Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji bil-għan li jinkiseb, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni tiġi ordnata timponi fuq Manufacture française des pneumatiques Michelin, anki taħt piena ta’ sanzjoni, li ma tużax, bl-ebda mod u għall-ebda raġuni, l-informazzjoni li tinsab fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet tas-6 ta’ April 2006, adottata fil-kuntest ta’ proċeduri skond l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (każ COMP/F/38.638 – gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), trażmessa lil din il-kumpannija permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/F2/D (2006) 1095, tas-6 ta’ Novembru 2006, it-tieni nett, li l-Kummissjoni tiġi ordnata tittrażmetti, lil Manufacture française des pneumatiques Michelin, kopja tad-digriet li ser jinħareġ u, fl-aħħar nett, li tiġi ordnata kull miżura oħra meqjusa neċessarja mill-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza.
Dispożittiv
1) It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda
2) L-ispejjeż huma riżervati.