Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE, tas-7 ta’ Settembru 2005, li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ix-xiri pubbliku [kuntratti pubbliċi] (ĠU L 257, p. 127)
Dispożittiv
1) Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/51/KE, tas-7 ta’ Settembru 2005, li temenda l-Anness XX tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Anness VIII tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ix-xiri pubbliku [kuntratti pubbliċi], ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2) Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.