Official Journal L 174 , 21/06/1982 P. 0020 - 0022
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0245
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 15 P. 0245
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1534/82 tal-25 ta' Mejju, 1982, dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 5/81 tal-Kumitat Konġunt KEE-Svizzera li temenda l-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istat imsemmi. IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tieghu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi l-Komunità Ekonomika Ewropea ffirmat Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera [1] fit-22 ta' Lulju, 1972, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1973; Billi, skond l-Artikolu 12a ta' dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt adotta d-Deċiżjoni Nru 5/81 li temenda l-Protokolli 1 u 2; Billi din id-Deċiżjoni għandha tingħata effett fil-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, id-Deċiżjoni Nru 5/81 tal-Kumitat Konġunt għandha tapplika fil-Komunità. It-test ta' din id-Deċiżjoni huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar, 1982. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 25 ta' Mejju 1982. Għall-Kunsill Il-President L. Tindemans [1] ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189 --------------------------------------------------