|
10.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 182/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 37/2008
ta' l-14 ta' Marzu 2008
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
l-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (1). |
|
(2) |
ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar statistika tal-Komunità fuq migrazzjoni u protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta' statistika dwar ħaddiema barranin (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim.' |
|
(3) |
ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 (3) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skond il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
It-test tal-punt 18 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76) ta' l-Anness XXI tal-Ftehim għandu jinbidel b'li ġej:
“ 32007 R 0862: ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar statistika tal-Komunità fuq migrazzjoni u protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta' statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).”
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 154, 12.6.2008, p. 36.
(2) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.