|
2.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 170/2010
tal-1 ta’ Marzu 2010
li jememda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 rigward id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 143 tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ewwel inċiż tar raba’ paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 (2) jipprovdi tnaqqis fid-dazju tal-importazzjoni ta’ 3 EUR it-tunnellata meta l-port tal-ħatt ikun fil-Mediterran u jekk il-merkanzija tkun ġejja mill-oċean Atlantiku jew mill-kanal ta’ Suez. Bil-għan li portijiet tal-ħatt fil-Baħar l-Iswed jiġu ttrattati bl-istess mod, huwa xieraq li dawn id-dispożizzjonjiet jiġu estiżi, bl-istess kundizzjonijiet, għall-portijiet imsemmija. |
|
(2) |
B’konsegwenza jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1249/96 jiġi emendat. |
|
(3) |
Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ewwel inċiż tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
|
“— |
fil-Mediterran (lil hinn mill-istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed u jekk il-merkanzija tkun ġejja mill-oċean Atlantiku jew għaddejja mill-kanal ta’ Suez, il-Kummissjoni tnaqqas id-dazju tal-importazzjoni għal 3 EUR it-tunnellata,” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO