|
4.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 109/2012
tal-15 ta’ Ġunju 2012
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni), l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1). |
|
(2) |
L-Anness XIX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (2). |
|
(3) |
Il-Protokoll 37 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (3). |
|
(4) |
Id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (5), kif korretta bil-ĠU L 263, 6.10.2010, p. 15, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(6) |
Sabiex il-Ftehim jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim għandu jiġi emendat biex jinkludi l-Kumitat ta’ Kuntatt dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva stabbilit bid-Direttiva 2010/13/UE, u l-Anness XI għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta’ assoċjazzjoni ma’ dan il-Kumitat. |
|
(7) |
Id-Direttiva 2010/13/UE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (6), li hija inkorporata fil-Ftehim u li b’hekk għandha titħassar skont il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 5p (id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE) fl-Anness XI ta’ mal-Ftehim għandu jiġi mibdul b’li ġej:
“ 32010 L 0013: Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1), kif korretta mill-ĠU L 263, 6.10.2010, p. 15.
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a) |
Fl-Artikolu 1(1)(n)(iii), il-kliem ‘jew stat tal-EFTA’ jinżied wara l-kelma ‘Unjoni’. |
|
(b) |
Is-subparagrafu li ġej jinżied mal-Artikolu 1(1)(n)(iii): ‘Jekk Parti Kontraenti tkun biħsiebha tikkonkludi ftehim relatat mas-settur awdjoviżiv, hija tinforma b’dan lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Il-konsultazzjonijiet dwar il-kontenuti ta’ tali ftehimiet jistgħu jseħħu fuq talba ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti.’ |
|
(c) |
Fl-Artikolu 2(5), il-kliem ‘l-Artikoli 49 sa 55 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea’ jinqara ‘l-Artikolu 31 sa 35 tal-Ftehim dwar iz-Żona Ekonomika Ewropea.’ |
Arranġamenti ddettaljati għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja b’konformità mal-Artikolu 101 ta’ dan il-Ftehim:
Kull Stat tal-EFTA jista’ jaħtar rappreżentant wieħed mill-awtorità kompetenti maħtura minn kull Stat tal-EFTA li għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Kuntatt dwar is-servizzi tal-media awdjoviżiva li għalihom saret referenza fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Il-Kummissjoni Ewropea, f’perjodu ta’ żmien xieraq, tinforma lill-parteċipanti bid-dati tal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Kuntatt u tibgħatilhom l-informazzjoni rilevanti.”
Artikolu 2
L-inċiż li ġej jiddaħħal fil-punt 7f (ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIX ta’ mal-Ftehim:
|
“— |
32007 L 0065: id-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27).” |
Artikolu 3
Il-Protokoll 37 (li fih il-lista pprovduta fl-Artikolu 101) ta’ dan il-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 12 (Kumitat ta’ Kuntatt dwar l-Attivitajiet ta’ Xandir bit-Televiżjoni (id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE)) jitħassar. |
|
2. |
Jinżied il-punt li ġej:
|
Artikolu 4
It-testi tad-Direttivi 2007/65/KE u 2010/13/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 248, 13.9.2012, p. 32.
(2) ĠU L 207, 2.8.2012, p. 48.
(3) ĠU L 207, 2.8.2012, p. 41.
(4) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.
(6) ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23.
(*1) Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.