3.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9757 — Providence/VOO/Brutélé)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 183/03)

1.   

Fil-25 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/20 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

il-grupp Providence Equity Partners (“Providence”, l-Istati Uniti tal-Amerka) taġixxi fil-kuntest tat-tranżazzjoni attwali permezz tal-kumpanija OTP Luxco S.à.r.l (“OTP Luxco”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn tliet fondi ta’ investiment, jiġifieri: (1) Providence Equity Partners VIII L.P (il-Gżejjer Cayman), (2) Providence Equity Partners VIII-A L.P. (il-Gżejjer Cayman), u (3) Providence Equity Partners VIII (Scotland) L.P., li jagħmlu parti mill-grupp;

—

VOO SA (“VOO”, il-Belġju), ikkontrollata minn Nethys SA (“Nethys”, il-Belġju), li hija kkontrollata minn intrapriża pubblika tat-tip intermuniċipali Enodia SCRL (“Enodia”, il-Belġju);

—

is-Société Intercommunale pour la Diffusion de la Télévision, Brutélé SCRL, (“Brutélé”, il-Belġju).

Providence, permezz tas-sussidjarja tagħha OTP Luxco, takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3 (1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ VOO u Brutélé kollha kemm huma

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Providence: kumpanija dinjija tal-investiment li tispeċjalizza fl-intrapriżi tal-media u l-komunikazzjonijiet, tal-edukazzjoni u fis-settur tal-industrija tal-informazzjoni;

—

VOO: operatur tal-cable, attiva prinċipalment fir-Reġjun tal-Wallonja, fornitur ta’ servizzi ta’ aċċess għat-televiżjoni, telefonija fissa u tal-mobile u l-Internet permezz tan-network tal-cable tagħha, kemm lil klijenti fid-djar u kemm kljenti professjonali;

—

Brutélé: operatur tal-cable, attiva prinċipalment fir-Reġjun u fin-nofsinhar tal-Belt ta’ Brussell L-operatur jipprovdi servizzi tat-televiżjoni, tat-telefon u tal-Internet kemm lil klijenti fid-djar u kemm lil klijenti professjonali permezz tan-network tal-cable tiegħu, prinċipalment fir-Reġjun tal-Belt ta’ Brussell u madwar il-Belt ta’ Charleroi, fil-provinċja ta’ Hainaut (ir-Reġjon ta’ Wallonja).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9757 — Providence/VOO/Brutélé

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+ 32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).