud tal-konklużjonijiet tal-BAT fid-Dokumenti ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Possibbli (l-Artikoli 14 (3-6) u 15(2-4))
–
L-istabbiliment ta' valuri limiti tal-emissjonijiet għal impjanti tal-kombustjoni (l-Artikolu 30 u l-Anness V)
–
Il-preparazzjoni ta’ programmi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet totali annwali minn impjanti eżistenti (fakoltattiv għall-istabbiliment ta' valuri limiti tal-emissjonijiet għal impjanti eżistenti) (l-Artikolu 32)
Skeda ta' żmien: Jenħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/75/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għall-istallazzjonijiet ġodda u fi żmien tlettax-il sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għall-istallazzjonijiet eżistenti.
Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar-li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-istabbiliment ta' mekkaniżmu effettiv ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet relevanti
–
L-istabbiliment ta’ sistemi għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar l-istallazzjonijiet rilevanti u għar-rappurtar dwar inċidenti kbar (l-Artikoli 14 u 16)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/18/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Ġestjoni tal-kimiki
Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi
Jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dak ir-Regolament:
–
L-implimentazzjoni tal-proċedura tan-notifika ta' esportazzjoni (l-Artikolu 8)
–
L-implimentazzjoni ta' proċeduri għall-immaniġġar ta' notifiki tal-esportazzjoni riċevuti mingħand pajjiżi oħra (l-Artikolu 9)
–
It-twaqqif ta' proċeduri għall-abbozzar u l-preżentazzjoni ta' notifiki ta' azzjoni regolatorja finali (l-Artikolu 11)
–
It-twaqqif ta' proċeduri għall-abbozzar u l-preżentazzjoni ta' deċiżjonijiet ta' importazzjoni (l-Artikolu 13)
–
L-implimentazzjoni tal-proċedura ta' kunsens infurmat minn qabel għall-esportazzjoni ta’ ċerti kimiki, partikolarment dawk elenkati fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam (Artikolu 14)
–
Ir-rekwiżiti tal-implimentazzjoni l-ittikkettar u l-imballaġġ għall-kimiċi esportati (l-Artikolu 17)
–
L-identifikazzjoni ta' awtoritàjiet nazzjonali li jikkontrollaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-kimiċi (l-Artikolu 18)
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dak ir-Regolament:
–
Il-ħatra tal-awtorità/ajiet kompetenti
–
L-implimentazzjoni tal-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
L-implimentazzjoni tal-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
________________
ANNESS IV
għall-KAPITOLU 4: L-AZZJONI DWAR IL-KLIMA tat-TITOLU V: POLITIKI OĦRA TA' KOOPERAZZJONI
Ir-Repubblika tal-Armenja tintrabat li gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha lejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-strumenti internazzjonali segwenti fiż-żmien stipulat.
Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-istabbiliment ta' sistema għall-identifikazzjoni ta' installazzjonijiet relevanti u għall-identifikazzjoni ta' gassijiet serra (l-Annessi I u II)
–
L-istabbiliment ta' sistemi ta' monitoraġġ, rappurtar, verifika u infurzar u ta' proċeduri ta' konsultazzjoni pubblika (l-Artikoli 14, 15, 16(1) u 17)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2012 għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Fil-każ ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni u l-emissjonijiet tagħhom l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 u r-Regolament (UE) Nru 600/2012, kif stipulat f’dan il-Ftehim, huma kondizzjonali fuq l-eżitu tad-deliberazzjonijiet tal-ICAO dwar Skema Globali ta' Miżuri Bbażati fuq is-Suq (MBM).
Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE
Jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dak ir-Regolament:
–
L-istabbiliment ta' sistema nazzjonali ta’ inventorju (l-Artikolu 5)
–
L-istabbiliment ta’ sistema nazzjonali għal politiki u miżuri u projezzjonijiet (l-Artikolu 12)
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandhom jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (KE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ċerti gassijiet serra flworinati
Jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dak ir-Regolament:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-iżgurar ta’ sistema għall-prevenzjoni ta’ emissjonijiet (l-Artikolu 3), l-istabbiliment ta’ regoli għall-kontrolli għal tnixxijiet f’konformità mal-Artikolu 4 u 5 u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ żamma ta’ rekords f’konformità mal-Artikolu 6
–
L-iżgurar li l-irkupru jitwettaq skont ir-regoli previsti taħt l-Artikoli 8 u 9
–
L-istabbiliment/l-adattament ta' rekwiżiti nazzjonali ta' taħriġ u ta' ċertifikazzjoni għall-persunal u l-kumpaniji relevanti (l-Artikolu 10)
–
L-istabbiliment ta’ sistema għat-tikkettar ta’ prodotti u tagħmir li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (l-Artikolu 12)
–
L-istabbiliment ta' sistemi ta' rappurtar għall-akkwist ta' data dwar l-emissjonijiet mis-setturi relevanti (l-Artikoli 19 u 20)
–
L-istabbiliment ta' sistema ta' infurzar (l-Artikolu 25)
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
Jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dak ir-Regolament:
–
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u ħatra ta' awtorità/ajiet kompetenti
–
L-istabbiliment ta' projbizzjoni fuq produzzjoni ta' sustanzi kontrollati, ħlief għal użi speċifiċi u, sal-[1 ta’ Jannar 2019], ta' idroklorofluworokarbonji (HCFC) (l-Artikolu 4)
–
Id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi kontrollati għall-użu eżentat (bħala materja prima, aġenti tal-ipproċessar, għal użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi, użi kritiċi tal-aloni) u derogi individwali, inklużi użi ta' emerġenza tal-bromur tal-metil (Kapitolu III)
–
L-istabbiliment ta’ sistema ta’ liċenzjar għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati għall-użu eżentat (Kapitolu IV) u għall-obbligi ta’ rappurtar tal-impriżi (l-Artikoli 26 u 27)
–
L-istabbiliment ta' obbligi għall-irkupru, ir-riċiklar, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta' sostanzi kkontrollati użati (l-Artikolu 22)
–
L-istabbiliment ta' proċeduri għall-monitoraġġ u l-ispezzjoni ta' tnixxija ta' sustanzi kkontrollati (l-Artikolu 23)
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
–
L-istabbiliment ta' projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi kkontrollati, ħlief għal HCFC riċiklat li jista' jkun użat bħala refriġerant sal-1 ta’ Jannar 2030 (l-Artikoli 5 u 11)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għandhom għandhom jiġu implimentati sal-1 ta’ Jannar 2030.
________________
ANNESS V
għall-KAPITOLU 8: KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAS-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI
tat-TITOLU V: POLITIKI OĦRA TA' KOOPERAZZJONI
Ir-Repubblika tal-Armenja tintrabat li gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha lejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-strumenti internazzjonali segwenti fiż-żmien stipulat.
Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas), kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
It-tisħiħ tal-indipendenza u l-kapaċità amministrattiva tar-regolatur nazzjonali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
–
L-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika għal miżuri regolatorji ġodda
–
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmi effettivi għall-appell kontra d-deċiżjonijiet tar-regolatur nazzjonali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
–
Id-definizzjoni tal-prodott rilevanti u tas-swieq tas-servizzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li huma suxxettibbli għal regolazzjoni ex ante u analiżi ta’ dawk is-swieq bil-għan li jiġi determinat jekk għandhomx setgħa sinifikanti fis-suq (SMP)
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/21/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni), kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-implimentazzjoni ta’ Regolament li jipprevedi awtorizzazzjonijiet ġenerali u jillimita l-ħtieġa għal liċenzji individwali għal każijiet speċifiċi u debitament ġustifikati
Skeda ta' żmien: l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni se tiġi deċiżi mill -Kunsill ta’ Sħubija wara l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), kif emendata
Fuq il-bażi tal-analiżi tas-suq imwettqa skont id-Direttiva 2002/21/KE, ir-Regolatur Nazzjonali fil-qafas tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandu jimponi fuq l-operaturi li jinstab li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq (SMP) fis-swieq rilevanti, obbligi regolatorji xierqa fir-rigward:
–
L-aċċess għal, u l-użu ta’, faċilitajiet speċifiċi tan-netwerk
–
Kontrolli tal-prezzijiet fir-rigward tat-tariffi għall-aċċess u l-interkonnessjoni, inklużi l-obbligi tal-orjentazzjoni lejn il-kost
–
Transparenza, nuqqas ta’ diskriminiazzjoni u separazzjoni kontabilistika
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/19/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għal networks u servizzi elettroniċi tal-komunikazzjonijiet (Direttiva tas-Servizz Universali), kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-implimentazzjoni ta’ regolament dwar l-Obbligi tas-Servizzi Universali (OSU), inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi għall-ispejjeż u l-finanzjament
–
L-aċċertazzjoni li l-interessi u d-drittijiet tal-utenti jiġu rispettati, partikolarment bl-introduzzjoni tal-portabbiltà tan-numri u n-numru uniku 112 għal Sejħiet ta’ Emerġenza fl-Ewropa
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/22/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
L-implimentazzjoni ta’ regolament biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fis-settur ta’ kommunikazzjoni elettronika, u tiżgura l-moviment ħieles ta’ din id-data u ta’ tagħmir u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea
Jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Deċiżjoni:
–
L-adozzjoni ta’ politika u regolament li jiżguraw id-disponibbiltà armonizzata u l-użu effiċjenti tal-ispettru
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet li jirriżultaw mill-operazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dik id-Direttiva:
–
It-tisħiħ tal-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku
–
It-tneħħija tal-ostakli għall-provvista transfruntiera ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni
–
Il-forniment ta' sigurtà legali għall-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika
–
L-armonizzazzjoni tal-limiti għar-responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi li jaġixxu bħala intermedjarji meta jipprovdu sempliċi konduttur, caching jew hosting, li jistipulaw li mhemm l-ebda obbligu ġenerali ta’ monitoraġġ
Skeda ta' żmien: dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/31/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE
Atti ta’ implimentazzjoni relatati ma’ servizzi fiduċja fi ħdan ir-Regolament (UE) Nru 910/2014:
–
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/806 tat- 22 ta’ Mejju 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet dwar il-forma tal-marka ta’ fiduċja tal-UE għal servizzi fiduċjarji kwalifikati
–
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta' fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
–
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
–
Il-Kummissjoni timplimenta d-Deċiżjoni (UE) 2016/650 tal-25 ta’ April 2016 li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firma u siġill skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
Atti ta’ implimentazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-kapitolu tal-identifikazzjoni elettronika tar-Regolament (UE) Nru 910/2014
–
Id-Deċiżjoni Implimentattiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/296 tal-24 ta’ Frar 2015 li tistabbilixxi arranġamenti proċedurali għal kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 12(7) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
–
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1501 tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-qafas tal-interoperabbiltà skont l-Artikolu 12(8) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
–
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502 tat-8 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri minimi għal-livelli ta' assigurazzjoni għall-mezzi ta' identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
–
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1984 tat-3 ta’ Novembru 2015 li jiddefinixxi ċ-ċirkostanzi, l-formati u l-proċeduri ta’ notifika skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
Skeda ta' żmien: l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni se tiġi deċiżi mill -Kunsill ta’ Sħubija wara l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim.
________________
ANNESS VI
għall-KAPITOLU 14: PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR tat-TITOLU V: POLITIKI OĦRA TA' KOOPERAZZJONI
Ir-Repubblika tal-Armenja tintrabat li gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha lejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-strumenti internazzjonali segwenti fiż-żmien stipulat.
Id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 87/357/KEE jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, kif emendata
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13/KEE, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lil konsumaturi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/6/KE, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, kif emendata
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/44/KE, għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/95/KE, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/65/KE, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, jiġu implimentati fi żmien tliet snin fir-Repubblika tal-Armenja u tmien snin fiż-żona transfruntier mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Inġusti fin-Negozju”)
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29/KE, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/114/KE, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”)
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu, jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta' kuntratti ta' timeshare, kuntratti dwar prodotti ta' vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta' bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta' skambju
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/122/KE, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/22/KE, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/83/UE, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni onlajn għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ir-Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)
Skeda ta' żmien: Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 524/2013, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu, jiġu implimentati fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/11/UE, inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv ta’ inġunzjoni u kumpensatorji fl-Istati Membri li jirrigwardaw il-ksur tad-drittijiet skont il-Liġi tal-Unjoni (2013/396/UE)
Skeda ta' żmien: Jenħtieġ li r-Rakkomandazzjoni 2013/396/UE tiġi implimentata fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva (UE) 2015/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 20122/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/2302, inkluż l-atti implimentattivi tagħha, għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
________________
ANNESS VII
għall-KAPITOLU 15: IMPJIEGI, POLITIKA SOĊJALI U OPPORTUNITAJIET INDAQS
tat-TITOLU V: POLITIKI OĦRA TA' KOOPERAZZJONI
Ir-Repubblika tal-Armenja tintrabat li gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha lejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-strumenti internazzjonali segwenti fiż-żmien stipulat.
Liġi tax-Xogħol
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg.
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/533/KEE jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, UNICE u ċ-CEEP
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 1999/70/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż minn UKIIE, ĊEIP u KETU – Anness: Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 97/81/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KEE tal-25 ta' Ġunju 1991 li tissupplementa l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' mpjieg b'dewmien fiss jew ta' mpjieg temporanju
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/383/KEE jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' telf kollettiv ta' impjiegi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 98/59/KE għandhom għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2001/23/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2003 li tistabbilixxi qafas ġgenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2002/14/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2003/88/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
L-Antidiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/43/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2000/78/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/54/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2004/113/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/85/KEE jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali
Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 79/7/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE tat-30 ta' Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa fuq il-post tax-xogħol (l-ewwel direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi ta' sikurezza u tas-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), kif emendata
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għall-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tielet Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill89/391/KEE)
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE tal-24 ta' Ġunju 1992 dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskju relatat mal-espożizzjoni għal asbestos fuq il-post tax-xogħol
Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (is-Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE)
Id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba' direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/270/KEE tad-29 ta’ Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà għax-xogħol b'tagħmir li għandu display screen (il-ħames Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta' Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta' sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa' Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/91/KEE tat-3 ta' Novembru 1992 li tikkonċerna l-ħtiġiet minimi għat-titjib tal-ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir (il-ħdax-il Direttiva individwali fil-qofol tat-tifsir ta' Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/104/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi biex tittejjeb is-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa ta' ħaddiema tal-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali kemm fuq, kif ukoll taħt l-art (it-tnax-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva 1999/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-ħtiġiet minimi għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema potenzjalment fir-riskju mill-atmosferi splussivi (il-ħmistax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva 2002/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-vibrazzjoni) (is-sittax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 dwar il-ħtiġiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (is-sbatax-il Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-dsatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/103/KE tat-23 ta' Novembru 1993 li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa għax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd (it-tlettax-il direttiva individwali li taqa' taħt it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta’ Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija fejn hemm riskju, partikolarment ta’ korriment tad-dahar għall-ħaddiema (ir-raba’ direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/322/KEE tad-29 ta' Mejju 1991 dwar l-istabbiliment ta' valuri ta' limiti indikattivi permess tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1107/KEE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-esposizzjoni għal aġenti kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi fuq ix-xogħol
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KEE tat-8 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi l-ewwel lista ta' valuri ta' limiti ta' esposizzjoni fuq ix-xogħol biex timplimenta id-Direttiva 98/24/KE dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' aġenti kimiċi fuq ix-xogħol
Id-Direttiva tal-Kummisjoni 2006/15/KE tas-7 ta’ Frar 2006 li tistabbilixxi t-tieni lista ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttivi 91/322/KEE u 2000/39/KE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/161/UE tas-17 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi t-tielet lista ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ esponiment professjonali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE
Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/32/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU
Id-Direttiva 2013/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE
Id-Direttiva 2014/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
Skeda ta' żmien: l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tad-Direttivi kollha msemmija hawn fuq dwar “Is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-xogħol” tiġi deċiża mill-Kunsill ta’ Sħubija wara l-iffirmar ta’ dan il-ftehim.
Liġi tax-Xogħol
–
Id-Direttiva (UE) 2015/1794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE u 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi 98/59/KE u 2001/23/KE tal-Kunsill fir-rigward tal-baħħara, (perjodu ta’ traspożizzjoni sal-10 ta’ Ottubru 2017)
–
Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/112/UE tad-19 ta' Diċembru 2014 li timplimenta l-Ftehim Ewropew dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) (perjodu ta’ traspożizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016)
–
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta' Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol mhijiex fil-pakkett oriġinali
Skeda ta' żmien: Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi (UE) 2015/1794 u 2014/112/UE jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
________________